ATT Nru XXIII tal-2024 ACT No. XXIII of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.
Statutory Text (3 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 21,280, 5 ta’ Lulju, 2024
Taqsima A
MALTA
ATT Nru XXIII tal-2024
ACT No. XXIII of 2024
ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’
AN ACT enacted by the Parliament of
Malta.
Malta.
ATT sabiex ikompli jemenda l-Att dwar
AN ACT to further amend the Gender-
il-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u
Based Violence and Domestic
Vjolenza Domestika, Kap. 581.
Violence Act, Cap. 581.
Nagħti l-kunsens tiegħi.
(L.S.)
MYRIAM SPITERI DEBONO
President
5 ta’ Lulju, 2024
ATT Nru XXIII tal-2024
ATT sabiex ikompli jemenda l-Att dwar il-Vjolenza Abbażi ta’
Ġeneru u Vjolenza Domestika, Kap 581.
IL-PRESIDENT, bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati,
imlaqqgħa f’dan il-Parlament, u bl-awtorità tal-istess, ħarġet b’liġi dan
li ġej:-
It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att tal-2024 li jemenda l- Titolu fil-qosor.
Att dwar il-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika
(Emenda Nru 2), u dan l-Att għandu jinqara u jinftiehem ħaġa waħda
mal-Att dwar il-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika, Kap. 581.
hawn iżjed ’il quddiem imsejjaħ l-"Att prinċipali".
L-artikolu 2 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
Emenda tal-
artikolu 2 tal-
Att prinċipali.
(a) it-tifsira "familja jew unità domestika" għandha tiġi
sostitwita b’din it-tifsira ġdida li ġejja
" " familja jew relazzjoni intima" tinkludi
(a) konjuġi, imsieħba f’unjoni ċivili jew
koabitanti skont l-Att dwar il-Koabitazzjoni,
attwali jew passati u uliedhom;
(b) persuni li għandhom jew li kellhom
wild in komuni;
(ċ) persuni li huma relatati ma’ xulxin jew
minħabba l-qrubija mid-demm jew bi żwieġ,
unjoni ċivili u, jew koabitazzjoni, sat-tielet grad
inklussivament;
(d) persuni li qegħdin jew li kienu
f’relazzjoni sentimentali u, jew intima; u
(e) konjuġi li ż-żwieġ tagħhom ġie maħlul
jew dikjarat null;";
(b) it-tifsira "vjolenza domestika" għandha tiġi sostitwita
bit-tifsira ġdida li ġejja
" "vjolenza domestika" tfisser l-atti jew l-
ommissjonijiet kollha, inkluż il-vjolenza verbali, fiżika,
sesswali, psikoloġika jew ta’ natura ekonomika li
jikkawżaw ħsara u, jew tbatija fiżika jew morali, inkluż it-
theddid ta’ tali atti jew ommissjonijiet, l-isfurzar, jew iċ-
ċaħda arbitrarja tal-libertà, li sseħħ fi ħdan familja u, jew
f’relazzjoni intima, kemm jekk l-awtur tar-reat jgħix jew
kien jgħix fl-istess residenza mal-vittma jew le, u għandha
tinkludi wkoll tfal li jkunu xhieda ta’ vjolenza fi ħdan il-
familja u, jew relazzjoni intima.".
Mgħoddi mill-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Nru 253 tal-1 ta’
Lulju, 2024.
ANĠLU FARRUGIA
Speaker
ELEANOR SCERRI
Skrivan tal-Kamra tad-Deputati