Legislator Case Law & Legislation
act_2024_25 MT

ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

18 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (18)

Statutory Text (18 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 21,284, 12 ta’ Lulju, 2024

Taqsima A

MALTA

ATT Nru XXV tal-2024

ACT No. XXV of 2024

ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’

AN ACT enacted by the Parliament of

Malta.

Malta.

ATT sabiex jemenda l-Att dwar

AN ACT to amend the Gender

l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni

Identity, Gender Expression and Sex

tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess,

Characteristics Act, Cap. 540, and

Kap. 540, u sabiex jipprovdi għal

to provide for other consequential

emendi konsegwenzjali oħrajn.

amendments.

Nagħti l-kunsens tiegħi.

(L.S.)

MYRIAM SPITERI DEBONO

President

12 ta’ Lulju, 2024

ATT Nru XXV tal-2024

ATT sabiex jemenda l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni

tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess, Kap. 540, u sabiex jipprovdi

għal emendi konsegwenzjali oħrajn.

IL-PRESIDENT, bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati,

imlaqqgħa f’dan il-Parlament, u bl-awtorità tal-istess, ħarġet b’liġi dan

li ġej:-

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

(1) It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att huwa l-Att tal-2024 li Titolu fil-qosor

jemenda l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l- u dħul fis-seħħ.

Karatteristiċi tas-Sess.

(2) Dan l-Att għandu jidħol fis-seħħ fi żmien xahrejn (2) mill-

pubblikazzjoni tiegħu fil-Gazzetta.

TAQSIMA I

EMENDI GĦALL-ATT DWAR L-IDENTITÀ TAL-ĠENERU,

L-ESPRESSJONI TAL-ĠENERU U L-KARATTERISTIĊI

TAS-SESS

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Din it-Taqsima temenda l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-

Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess u għandha tinqara u

tinftiehem ħaġa waħda mal-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-

Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess, hawn iżjed ’il

quddiem f’din it-Taqsima msejjaħ l-"Att prinċipali".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

L-artikolu 2 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej

(a) minnufih qabel it-tifsira "Direttur" għandha tiġi

miżjuda t-tifsira ġdida li ġejja

" "atti tal-istat ċivili" tirreferi għal atti tat-twelid, atti

taż-żwieġ, atti tal-unjoni ċivili, ċertifikati tal-koabitazzjoni

u atti tal-mewt, skont il-każ;";

(b) minnufih wara t-tifsira "ġeneru megħjux" għandha

tiġi miżjuda t-tifsira ġdida li ġejja

" "ġeneru mhux binarju" tirreferi għal identitajiet tal-

ġeneru kollha li mhumiex maskili jew femminili;"; u

(ċ) minnufih wara t-tifsira "Nutar" għandha tiġi miżjuda

t-tifsira ġdida li ġejja

" "Uffiċjal Kap Eżekuttiv" għandu jkollha l-istess

tifsira mogħtija lilha fl-Att dwar il-Protezzjoni

Internazzjonali;".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Minnufih wara l-artikolu 2 tal-Att prinċipali għandu jiġi

miżjud l-artikolu ġdid li ġej

2A. Persuni li jkunu laħqu l-età ta’ sittax (16)-il

sena iżda li ma laħqux l-età ta’ tmintax (18)-il sena

għandhom, għall-finijiet u l-effetti kollha ta’ dan l-Att,

jitqiesu li huma tal-età

Iżda d-drittijiet u l-interessi tat-tfal stipulati fil-

Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal adottata mill-

Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-20 ta’

Novembru 1989 għandhom xorta waħda japplikaw

għall-persuni msemmija f’dan l-artikolu.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

L-artikolu 4 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej

Emenda tal-

artikolu 4 tal-

Att prinċipali.

(a) is-subartikolu (1) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-

subartikolu ġdid li ġej

"4. (1) Kull ċittadin Malti għandu jkollu d-dritt

li jitlob lid-Direttur sabiex ibiddel il-ġeneru reġistrat

għall-ġeneru femminili, għall-ġeneru maskili, jew għal

ġeneru mhux binarju u, jew l-isem, jekk il-persuna tagħżel

li tibdel l-isem, sabiex jirrifletti l-identità tal-ġeneru

magħżula minn dik il-persuna

Iżda mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’

kwalunkwe liġi oħra, persuna tista’ biss titlob bidla fl-isem

permezz tal-proċeduri skont dan l-Att, jekk flimkien ma’

dik it-talba tkun qiegħda tagħmel talba għal bidla fil-

ġeneru reġistrat

Iżda wkoll f’każ ta’ ġeneru mhux binarju, l-

identifikatur tal-ġeneru għandu fi kwalunkwe att jew

dokument jiġi indikat bl-ittra "X".";

(b) fil-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (6) tiegħu, il-kliem

"fl-ewwel isem" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "fl-isem"; u

(ċ) fis-subartikolu (8) tiegħu, il-kliem "bidla fil-ġeneru u

fl-ewwel isem tiegħu, jekk il-persuna tkun trid tirreġistra bidla

fl-ewwel isem tagħha, għandha tagħmel dikjarazzjoni

ġuramentata quddiem il-Kummissarju għar-Rifuġjati fejn

tiddikjara l-għażla personali tal-ġeneru u l-ewwel isem tagħha.

Il-Kummissarju għar-Rifuġjati" għandhom jiġu sostitwiti bil-

kliem "bidla fil-ġeneru u fl-isem tagħha, jekk il-persuna tagħżel

li tirreġistra bidla fl-isem, għandha tagħmel dikjarazzjoni

ġuramentata quddiem l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv fejn tiddikjara l-

għażla personali tal-ġeneru u l-isem tagħha. L-Uffiċjal Kap

Eżekuttiv".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Fis-subartikolu (1) tal-artikolu 4A tal-Att prinċipali, il-kliem Emenda tal-

"l-ewwel isem jekk il-persuna tagħżel li tibdel l-ewwel isem " artikolu

Att prinċipali.

għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "l-isem jekk il-persuna tagħżel li

tibdel l-isem".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Is-subartikolu (1) tal-artikolu 5 tal-Att prinċipali għandu jiġi Emenda tal-

artikolu 5 tal-

emendat kif ġej

Att prinċipali.

(a) il-paragrafu (d) tiegħu għandu jiġi sostitwit bil-

paragrafu ġdid li ġej

"(d) l-isem li bih l-applikant irid ikun reġistrat;";

(b) minnufih wara l-paragrafu (d) tiegħu, kif emendat,

għandu jiġi miżjud il-paragrafu ġdid li ġej

"(dd) dikjarazzjoni tal-atti tal-istat ċivili tal-

applikant, għajr l-att tat-twelid, kif ukoll ta’ kwalunkwe att

ieħor tal-istat ċivili li fih jidher l-applikant bin-numru

progressiv ta’ iskrizzjoni u s-sena ta’ kull wieħed; u".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

L-artikolu 7 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej

(a) fis-subartikolu (1) tiegħu l-kliem "l-ewwel isem"

għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "l-isem";

(b) fil-paragrafu (b) tas-subartikolu (2) tiegħu, il-kliem

"l-maturità tal-minorenni." għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem

"l-maturità tal-minorenni:", u minnufih wara għandu jiġi miżjud

il-proviso ġdid li ġej

"Iżda fi kwalunkwe każ, il-Qorti għandha

tiżgura li kwalunkwe proċess, servizz jew evalwazzjoni

li jista’ jiġi użat sabiex jiġu evalwati r-rekwiżiti ta’ dan

is-subartikolu għandu jirrispetta dawk id-drittijiet

stipulati fl-artikolu 3 u fid-dispożizzjonijiet tal-Att

dwar l-Affermazzjoni tal-Orjentazzjoni Sesswali, l-

Identità tal-Ġeneru u l-Espressjoni tal-Ġeneru, b’dan

illi l-Qorti għandha wkoll tqis b’mod xieraq kwalunkwe

proċess, servizz jew evalwazzjoni li jkun digà għadda

minnhom il-minuri, u fejn possibbli ma tissuġġettax

lill-minuri għal proċessi addizzjonali.";

(ċ) fis-subartikolu (3) tiegħu l-kliem "l-ewwel isem tal-

minuri u jniżżel l-isem fl-att tat-twelid tal-minuri" għandhom

jiġu sostitwiti bil-kliem "l-isem tal-minuri fl-att tat-twelid tal-

minuri, permezz ta’ annotazzjoni fil-marġini"; u

(d) is-subartikolu (4) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-

subartikolu ġdid li ġej

"(4) Il-persuni li jeżerċitaw is-setgħat ta’ ġenituri

fuq il-minuri jew it-tutur tal-minuri li l-ġeneru tiegħu ma

ġiex iddikjarat mat-twelid, jistgħu qabel ma l-minuri jilħaq

l-età ta’ sittax (16)-il sena, permezz ta’ rikors preżentat fir-

reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta’ Ġuriżdizzjoni

Volontarja), jiddikjaraw il-ġeneru u l-isem tal-minuri, jekk

il-minuri jagħżel li jibdel l-isem u wara l-kunsens espress

tal-minuri, b’kunsiderazzjoni għall-evoluzzjoni tal-

kapaċitajiet u l-aħjar interess tal-minuri, il-Qorti Ċivili

(Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja) għandha tordna lid-

Direttur sabiex jirreġistra l-ġeneru u l-isem tal-minuri fl-att

tat-twelid tal-minuri, permezz ta’ annotazzjoni fil-marġini

Iżda persuni ta’ sittax (16)-il u sbatax (17)-il

sena, li l-ġeneru tagħhom ikun għadu ma ġiex iddikjarat ,

għandhom qabel ma jilħqu l-età ta’ tmintax (18)-il sena

jiddikjaraw il-ġeneru permezz tal-proċedura kif stabbilità

fid-dispożizzjonijiet tal-artikolu 4

Iżda wkoll dikjarazzjoni tal-ġeneru mwettqa

skont il-proviso preċedenti ma għandhiex tkun

ikkunsidrata bħala emenda għall-att tat-twelid għall-finijiet

tal-artikolu 8(2).".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

L-artikolu 8 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej

Emenda tal-

artikolu 8 tal-

Att prinċipali.

(a) fis-subartikolu (1) tiegħu, il-kliem "tmintax-il sena"

għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "sittax (16)-il sena"; u

(b) is-subartikolu (2) tiegħu għandu jiġu sostitwit b’dan

is-subartikolu ġdid li ġej

"(2) Emenda fl-att tat-twelid magħmula skont l-

artikolu 7 tista’ tiġi emendata b’mod ulterjuri mill-minuri

meta jilħaq l-età ta’ sittax (16)-il sena permezz tal-

proċedura stabbilita fl-artikolu 4

Iżda mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’

dan is-subartikolu, emenda fl-att tat-twelid magħmula

skont dan l-Att għandha tiġi emendata b’mod ulterjuri biss

b’ordni tal-Qorti

Iżda wkoll kwalunkwe persuna li ppreżentat

talba skont l-artikolu 4(1) qabel id-dħul fis-seħħ tal-Att tal- Att

tal-2024.

2024 li jemenda l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-

Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess tista’, sa

mhux iktar tard minn ħames (5) snin mid-dħul fis-seħħ tal-

istess Att tippreżenta talba ġdida sabiex tbiddel il-ġeneru

reġistrat għal ġeneru mhux binarju. F’tali każ, għandha ssir

referenza espressa għal dan il-proviso u għan-nota ta’

reġistrazzjoni preċedenti fl-att pubbliku dikjaratorju skont

l-artikolu 5.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

L-artikolu 9 tal-Att prinċipali għandu jiġi sostitwit b’dan l- Sostituzzjoni

tal-artikolu 9

tal-Att

prinċipali.

artikolu ġdid li ġej

9. (1) Deċiżjoni finali dwar l-identità tal-

ġeneru ta’ kwalunkwe persuna li ġiet iddeterminata

minn qorti kompetenti barranija jew awtorità

responsabbli li taġixxi skont il-liġi ta’ dak il-pajjiż

għandha tkun rikonoxxuta f ’Malta permezz ta’ att

pubbliku ta’ rikonoxximent u d-dispożizzjonijiet tal-

artikolu 5(2) u (3) għandhom japplikaw mutatis

mutandis.

(2) L-att pubbliku ta’ rikonoxximent għandu jkun

fih l-elementi li ġejjin

(a) kopja legali tad-deċiżjoni finali li ser

tiġi rikonoxxuta, u meta din ma tkunx bil-lingwa

Maltija jew Ingliża għandha tiġi tradotta għal

waħda (1) minn dawn il-lingwi;

(b) kopja legali ta’ dokument validu ta’

identifikazzjoni maħruġ mill-pajjiż fejn tkun ġiet

iddeterminata d-deċiżjoni;

(ċ) dikjarazzjoni tal-atti tal-istat ċivili tal-

applikant reġistrati f’Malta, kif ukoll ta’

kwalunkwe att ieħor tal-istat ċivili li fih jidher l-

applikant reġistrat f’Malta, bin-numru progressiv

ta’ iskrizzjoni u s-sena ta’ kull wieħed (1); u

(d) l-elementi kollha preskritti li huma

meħtieġa skont l-Att dwar il-Professjoni Nutarili

u l-Arkivji Nutarili.

(3) Fil-każ ta’ minuri, talba għar-rikonoxximent

ta’ deċiżjoni finali dwar l-identità tal-ġeneru tal-minuri

li tkun ġiet iddeterminata minn qorti kompetenti

barranija jew awtorità responsabbli li taġixxi skont il-

liġi ta’ dak il-pajjiż, għandha ssir permezz ta’ rikors fir-

reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni

Volontarja) mill-persuni li jeżerċitaw is-setgħat tal-

ġenituri fuq il-minuri jew it-tutur tal-minuri u d-

dispożizzjonijiet tal-artikolu 7 għandhom japplikaw

mutatis mutandis.

(4) L-identifikaturi tal-ġeneru li mhux rikonoxxuti

permezz ta’ dan l-Att, iżda rikonoxxuti minn qorti

kompetenti barranija jew awtorità responsabbli li

taġixxi skont il-liġi ta’ dak il-pajjiż għandhom jiġu

rikonoxxuti f’Malta.

(5) Meta persuna li tkun preżentat talba skont dan

l-artikolu jkollha atti tal-istat ċivili reġistrati f’Malta,

id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 10 u d-dispożizzjonijiet

ta’ dan l-Att relatati mal-annotazzjonijiet meħtieġa

mid-Direttur, għandhom japplikaw mutatis mutandis

għal dan l-artikolu, skont il-każ.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Fis-subartikolu (1) tal-artikolu 9A tal-Att prinċipali, minnufih Emenda tal-

wara l-kelma "Persuna" għandhom jiġu miżjuda l-kliem "ta’ artikolu

Att prinċipali.

kwalunkwe ċittadinanza", u l-kelma "detenzjoni." għandha tiġi

sostitwita bil-kelma "detenzjoni:" u minnufih wara għandu jiġi miżjud

il-proviso ġdid li ġej

"Iżda l-awtorità relevanti li tkun irċeviet affidavit kif

previst f’dan is-subartikolu għandha, wara li tikkonsulta mal-

persuna kkonċernata, tagħmel dawk l-aġġustamenti li ma

jimponux piż sproporzjonat fuqha, fejn hu meħtieġ sabiex

tipprovdi lill-persuna akkomodazzjoni raġonevoli.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

L-artikolu 10 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej

Emenda tal-

artikolu 10 tal-

Att prinċipali.

(a) fis-subartikolu (1) tiegħu, il-kliem "Persuna

għandha sa qabel xahar mill-pubblikazzjoni tal-att

dikjaratorju tindika lid-Direttur l-atti tal-istat ċivili,

minbarra l-att tat-twelid, li jkollhom bżonn jiġu

emendati:" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "Id-

Direttur għandu, fi żmien ħmistax (15)-il jum mir-

reġistrazzjoni tan-nota tal-insinwa min-nutar skont l-

artikolu 5 u bla ħsara għall-artikolu 9 tal-Att dwar il-

Koabitazzjoni, jemenda l-atti tal-istat ċivili li jkunu

ġew iddikjarati skont l-artikolu 5(1)(dd):";

(b) fis-subartikolu (2) tiegħu, il-kliem "l-ewwel

isem" għandhom jiġu sostitwiti bil-kelma "l-isem"; u

(ċ) fis-subartikolu (3) tiegħu, il-kliem "l-ewwel

isem" għandhom jiġu sostitwiti bil-kelma "l-isem".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Fis-subartikolu (3) tal-artikolu 13 tal-Att prinċipali l-kliem Emenda tal-

"jirriflettu l-istandards ġodda stabbiliti b’dan l-Att fi żmien massimu artikolu

Att prinċipali.

ta’ tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att." għandhom jiġu sostitwiti

bil-kliem "jirriflettu l-istandards ġodda stabbiliti b’dan l-Att fi żmien

massimu ta’ sena (1) mid-dħul fis-seħħ tal-Att tal-2024 li jemenda l- Att

tal-2024.

Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-

Karatteristiċi tas-Sess.".

TAQSIMA II

EMENDA GĦALL-KODIĊI ĊIVILI

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Din it-Taqsima temenda l-Kodiċi Ċivili u għandha tinqara u

tinftiehem ħaġa waħda mal-Kodiċi Ċivili, hawn iżjed ’il quddiem f’din

it-Taqsima msejjaħ il-"Kodiċi".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Fit-tieni proviso għall-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (1) tal-

artikolu 278 tal-Kodiċi, il-kelma "ġeneru" għandha tiġi sostitwita bil-

kliem " "ġeneru", b’dan illi għandha tinkludi biss il-ġeneru femminili u

l-ġeneru maskili;".

TAQSIMA III

EMENDA GĦALL-ATT DWAR L-INTERPRETAZZJONI

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Din it-Taqsima temenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni u

għandha tinqara u tinftiehem ħaġa waħda mal-Att dwar l-

Interpretazzjoni.

Interpretazzjoni, hawn iżjed ’il quddiem f’din it-Taqsima msejjaħ l-

"Att prinċipali".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 25 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXV tal-2024 ACT No. XXV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Il-paragrafu (b) tal-artikolu 4 tal-Att prinċipali għandu jiġi

sostitwit bil-paragrafu ġdid li ġej

"(b) kliem li jimplika ġeneru wieħed (1) għandu jinkludi

l-ġeneri l-oħra kollha;".

Mgħoddi mill-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Nru 256 tad-9 ta’

Lulju, 2024.

ANĠLU FARRUGIA

Speaker

ELEANOR SCERRI

Skrivan tal-Kamra tad-Deputati

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →