ATT Nru XXII tal-2024 ACT No. XXII of 2024 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.
Statutory Text (4 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 21,280, 5 ta’ Lulju, 2024
Taqsima A
MALTA
ATT Nru XXII tal-2024
ACT No. XXII of 2024
ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’
AN ACT enacted by the Parliament of
Malta.
Malta.
ATT sabiex jemenda l-Att dwar il-
AN ACT to amend the Gender-Based
Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u
Violence and Domestic Violence Act,
Vjolenza Domestika, Kap. 581.
Nagħti l-kunsens tiegħi.
(L.S.)
MYRIAM SPITERI DEBONO
President
5 ta’ Lulju, 2024
ATT Nru XXII tal-2024
ATT sabiex jemenda l-Att dwar il-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u
Vjolenza Domestika, Kap. 581.
IL-PRESIDENT, bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati,
imlaqqgħa f’dan il-Parlament, u bl-awtorità tal-istess, ħarġet b’liġi
dan li ġej:-
(1) It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att tal-2024 li Titolu fil-qosor
jemenda l-Att dwar il-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza u bidu fis-seħħ.
Domestika u dan l-Att għandu jinqara u jinftiehem ħaġa waħda mal-
Att dwar il-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika, Kap. 581.
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ l-"Att prinċipali".
(2) Dan l-Att għandu jidħol fis-seħħ f’dik id-data jew dati li l-
Ministru responsabbli għall-ugwaljanza u l-Ministru responsabbli mill-
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali jistgħu, b’avviż fil-
Gazzetta, jistabbilixxu u jistgħu jiġu hekk stabbiliti dati differenti għal
dispożizzjonijiet u, jew għanijiet differenti ta’ dan l-Att.
L-artikolu 2 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
Emenda tal-
artikolu 2 tal-
Att prinċipali.
(a) minnufih wara t-tifsira "Konvenzjoni" għandha tiġi
miżjuda t-tifsira ġdida li ġejja
""Bord tal-MARAM" tfisser Multi-Agency Risk
Assessment Meeting Board li jiltaqa’ sabiex jidduskuti l-
każijiet ta’ vjolenza domestika li jitqiesu bħala ta’ riskju
għoli;"
(b) it-tifsira "Ministru" għandha tiġi sostitwita bit-tifsira
ġdida li ġejja
""Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli mill-
ugwaljanza
Iżda fir-rigward tal-Bord tal-MARAM, il-
Ministru għandu jfisser il-Ministru responsabbli mill-
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali;".
L-artikolu 20 tal-Att prinċipali għandu jiġi sostitwit kif ġej
3.
(1) Il-Ministru
jista’
jagħmel
regolamenti sabiex jimplimenta u biex jagħti effett
aħjar lid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att, u mingħajr
ħsara għall-ġeneralità ta’ dak li ntqal qabel, jista’
jippreskrivi kull ħaġa li għandha ssir jew li tista’ tiġi
preskritta u jista’ jipprovdi għal kwalunkwe ħaġa
konsegwenzjali, inċidentali għal, jew konnessa mad-
dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Il-Ministru responsabbli mill-Fondazzjoni
għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali jista’ jagħmel
regolamenti sabiex jimplimenta u biex jagħti effett
aħjar lid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att fir-rigward tal-
Bord tal-MARAM, u mingħajr ħsara għall-ġeneralità
ta’ dak li ntqal qabel, jista’ jippreskrivi kull ħaġa li
għandha ssir jew li tista’ tiġi preskritta u jista’
jipprovdi għal kwalunkwe ħaġa konsegwenzjali,
inċidentali għal, jew konnessa mad-dispożizzjonijiet
ta’ dan l-Att fir-rigward tal-Bord tal-MARAM.".
Mgħoddi mill-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Nru 253 tal-1 ta’
Lulju, 2024.
ANĠLU FARRUGIA
Speaker
ELEANOR SCERRI
Skrivan tal-Kamra tad-Deputati