Legislator Case Law & Legislation
act_2024_24 MT

ATT Nru XXIV tal-2024 ACT No. XXIV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

12 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (12)

Statutory Text (12 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 24 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXIV tal-2024 ACT No. XXIV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 21,284, 12 ta’ Lulju, 2024

Taqsima A

MALTA

ATT Nru XXIV tal-2024

ACT No. XXIV of 2024

ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’

AN ACT enacted by the Parliament of

Malta.

Malta.

ATT li jemenda l-Att dwar Kunsill għall-

AN ACT to amend the Council for

Maltin li Jgħixu Barra minn Malta,

Maltese Living Abroad Act, Cap.

Kap. 515, u sabiex jipprovdi għal

515, and to provide for matters

ħwejjeġ anċillari jew konsegwenzjali

ancillary or consequential thereto.

għalih.

Nagħti l-kunsens tiegħi.

(L.S.)

MYRIAM SPITERI DEBONO

President

12 ta’ Lulju, 2024

ATT Nru XXIV tal-2024

ATT li jemenda l-Att dwar Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra

minn Malta, Kap. 515, u sabiex jipprovdi għal ħwejjeġ anċillari jew

konsegwenzjali għalih.

IL-PRESIDENT, bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati,

imlaqqgħa f’dan il-Parlament, u bl-awtorità tal-istess, ħarġet b’liġi dan

li ġej:-

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 24 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXIV tal-2024 ACT No. XXIV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

(1) It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att huwa l-Att tal-2024 li Titolu fil-qosor

jemenda l-Att dwar Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta u u bidu fis-seħħ.

dan l-Att għandu jinqara u jinftiehem ħaġa waħda mal-Att dwar Kap. 515.

Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, hawn aktar ’il

quddiem imsejjaħ l-"Att prinċipali".

(2) Dan l-Att għandu jidħol fis-seħħ f’dik id-data jew dati li l-

Ministru responsabbli għall-affarjiet barranin jista’ b’avviż fil-

Gazzetta jistabbilixxi, u jistgħu jiġu hekk stabbiliti dati differenti għal

dispożizzjonijiet u, jew għanijiet differenti ta’ dan l-Att.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 24 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXIV tal-2024 ACT No. XXIV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

L-artikolu 2 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej

Emenda tal-

artikolu 2 tal-

Att prinċipali.

(a) minnufih qabel t-tifsira "il-Kostituzzjoni" għandhom

jiġu miżjuda dawn it-tifsiriet ġodda li ġejjin

" "ċittadin Malti" tfisser kwalunkwe persuna

kkunsidrata bħala ċittadin skont l-Att dwar iċ-Ċittadinanza

Maltija;

"Kamra" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħti

lilha bl-artikolu 3 tal-Att dwar l-Interpretazzjoni;

"komunitajiet Maltin barra minn Malta" tfisser

kwalunkwe grupp ta’ ċittadini Maltin jew persuni ta’

dixxendenza Maltija li jgħixu barra minn Malta;";

(b) it-tifsira "Maltin li jgħixu barra minn Malta" għandha

tiġi sostitwita b’din it-tifsira ġdida li ġejja

" "Maltin li jgħixu barra minn Malta" tfisser

kwalunkwe ċittadin Malti jew persuna ta’ dixxendenza

Maltija li ma huwiex residenti f’Malta;";

(ċ) minnufih wara t-tifsira "membru li jgħix barra minn

Malta" għandha tiġi miżjuda din it-tifsira ġdida li ġejja

" "membri tal-Kunsill" tfisser il-membri maħtura

sabiex jagħmlu parti mill-Kunsill skont l-artikolu 5(1);";

(d) minnufih wara t-tifsira "il-Ministru" għandha tiġi

miżjuda din it-tifsira ġdida li ġejja

" "persuna ta’ dixxendenza Maltija" tfisser

kwalunkwe persuna li tista’ ssir ċittadina Maltija skont l-

Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija;"; u

(e) it-tifsiriet "membru li jgħix barra minn Malta" u

"Reġistru" għandhom jiġu mħassra.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 24 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXIV tal-2024 ACT No. XXIV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

L-artikolu 3 tal-Att prinċipali għandu jiġi sostitwit

b’dan l-artikolu ġdid li ġej

3. (1) Għandu jkun hemm Kunsill li għandu jkun

magħruf bħala l-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn

Malta.

(2) Il-Kunsill għandu jkun il-korp li jirrappreżenta

komunitajiet Maltin barra minn Malta quddiem l-entitajiet

kollha tal-Gvern ta’ Malta, inkluż is-servizz pubbliku u

kwalunkwe awtorità pubblika, istituzzjoni jew

organizzazzjoni responsabbli għall-implimentazzjoni ta’

politiki li jolqtu dawn il-komunitajiet.

(3) Il-funzjonijiet tal-Kunsill għandhom jikkonsistu

f’dawn li ġejjin

(a) li jissorvelja l-kwalità tal-ħajja ta’

komunitajiet Maltin barra minn Malta;

(b) li jsaħħaħ, jiffaċilita u jikkultiva r-rabtiet

bejn il-komunitajiet Maltin barra minn Malta u l-

ħajja politika, kulturali, ekonomika u soċjali ta’

Malta;

(ċ) li jiżgura l-ħarsien effettiv tad-drittijiet

tal-komunitajiet Maltin barra minn Malta;

(d) li jiffaċilita ż-żamma tal-identità

kulturali u lingwistika tal-komunitajiet Maltin barra

minn Malta u jippromwovi l-kultura Maltija barra

minn Malta, b’mod partikolari t-tagħlim tal-lingwa

Maltija u l-aspetti kollha tal-kultura Maltija;

(e) li jippromwovi l-istorja ta’ migrazzjoni

Maltija f’kooperazzjoni mal-gvern ta’ Malta;

(f) li jżomm rabtiet ma’ dawk l-

organizzazzjonijiet kollha stabbiliti minn Maltin li

jkunu jgħixu barra u jżomm reġistru ta’

organizzazzjonijiet stabbiliti minn Maltin li jgħixu

barra minn Malta;

(g) li janalizza u jivverifika l-problemi li

jiltaqgħu magħhom il-komunitajiet Maltin barra

minn Malta, inkluż taħriġ u żvilupp professjonali u

edukattiv, u r-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-ħiliet

miksuba f’Malta;

(h) li jħejji kwalunkwe proposta, jew

jagħmel

kwalunkwe

suġġeriment

jew

rakkomandazzjoni dwar miżuri leġiżlattivi jew

amministrattivi kif ukoll ftehimiet internazzjonali u

atti legali tal-Unjoni Ewropea li jolqtu d-drittijiet u l-

interessi tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta;

(i) li jippromwovi u jinkoraġġixxi studji u

riċerka dwar suġġetti li jirrigwardaw il-Maltin li

jgħixu barra minn Malta;

(j) li jiġi konsultat u jagħti l-kontribut

tiegħu

fit-tħejjija

tal-leġiżlazzjoni,

miżuri

amministrattivi jew politiki ta’ Malta li jolqtu Maltin

li jgħixu barra minn Malta.

(k) li jgħin iċ-ċentri kulturali, libreriji,

arkivji, mużewijiet, teatri, gruppi mużikali u l-

entitajiet kreattivi tal-komunitajiet Maltin li jgħixu

barra minn Malta billi jiffaċilita l-kuntatti mal-

entitajiet nazzjonali pertinenti;

(l) li jassigura l-iżvilupp tad-dimensjoni

tan-negozju f’Malta mal-komunitajiet Maltin barra

minn Malta;

(m) li jipprovdi informazzjoni korretta meta

tiġi mitluba lill-komunitajiet Maltin barra minn

Malta fuq politiki tal-gvern ta’ Malta, kif ukoll fuq

il-ħajja ekonomika, soċjali u kulturali tal-pajjiż;

(n) li jsaħħaħ il-konnettività ma’ Malta

permezz ta’ kuntatti ma’ istituzzjonijiet stabbiliti ta’

eċċellenza barra minn Malta f’oqsma bħal, iżda

mhux limitati għall-edukazzjoni (inkluż l-

universitajiet u l-akkademiċi ta’ vokazzjoni), il-

kultura (inkluż il-produtturi tal-films, iż-żfin, l-arti,

il-letteratura, il-mużika u l-wirt li mhux tanġibbli),

il-mediċina, in-negozju, l-intelliġenza artifiċjali, l-

atleti professjonali u, jew l-organizzazzjonijiet attivi

fid-dixxiplini ewlenin tal-isport; u

(o) li jidentifika Maltin li jgħixu barra minn

Malta li wrew standard eċċellenti fl-attivitajiet

professjonali tagħhom, u li joħolqu netwerks ta’ tali

persuni sabiex jippromwovu l-innovazzjoni u l-

iżvilupp sostenibbli ta’ Malta.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 24 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXIV tal-2024 ACT No. XXIV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

L-artikolu 4 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej

(a) il-paragrafu (a) tiegħu għandu jiġi sostitwit b’dan il-

paragrafu ġdid li ġej

"(a) kwalunkwe Abbozz ta’ Liġi mressaq fil-Kamra

li direttament jew indirettament jolqot id-drittijiet jew l-

interessi tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta;"; u

(b) il-paragrafu (b) tiegħu għandu jiġi sostitwit b’dan il-

paragrafu ġdid li ġej

"(b) kwalunkwe kwistjoni ta’ stima finanzjarja jew

miżura amministrattiva dwar l-interessi tal-komunitajiet

Maltin barra minn Malta, inkluż il-promozzjoni tal-kultura

u l-lingwa Maltija barra minn Malta, fuq l-inizjattiva tal-

Gvern jew ta’ xi istituzzjoni pubblika li tkun fdata bil-

promozzjoni tal-kultura Maltija barra minn Malta;".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 24 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXIV tal-2024 ACT No. XXIV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

L-artikolu 5 tal-Att prinċipali għandu jiġi sostitwit b’dan l-

artikolu ġdid li ġej

5. (1)

Il-Kunsill għandu jkun kostitwit kif ġej

(a) il-Ministru responsabbli għall-affarijiet

barranin, jew kwalunkwe Ministru jew Segretarju

Parlamentari ieħor kif il-Prim Ministru jista’

jistabbilixxi, li għandu jkun iċ-Chairman tiegħu ex

officio;

(b) ħames (5) membri, li għandhom ikunu

ċittadini Maltin, għandhom jiġu maħtura mill-Prim

Ministru għal terminu ta’ tliet (3) snin, wara li

jikkonsulta lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Dawn il-

membri għandu jkollhom għarfien u esperjenza

distintiva tal-bżonnijiet u l-interessi ta’ Maltin li

jgħixu barra minn Malta; u

(ċ) sittax (16)-il membru li jinħatru mill-

Prim Ministru għal terminu ta’ tliet (3) snin li

għandhom ikunu ċittadini Maltin residenti

ordinarjament

barra

minn

Malta,

attivi

f’komunitajiet Maltin barra minn Malta, u l-

imsemmija għandhom jinħatru skont l-Iskeda.

(2) Persuni li jservu bħala membri tal-Kunsill jistgħu

jinħatru mill-ġdid għal terminu ieħor ta’ tliet (3) snin biss,

mal-iskadenza tat-terminu inizjali tal-kariga tagħhom.

(3) Ħlief għaċ-Chairman, persuna ma għandhiex tkun

kwalifikata sabiex iżżomm il-kariga ta’ membru tal-

Kunsill jekk hi tkun Ministru, Segretarju Parlamentari,

kandidata għall-elezzjoni jew membru tal-Kamra tad-

Deputati jew il-Parlament Ewropew jew kwlaunkwe

leġiżlatura nazzjonali, statali, reġjonali jew lokali, jew

membru ta’ xi awtorità tal-gvern lokali, fi kwalunkwe

pajjiż inkluż Malta. Membru tal-Kunsill ma għandu jkollu

l-ebda pożizzjoni li tkun inkompatibbli mal-eżekuzzjoni

korretta tad-dmirijiet uffiċjali tiegħu jew mal-fiduċja

pubblika fih.

(4) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,

il-kariga ta’ membru tal-Kunsill għandha ssir vakanti

(a) meta jgħaddu tliet (3) snin mid-data tal-

ħatra jew tal-ħatra mill-ġdid;

(b) ma’ riżenja permezz ta’ ittra indirizzata

lill-Ministru;

(ċ) jekk jinqalgħu xi ċirkostanzi li, kieku hu

ma kienx membru tal-Kunsill, kien ikun skwalifikat

milli hekk jinħatar;

(d) meta l-kariga tal-membri tal-Kunsill

tista’ tiġi tterminata fi kwalunwke ħin, jekk il-Prim

Ministru, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Ministru, iqis

li din l-azzjoni tkun xierqa; jew

(e) meta l-membri tal-Kunsill li ġew maħtura

taħt l-artikolu 5(1)(ċ) ma jibqgħux residenti fiż-żona

ġeografika li kienu maħtura sabiex jirrappreżentaw.

(5) Il-Kunsill jista’ jwaqqaf Kumitati Reġjonali għal

kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Iskeda. Tali

Kumitati Reġjonali għandhom ikunu esklussivament

responsabbli u li jagħtu kont lill-Kunsill. Il-kostituzzjoni

tagħhom għandha tkun fi ħdan l-ambitu esklussiv tal-

Kunsill.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 24 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXIV tal-2024 ACT No. XXIV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

L-artikolu 6 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej

(a) is-subartikolu (1) tiegħu għandu jiġi sostitwit b’dan

is-subartikolu ġdid li ġej

"(1) Laqgħat tal-Kunsill jistgħu jsiru bil-mezz ta’

video u, jew telekonferenzi bl-awdjo u r-rekords ta’ tali

laqgħat għandhom jirreġistraw il-preżenza ta’ kwalunkwe

parteċipanti b’dak il-mezz.";

(b) is-subartikolu (3) tiegħu għandu jiġi sostitwit b’dan

is-subartikolu ġdid li ġej

"(3) Il-Kunsill ma għandux jaġixxi sakemm ma

jkunx hemm quorum li jkun magħmul miċ-Chairman jew

mid-delegat tiegħu u mhux anqas minn għaxar (10)

membri tal-Kunsill."; u

(ċ) is-subartikolu (4) tiegħu għandu jiġi sostitwit b’dan

is-subartikolu ġdid li ġej

"(4) Mill-inqas darba (1) fis-sena, iċ-Chairman

għandu jsejjaħ laqgħa tal-Kunsill f’Malta jew b’mod

virtwali kif jitqies xieraq." .

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 24 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXIV tal-2024 ACT No. XXIV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Is-subartikolu (2) tal-artikolu 8 tal-Att prinċipali għandu jiġi

sostitwit b’dan is-subartikolu ġdid li ġej

"(2) Id-Direttorat għandu jservi bħala punt ċentrali għal

tagħrif, pariri u koordinazzjoni għal Maltin li jgħixu barra minn

Malta u kwalunkwe assoċjazzjoni li tirrappreżenta Maltin li

jgħixu barra minn Malta jew organizzazzjonijiet li jkunu inklużi

fir-reġistru hekk imsemmi fl-artikolu 10.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 24 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXIV tal-2024 ACT No. XXIV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Minnufih wara s-subartikolu (2) tal-artikolu 9 tal-Att Emenda tal-

artikolu 9 tal-

prinċipali għandu jiġi miżjud dan is-subartikolu ġdid li ġej

Att prinċipali.

"(3) Is-Segretarju tal-Kunsill flimkien mad-Direttorat

għandu jipprovdi lill-Kunsill bis-servizzi amministrattivi kollha,

u għandu jżomm lill-membri tal-Kunsill informati b’mod

regolari fuq kwistjonijiet rilevanti.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 24 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXIV tal-2024 ACT No. XXIV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

L-artikolu 10 tal-Att prinċipali għandu jiġi sostitwit b’dan l- Sostituzzjoni

tal-artikolu 10

artikolu ġdid li ġej

tal-Att

prinċipali.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 24 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXIV tal-2024 ACT No. XXIV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

(1) Għandu

jinżamm

reġistru

ta’

organizzazzjonijiet mhux governattivi mwaqqfa barra

minn Malta li huma involuti fil-promozzjoni u l-ħarsien

tal-interessi tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta.

(2) Ir-responsabbilità,

inkluż

l-inklużjoni,

l-

esklużjoni u t-tneħħija ta’ organizzazzjoni, mir-reġistru

msemmi fis-subartikolu (1) għandha tkun tas-Segretarju

tal-Kunsill f’isem il-Kunsill.".

10. L-artikolu 11 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej

Emenda tal-

artikolu 11 tal-

Att prinċipali.

(a) il-paragrafu (a) tiegħu għandu jiġi sostitwit b’dan il-

paragrafu ġdid li ġej

"(a) li jirregolaw kwalunkwe ħatra, ħatra mill-ġdid,

jew elezzjoni ta’ kwalunkwe membri tal-Kunsill li jgħixu

barra minn Malta;";

(b) il-paragrafu (d) tiegħu għandu jiġi sostitwit b’dan il-

paragrafu ġdid li ġej

"(d) li jipprovdu assistenza lil membri li jgħixu

barra minn Malta u jattendu seduti tal-Kunsill f’Malta."; u

(ċ)

il-paragrafu (e) tiegħu għandu jiġi mħassar.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2024 24 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284 – 12.07.2024 — ATT Nru XXIV tal-2024 ACT No. XXIV of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

L-Iskeda li tinsab mal-Att prinċipali għandha tiġi sostitwita Sostituzzjoni

tal-Iskeda li

b’din l-Iskeda ġdida li ġejja

tinsab mal-Att

prinċipali.

"SKEDA

(artikolu 5(1)(ċ))

1. Għandhom jiġu maħtura żewġ (2) membri li

jgħixu barra minn Malta, kif imfisser fl-artikolu 5(1)(ċ),

minn kull wieħed mill-pajjiżi u, jew żoni ġeografiċi li

ġejjin

(a) l-Istat ta’ Victoria fil-Commonwealth

tal-Awstralja;

(b) l-Istat ta’ New South Wales fil-

Commonwealth tal-Awstralja;

(ċ) l-Istati Uniti tal-Amerika;

(d) il-Kanada; u

(e) l-Ewropa, iżda mhux residenti f’Malta.

2. Għandu jiġi maħtur membru wieħed (1) li jgħix

barra minn Malta, kif imfisser fl-artikolu 5(1)(ċ), minn

kull wieħed mill-pajjiżi u, jew żoni ġeografiċi li ġejjin

(a) ir-Renju Unit;

(b) kwalunkwe

żona

ġeografika

fil-

Commonwealth tal-Awstralja mhux imsemmija fil-

partita 1 ta’ din l-Iskeda, in-New Zealand, jew l-

Oċeanja;

(ċ) l-Emirati Għarab Maqgħuda;

(d) l-Afrika ta’ Fuq jew ir-Repubblika tal-

Afrika t’Isfel;

(e) l-Asja;

(f) l-Amerika t’Isfel jew Ċentrali.

3. Meta jkunu qegħdin jintgħażlu membri li jgħixu

barra minn Malta, għandha tingħata konsiderazzjoni

xierqa

għall-opinjonijiet,

suġġerimenti,

rakkomandazzjonijiet u pariri, fejn applikabbli, ta’

federazzjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet, kunsilli tal-komunità

u l-assoċjazzjonijiet li jkunu l-aktar rappreżentattivi tal-

interessi ta’ komunitajiet tal-Maltin li jgħixu barra minn

Malta.".

Mgħoddi mill-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Nru 256 tad-9 ta’

Lulju, 2024.

ANĠLU FARRUGIA

Speaker

ELEANOR SCERRI

Skrivan tal-Kamra tad-Deputati

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →