Legislator Case Law & Legislation
ln_1986_67 MT

Spiżeriji (Emenda Nru. 2)

4 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Statutory Text (4 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 1986 67 — Spiżeriji (Emenda Nru. 2)

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru 14,686, 5 ta’ Diċembru, 1986

A.L. 67 ta’ l-1986

ORDINANZA DWAR IL-PROFESSJONI MEDIKA U

L-PROFESSJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAGĦHA

(KAP. 51)

Regolamenti ta’ l-1986 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi għal

Spiżeriji (Emenda Nru. 2)

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 35A ta' l-Ordinanza

dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu

magħha, il-Ministru tas-Saħħa u Ambjent wara konsultazzjoni mal-Kunsill

tas-Saħħa, għamel ir-regolamenti li ġejjin:—

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 1986 67 — Spiżeriji (Emenda Nru. 2)

Dawn ir-regolamenti jistgħu jissejħu r-Regolamenti ta' l-1986

li jemendaw ir-Regoli dwar il-Liċenzi għal Spiżeriji (Emenda Nru.

2), u għandhom jinqraw u jiftiehmu ħaġa waħda mar-Regolamenti ta’

l-1984 dwar il-Liċenzi għal Spiżeriji, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa

“ir-regolamenti prinċipali”.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 1986 67 — Spiżeriji (Emenda Nru. 2)

Ir-regolament 5 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi emendat

kif ġej

(a) (i) il-paragrafu 1 tiegħu għandu jiġi enumerat mill-ġdid

bħala sub-paragrafu (a) tal-paragrafu (1), u fis-sub-paragrafu (a)

tiegħu kif enumerat mill-ġdid il-kelma “permanenti” għandha tit-

ħassar; u

(ii) minnufih wara s-sub-paragrafu (a) tal-paragrafu (1)

kif enumerat mill-ġdid għandu jiżdied dan is-sub-paragrafu ġdid li

ġej

"(b) Sabiex jinħadem in-numru ta' abitanti għall-finijiet

ta’ dan il-paragrafu, għandom jitqiesu —

(i)

l-abitanti permanenti; u

(ii) 50 fil-mija ta’ l-akkomodazzjoni ta’ sodod

f'lukandi, guest houses, holiday centres, flats u complexes,";

(b) fil-paragrafu (2) tiegħu, minflok il-kliem “mill-aktar parti

fil-qrib” għandhom jidħlu l-kliem “miċ-ċentru”

(ċ) minflok is-sub-paragrafu (ċ) tal-paragrafu 3 tiegħu, għandu

jidhol dan li ġej

“(c) Spiżerija waħda oħra tista' tkun liċenzjata li taħdem is-

sena kollha b'żieda man-numru miksub mill-prpoporzjon ta'

spiżerija waħda għal kull tliet elef abitant, u d-dispożizzjonijiet

tal-paragrafu (6) ta' dan ir-regolament ma għandhomx ikunu

japplikaw għal dik l-ispiżerija.”; u

(d) minnufih wara l-paragrafu (1) tiegħu għandu jiżdied dan il-

paragrafu ġdid li ġej

“(8) Id-dispożizzionijiet tal-paragrafi minn (l) sa (6) ta'

dan ir-regolament ma għandhomx ikunu jgħoddu għal, jew

dwar, xi spiżerija fejn in-negozju fiha huwa limitat għall-għoti

ta' mediċinali veterinarji u għall-bejgħ ta' prodotti veterinarji,

u jkun hemm tabella fuq il-faċċata tal-fond li turi li l-ispiżerija

hija spizerija jew farmaċija veterinarja.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 1986 67 — Spiżeriji (Emenda Nru. 2)

Fir-regolament 21 tar-regolamenti prinċipali, minnufih wara

l-kliem “sptar jew klinika tal-Gvern”. kull fejn jinsabu, għandhom jiż-

diedu l-kliem “jew fi kwalunkwe fergħa oħra tas-servizz tas-saħħa prov-

dut mill-Gvern”.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →