ATT Nru XXIX tal-2024 ACT No. XXIX of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.
Table of Provisions (13)
Statutory Text (13 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 21,290, 26 ta’ Lulju, 2024
Taqsima A
MALTA
ATT Nru XXIX tal-2024
ACT No. XXIX of 2024
ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’
AN ACT enacted by the Parliament of
Malta.
Malta.
ATT
li
jemenda
l-Att
dwar
AN ACT to amend the Adoption
l-Amministrazzjoni
tal-Adozzjoni,
Administration Act, Cap. 495 and
Kap. 495 u liġijiet varji dwar minuri.
various laws relating to minors.
Nagħti l-kunsens tiegħi.
(L.S.)
MYRIAM SPITERI DEBONO
President
26 ta’ Lulju, 2024
ATT Nru XXIX tal-2024
ATT li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Adozzjoni, Kap.
495 u liġijiet varji dwar minuri.
Il-PRESIDENT, bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati,
imlaqqgħa f’dan il-Parlament, u bl-awtorità tal-istess, ħarġet b’liġi dan
li ġej:-
It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att huwa l-Att tal-2024 li jemenda Titolu fil-qosor.
l-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Adozzjoni u Liġijiet Varji dwar
Minuri.
TAQSIMA I
EMENDI GĦALL-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAL-
ADOZZJONI
Din it-Taqsima temenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tal- Emendi għall-
Adozzjoni u għandha tinqara u tinftiehem ħaġa waħda mal-Att dwar l- Att
Amministrazz-
Amministrazzjoni tal-Adozzjoni, hawn iżjed ’il quddiem f’din it- joni
Adozzjoni.
Taqsima msejjaħ l-"Att prinċipali".
L-artikolu 2 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
Emenda tal-
artikolu 2 tal-
Att prinċipali.
(a)
it-tifsira "adozzjoni" għandha tiġi sostitwita bit-
tifsira ġdida li ġejja
""adozzjoni" tfisser adozzjoni lokali jew bejn pajjiż u
ieħor magħmula skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi
Ċivili, id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-
Minuri (Ħarsien Alternattiv), id-dispożizzjonijiet ta’ dan
l-Att u kwalunkwe regolamenti magħmula taħthom;";
(b) fit-tifsira "adozzjoni miftuħa" il-kliem "jżommu
kuntatt" għandhom jiġu sostitiwiti bil-kliem "jżommu kuntatt, li
jista’ jkun fiżiku, virtwali jew permezz ta’ korrispondenza"; u
(ċ) minnufih wara t-tifsira "qorti" għandha tiġi miżjuda
din it-tifsira ġdida li ġejja
""Servizz tal-Adozzjoni fi ħdan id-Direttorat Kura
Alternattiva (Tfal u Żgħażagħ)" tfisser is-servizz tal-
a d o z z j o n i off r u t m i l l - a ġ e n z i j a na z z j o n a l i l i h i j a
akkreditata mill-Awtorità Ċentrali, skont il-Konvenzjoni
tal-Aja sabiex twettaq adozzjonijiet lokali u dawk bejn
pajjiż u ieħor;".
Il-paragrafu (g) tas-subartikolu (1) tal-artikolu 4 tal-Att
prinċipali għandu jiġi sostitwit bil-paragrafu ġdid li ġej
"(g) li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru
għal implimentazzjoni aktar effettiva tat-Titolu III tal-
Ewwel Ktieb tal-Kodiċi Ċivili, tad-dispożizzjonijiet tal-
Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv,)
u tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att, u ta’ kwalunkwe
regolamenti magħmula taħtu;".
Fis-subartikolu (3) tal-artikolu 7 tal-Att prinċipali l-kliem
"ntalbu d-dettalji tagħha." għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "ntalbu
d-dettalji tagħha, liema kunsens jista’ jinkiseb fi kwalunkwe stadju tal-
proċeduri.".
Minnufih wara l-artikolu 9 tal-Att prinċipali għandu jiġi
miżjud dan l-artikolu ġdid li ġej
L-Awtorità Ċentrali għandha tiżgura li jitfasslu r-
Rapporti ta’ wara l-Adozzjoni u jiġu mibgħuta lill-
awtoritajiet relattivi.".
7. L-artikolu 22 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a) il-paragrafu (g) tas-subartikolu (1) tiegħu għandu jiġi
mħassar; u
(b)
is-subartikoli (4) u (5) tiegħu għandhom jiġu
mħassra.
8. Is-subartikolu (2) tal-artikolu 23 tal-Att prinċipali għandu jiġi Emenda tal-
sostitwit b’dan is-subartikolu ġdid li ġej
"(2) Fil-każ ta’ adozzjoni lokali, ir-Rapporti ta’ wara l-
Adozzjoni għandhom jitfasslu kull sena għal perjodu ta’ mhux
inqas minn tliet (3) snin jew sakemm il-persuna li tkun ġiet
addottata tagħlaq tmintax (18)-il sena, skont liema data tiġi l-
ewwel.".
9. L-artikolu 24 tal-Att prinċipali għandu jiġi sostitwit b’dan l- Sostituzzjoni
artikolu ġdid li ġej
Fil-każ ta’ addozzjonijiet lokali, id-Direttorat
Kura Alternattiva (Tfal u Żgħażagħ), bħala l-aġenzija
nazzjonali, għandu jqabbel ġenituri adottivi prospettivi
ma’ minuri mogħtija għall-addozzjoni, fejn tali tqabbil
ikun fl-aħjar interess tal-minuri
Iżda s-Servizz tal-Adozzjoni fi ħdan id-
Direttorat Kura Alternattiva (Tfal u Żgħażagħ) għandu
jżomm lista tal-ġenituri adottivi prospettivi kollha
approvati mill-Bord għall-Adozzjoni, li jesprimu l-
interess tagħhom sabiex ikunu inklużi fil-lista għal
adozzjonijiet lokali
Iżda wkoll ġenituri adottivi prospettivi
approvati jistgħu jikkuntattjaw lis-Servizz tal-
Adozzjoni fi ħdan id-Direttorat Kura Alternattiva (Tfal
u Żgħażagħ) direttament jew jistgħu jiġu riferuti minn
kwalunkwe aġenzija tal-adozzjoni akkreditata f’Malta
sabiex jitpoġġew fuq l-imsemmija lista.".
10. Minnufih wara l-artikolu 24 tal-Att prinċipali, għandom jiġu Żieda ta’
miżjuda dawn l-artikoli ġodda li ġejjin
Malli jkun avżat mid-Direttur għall-Ħarsien
tat-Tfal li ġenitur ikollu l-intenzjoni li jċedi l-kura ta’
minuri u jagħti l-minuri għall-adozzjoni, id-Direttorat
Kura Alternattiva (Tfal u Żgħażagħ) jista’ jqiegħed lill-
minuri f’kura alternattiva bħala tqegħid temporanju, li
fil-każ ta’ tarbija ta’ twelid għandu jkun għal perjodu ta’
mhux inqas minn tmien (8) ġimgħat.
(1)
Fejn il-ġenituri jibqgħu bil-ħsieb li l-
minuri jingħata għall-adozzjoni, id-Direttur għall-
Ħarsien tat-Tfal għandu minnufih jinforma lis-Servizz
tal-Adozzjoni fi ħdan id-Direttorat Kura Alternattiva
(Tfal u Żgħażagħ) li għandu minnufih jidentifika l-
ġenituri adottivi prospettivi kollha rreġistrati u approvati
li l-profil u l-preferenzi tagħhom jaqblu ma’ dawk tal-
minuri.
(2) Is-Servizz tal-Adozzjoni fi ħdan id-Direttorat
Kura Alternattiva (Tfal u Żgħażagħ) għandu, wara li
jidentifika l-ġenituri adottivi prospettivi kollha
rreġistrati u approvati li l-profil tagħhom jaqbel ma’ dak
tal-minuri, isejjaħ laqgħa ma’ tal-inqas tliet (3)
professjonisti ġejjin minn oqsma differenti li għandhom
jinkludu
(a) terapista tal-familja;
(b) psikologu;
(ċ) ħaddiem soċjali fil-grad ta’ ‘senior
social worker’; jew
(d) persuna li hi professjonista li taħdem fi
ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien
Soċjali, li għandha tal-inqas tliet (3) snin
esperjenza professjonali f’ħidma ma’ tfal f’kura
alternattiva, u li ma taħdimx mas-Servizz tal-
Adozzjoni fi ħdan id-Direttorat Kura Alternattiva
(Tfal u Żgħażagħ) jew ma’ kwalunkwe aġenzija
tal-adozzjoni akkreditata.
(3) Meta jiġu identifikati l-iktar ġenituri adottivi
prospettivi adegwati, id-Direttorat Kura Alternattiva
(Tfal u Żgħażagħ) għandu jinforma lill-ġenituri adottivi
prospettivi identifikati b’dan it-tqabbil.
(4) Fejn il-ġenituri adottivi prospettivi identifikati
jirrifjutaw it-tqabbil, id-Direttorat Kura Alternattiva
(Tfal u Żgħażagħ) għandu jagħmel kuntatt mal-ġenituri
adottivi prospettivi identifikati li jmiss.
(5) Fejn l-ebda mill-ġenituri adottivi prospettivi
identifikati ma jaċċettaw it-tqabbil, id-Direttur Kura
Alternattiva (Tfal u Żgħażagħ) għandu javża lis-Servizz
tal-Adozzjoni fi ħdan id-Direttorat Kura Alternattiva
(Tfal u Żgħażagħ) b’dan u l-proċess tat-tqabbil għandu
jerġa’ jibda mill-bidu.
(6) Meta l-ġenituri adottivi prospettivi identifikati
jaċċettaw it-tqabbil, għandha tibda t-tranżizzjoni tal-
minuri mal-ġenituri adottivi prospettivi hekk skont il-
pjan imfassal mill-professjonisti.
(7) Kull laqgha dwar il-fażi tat-tqabbil għandha ssir
fi tmint (8) ijiem tax-xogħol minn meta jkun avżat id-
Direttur ikkonċernat, u l-proċess kollu ma għandux jieħu
iktar minn tletin (30) ġurnata tax-xogħol sabiex jiġi
konkluż.
24Ċ. (1) Il-proċess ipprovdut fl-artikolu 24B
Ċentrali waqt għandu jiġi osservat mill-Awtorità Ċentrali f’kull waqt,
li għandha tinnomina żewġ (2) professjonisti sabiex
josservaw l-imsemmi proċess.
(2) L-Awtorità Ċentrali tista’ twaqqaf il-proċess fi
kwalunkwe stadju, meta jkun hemm suspett raġonevoli li
mhux qiegħed jitħares l-aħjar interess tal-minuri.
Taqsima VIA
Ġenituri Adottivi
Bla ħsara għad-drittijiet u r-responsabbiltajiet
responsabbilta
tal-ġenituri adottivi skont dan l-Att jew kwalunkwe liġi
oħra, ġenituri adottivi għandhom
(a) jikkoperaw bi sħiħ mal-ħaddiem soċjali
ewlieni li jkun qiegħed ifassal ir-Rapporti ta’ wara
l-Adozzjoni;
(b) f’każijiet ta’ adozzjoni miftuħa,
jiffaċilitaw il-kuntatt kif speċifikat fil-ftehim ta’
adozzjoni miftuħa;
(ċ) jirċievu
għajnuna
u
sapport
professjonali adegwat;
(d) jipprovdu informazzjoni, kif magħrufa
minnhom, lill-persuna adottata dwar l-istorja ta’
ħajjithom, b’mod li huwa jista’ jifhem, skont l-età
u l-maturità tal-persuna adottata;
(e) japplikaw
kwalunkwe
rakkomandazzjonijiet u linji gwida mogħtija mill-
professjonisti fl-aħjar interess tal-persuna adottata;
(f) jipparteċipaw u jikkoperaw waqt il-
proċeduri sabiex jiġi mfassal l-ftehim ta’ adozzjoni
miftuħa.".
11. Minnufih wara l-artikolu 26 tal-Att prinċipali għandu jiġi Żieda ta’
miżjud dan l-artikolu ġdid li ġej
(1) L-Awtorità
Ċentrali
għandha
tkun
responsabbli sabiex tirċievi rapporti dwar adozzjonijiet
privati u tgħaddihom lill-Pulizija Eżekuttiva għall-
investigazzjoni.
(2) L-aġenziji akkreditati kollha għandhom ikunu
marbuta li jirrappurtaw kwalunkwe adozzjonijiet privati li
jiġu għall-attenzjoni tagħhom lill-Awtorità Ċentrali.".
TAQSIMA II
EMENDA GĦALL-ATT DWAR IS-SAĦĦA
12. Din it-Taqsima temenda l-Att dwar is-Saħħa u għandha
tinqara u tinftiehem ħaġa waħda mal-Att dwar is-Saħħa, hawn iżjed ’il
quddiem f’din it-Taqsima msejjaħ l-"Att prinċipali".
13. L-artikolu 27 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a)
fis-subartikolu (2) tiegħu l-kliem "sittax-il sena"
għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "erbatax (14)-il sena" kull fejn
jokkorru; u
(b) fis-subartikolu (4) tiegħu, il-kliem "trattament
psikjatriku u għall-counselling" għandhom jiġu sostitwiti bil-
kliem "trattament psikjatriku, counselling, terapija, xogħol
soċjali u youth work".
TAQSIMA III
EMENDI GĦALL-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-
MINURI (ĦARSIEN ALTERNATTIV)
14. Din it-Taqsima temenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri
(Ħarsien Alternattiv) u għandha tinqara u tinftiehem ħaġa waħda mal-
Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), hawn iżjed ’il
quddiem f’din it-Taqsima msejjaħ l-"Att prinċipali".
15. Fl-artikolu 2 tal-Att prinċipali, minnufih wara t-tifsira "Ċentru
Terapewtiku u Sikur" għandhom jiġi miżjuda dawn it-tifsiriet ġodda li
" "Direttorat Kura Alternattiva (Tfal u Żgħażagħ)" tfisser
id-Direttorat Kura Alternattiva (Tfal u Żgħażagħ) li jiġbor fih is-
servizzi offruti lit-tfal f’kura alternattiva, is-servizz tal-adozzjoni
u s-servizzi għaż-żgħażagħ;
"Direttur għall-Ħarsien tat-Tfal" tfisser id-Direttur għall-
Ħarsien tat-Tfal li jinvestiga rapporti dwar tfal u jieħu l-azzjoni
meħtieġa skont dan l-Att, fl-aħjar interess tat-tfal;".
16. L-artikolu 31 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a) il-paragrafi (b) u (g) tas-subartikolu (1) tiegħu
għandhom jiġu mħassra; u
(b) minnufih wara s-subartikolu (1) tiegħu għandu jiġi
miżjud dan is-subartikolu ġdid li ġej
"(1A) Il-Bord ta’ Reviżjoni jista’ jikkonsulta ma’
kwalunkwe professjonisti indipendenti oħra, skont il-
ħtieġa u l-każ inkwistjoni.".
Mgħoddi mill-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Nru 258 tal-15 ta’
Lulju, 2024.
DAVID AGIUS
Deputy Speaker
ELEANOR SCERRI
Skrivan tal-Kamra tad-Deputati