ATT Nru XL tal-2023 ACT No. XL of 2023 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.
Table of Provisions (106)
Statutory Text (106 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 21,164, 12 ta’ Diċembru, 2023
Taqsima A
MALTA
ATT Nru XL tal-2023
ACT No. XL of 2023
ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’
AN ACT enacted by the Parliament of
Malta.
Malta.
ATT sabiex jirregola n-Navigazzjoni fl-
AN ACT to regulate Air Navigation.
Ajru.
Nagħti l-kunsens tiegħi.
(L.S.)
GEORGE VELLA
President
12 ta’ Diċembru, 2023
ATT Nru XL tal-2023
ATT sabiex jirregola n-Navigazzjoni fl-Ajru.
IL-PRESIDENT bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati,
imlaqqgħa f’dan il-Parlament, u bl-awtorità tal-istess, ħareġ b’liġi dan
li ġej:-
(1) It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att tal-2023 dwar in-
Navigazzjoni fl-Ajru.
(2) Dan l-Att għandu jidħol fis-seħħ f’dik id-data jew dati li l-
Ministru responsabbli għat-trasport jista’, b’avviż fil-Gazzetta,
jistabbilixxi u jistgħu jiġu hekk stabbiliti dati differenti għal
dispożizzjonijiet u, jew għanijiet differenti ta’ dan l-Att.
Rekords dwar Ajrunavigabbiltà Kontinwa ta’ Inġenji tal-Ajru
Rekords dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ inġenji tal-ajru
1. Rekords dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa għandu jkun fihom
l-informazzjoni kurrenti li ġejja
(a) l-istatus ta’ direttivi ta’ ajrunavigabbiltà u miżuri ta’
ajrunavigabbiltà ordnati mid-Direttorat b’reazzjoni immedjata
għall-problema ta’ sikurezza;
(b)
l-istatus ta’ modifikazzjonijiet u tiswijiet;
(ċ) l-istatus
ta’
konformità
mal-programm
ta’
manutenzjoni;
(d)
l-istatus ta’ komponenti b’ħajja ta’ servizz limitata;
(e)
rapport tal-massa u l-bilanċ;
(f) ċertifikat ta’ rilaxx għas-servizz meħtieġ mit-
Taqsima III meta titlesta kwalunkwe manutenzjoni; u
(g)
lista ta’ manutenzjoni li ġiet differita.
Ġurnal ta’ Abbord tal-inġenju tal-ajru
2. L-entrati li ġejjin għandhom ikunu inklużi fil-ġurnal ta’
abbord tal-inġenju tal-ajru
(a)
it-tip ta’ inġenju tal-ajru;
(b)
il-marki ta’ reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
(ċ) id-data, flimkien mal-ħin totali akkumulat ta’ titjir
tal-inġenju tal-ajru, ċikli ta’ titjir u numri ta’ nżul, kif xieraq.
Ġurnali tal-magna, skrejjen u komponenti
3. Flimkien mad-dokument ta’ rilaxx awtorizzat, EASA Form 1
jew l-ekwivalenti tagħha, l-informazzjoni li ġejja in konnessjoni ma’
kwalunkwe mutur, skrun, modulu ta’ mutur jew komponent b’ħajja ta’
servizz limitata għandha titniżżel fil-ġurnal ta’ abbord xieraq tal-
mutur, tal-iskrun, tal-modulu tal-mutur jew tal-komponent b’ħajja ta’
servizz limitata
(a)
identifikazzjoni tal-komponent;
(b) it-tip, in-numru tas-serje u r-reġistrazzjoni, kif xieraq
tal-inġenju tal-ajru, tal-mutur, tal-iskrun, tal-modulu tal-mutur u
tal-komponent b’ħajja ta’ servizz limitata li fuqu ġie installat il-
komponent partikolari, flimkien ma’ referenza għall-istallazzjoni
u t-tneħħija tal-komponent;
(ċ) id-data, flimkien mal-ħin totali akkumulat ta’ titjir
tal-komponent, il-ċikli ta’ titjir, l-inżul u l-ħin tal-kalendarju, kif
xieraq; u
(d) l-informazzjoni fil-partita 1 li tapplika għall-
komponent.
Żamma ta’ rekords
4. Is-sid jew l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiżgura li ġiet
stabbilita sistema sabiex iżomm ir-rekords speċifikati fil-Kolonna 1
tat-tabella ta’ hawn taħt għal dawk il-perjodi speċifikati fil-Kolonna 2
ta’ dik it-tabella.
Kolonna 1 - Rekord
Kolonna 2 - Perjodu
I r- r e k o r d s d e t t a l j a t i k o l l h a t a ’
Sa dak iż-żmien meta l-
manutenzjoni fir-rigward tal-inġenju tal-
informazzjoni li tin sab fihom tiġi
ajru u kwalunkwe komponent li għandu
sostitwita b’informazzjoni ġdida bi skop
ħajja ta’ servizz limitata installat miegħu
u dettall ekwivalenti iżda mhux inqas
minn sitta u tletin (36) xahar wara li l-
inġenju tal-ajru jew il-komponent ġie
rilaxxat għas-servizz
Il-ħin totali ta’ servizz (sigħat, ħin
Mill-inqas tnax (12)-il xahar wara li
tal-kalendarju, ċikli, u nżul) tal-inġenju l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ġie
t a l - a j r u u l - k o m p o n e n t i k o l l h a l i rtirat mis-servizz b’mod permanenti
għandhom ħajja ta’ servizz limitata
Il-ħin ta’ servizz (sigħat, ħin tal-
Mill-inqas sakemm il-manutenzjoni
kalendarju, ċikli, u nżul) kif xieraq, mill-
skedata tal-komponent tiġi sostitwita
aħħar manutenzjoni skedata tal-
b’manutenzjoni skedata oħra ta’ skop
komponent soġġett għal ħajja ta’ servizz
ta’ xogħol u dettall ekwivalenti
limitata
L-istatus kurrenti ta’ konformità mal-
Mill-inqas sakemm il-manutenzjoni
programm ta’ manutenzjoni b’tali mod li
skedata tal-inġenju tal-ajru jew tal-
tista’ tiġi stabbilita konformità mal-
komponent
tiġi
sostitwita
programm ta’ manutenzjoni tal-inġenju
b’manutenzjoni skedata oħra ta’ skop
tal-ajru
ta’ xogħol u dettall ekwivalenti
L-istatus kurrenti ta’ direttivi ta’
Mill-inqas tnax (12)-il xahar wara li
ajrunavigabbiltà maħruġa taħt l-artikolu l-inġenju tal-ajru jew il-komponent jiġi
13 applikabbli għall-inġenju tal-ajru u l- rtirat mis-servizz b’mod permanenti
komponenti
Dettalji tal-modifikazzjonijiet
Mill-inqas tnax (12)-il xahar wara li
kurrenti u tiswijiet tal-inġenju tal-ajru, j i ġ u r t i r a t i m i s - s e r v i z z b ’ m o d
magni, skrejjen u kwalunkwe komponent permanenti
ieħor li huwa vitali għas-sikurezza fit-
titjir
Il-ġurnal tekniku tal-operatur
5. (1) Ġurnal tekniku tal-operatur għandu jkun fih l-
informazzjoni li ġejja għal kull inġenju tal-ajru
(a) informazzjoni dwar kull titjira, sabiex tiġi żgurata
sikurezza kontinwa fit-titjir;
(b) iċ-ċertifikat ta’ rilaxx għas-servizz tal-inġenju tal-
ajru kurrenti;
(ċ) l-istatement kurrenti ta’ liema manutenzjoni skedata
u manutenzjoni ’l barra mill-fażi ta’ manutenzjoni iridu
jitwettqu, ħlief fejn id-Direttorat ta permess sabiex l-istatement
tal-manutenzjoni jinżamm post ieħor;
(d) ir-rettifikazzjonijiet ta’ difetti li jridu jsiru u li ġew
differiti li jaffettwaw l-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru; u
(e) kwalunkwe struzzjonijiet ta’ gwida neċessarji fuq l-
arranġamenti dwar l-appoġġ ta’ manutenzjoni.
(2) Operatur għandu jiżgura li l-ġurnal tekniku tal-inġenju tal-
ajru huwa miżmum għal sitta u tletin (36) xahar wara d-data tal-aħħar
(1) Sakemm mhux indikat b’mod ieħor permezz ta’
kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Att, jew kemm-il darba r-rabta
tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra, it-tifsir li ġej għandu japplika għan-
navigazzjoni fl-ajru f’Malta
"Aġenzija" tfisser l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
tal-Unjoni Ewropea;
"ajrudrom" tfisser żona definita, inkluż kwalunkwe bini,
installazzjonijiet u tagħmir, fuq l-art jew fuq l-ilma jew fuq
struttura fissa, fissa lil hinn mill-kosta (off-shore) jew li żżomm
f’wiċċ l-ilma, bil-ħsieb li tintuża, b’mod sħiħ jew parzjali, għall-
wasla, għat-tluq u għall-moviment fuq il-wiċċ tal-inġenju tal-
ajru;
"ajrudrom alternattiv" tfisser ajrudrom li jista’ jipproċedi
lejh inġenju tal-ajru meta jsir impossibbli jew mhux
rakkomandabbli li jipproċedi lejn jew li jinżel fl-ajrudrom tal-
inżul ippjanat, fejn ikunu disponibbli s-servizzi u l-faċilitajiet
neċessarji, fejn ikunu jistgħu jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-
prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru u li jkun operazzjonali fil-ħin
mistenni tal-użu;
"ajrudrom liċenzjat" tfisser ajrudrom liċenzjat skont dan l-
Att;
"ajruplan" tfisser inġenju tal-ajru itqal mill-arja li jaħdem
bil-magna, li jidderiva l-irfigħ tiegħu waqt it-titjir prinċipalment
mir-reazzjonijiet ajrudinamiċi fuq superfiċji li jibqgħu fissi waqt
il-kundizzjonijiet partikolari tat-titjir;
"altitudni" tfisser id-distanza vertikali ta’ livell, ta’ punt
jew ta’ oġġett meqjusa bħala punt, imkejjel mil-livell medju tal-
baħar (MSL);
"avviċinament bi preċiżjoni" tfisser avviċinament bl-
istrumenti li juża gwidi preċiżi laterali u vertikali b’minimi kif
determinati mill-kategorija tal-operazzjoni;
"avviċinament għall-inżul" tfisser dik il-porzjoni tat-titjira
tal-inġenju tal-ajru, fejn javviċina l-art, li fih jinżel taħt l-altezza
ta’ elf pied (1,000ft) fuq l-għoli ta’ deċiżjoni rilevanti u
speċifikat jew l-għoli minimu tal-inżul rilevanti;
"avviċinament mingħajr preċiżjoni" tfisser avviċinament bi
strument li juża għajnuniet mhux viżwali għall-gwida fl-ażimut
jew l-elevazzjoni iżda li ma huwiex avviċinament bi preċiżjoni;
"awtorità kompetenti" tfisser, fir-rigward ta’ Malta, id-
Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili tal-Awtorità għat-Trasport
f’Malta stabbilita skont l-Att dwar l-Awtorità għat-Trasport Kap. 499.
f’Malta, u fir-rigward ta’ kull pajjiż ieħor, l-awtorità
responsabbli taħt il-liġi ta’ dak il-pajjiż għall-promozzjoni u r-
regolazzjoni tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili;
"awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza" tfisser l-
awtorità permanenti nazzjonali tal-investigazzjoni tas-sikurezza
tal-avjazzjoni ċivili li twettaq jew tissorvelja investigazzjonijiet
dwar is-sikurezza kif imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament
(UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20
ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’
aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-
Direttiva 94/56/KE, din tkun il-Bureau għall-Investigazzjoni tal-
Aċċidenti tal-Ajru stabbilit bir-Regolamenti dwar l- L.S. 499.22.
Investigazzjonijiet ta’ Aċċidenti u Inċidenti tal-Ajru fl-
Avjazzjoni Ċivili;
"awtorizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru" tfisser
awtorizzazzjoni għal inġenju tal-ajru sabiex jipproċedi taħt il-
kundizzjonijiet speċifikati mill-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-
ajru;
"ballun tal-arja mingħajr bdot abbord u liberu" tfisser
inġenju tal-ajru bla mutur, bla bdot abbord, eħfef mill-ajru tal-
madwar meta mħolli jtir waħdu;
"bdot fil-kmand" tfisser il-bdot maħtur mill-operatur, jew
fil-każ ta’ avjazzjoni ġenerali, mis-sid, sabiex ikun fil-kmand u li
huwa inkarigat iwettaq it-titjira b’mod sikur;
"Bord tal-Appelli fl-Avjazzjoni" tfisser il-Bord stabbilit bl-
artikolu 89;
"ċertifikat ta’ operatur tal-ajru (AOC)" tfisser ċertifikat
mogħti lil impriża li jikkonferma li l-operatur għandu l-abbiltà
professjonali u organizzattiva sabiex jiżgura s-sikurezza ta’
operazzjonijiet speċifikati fiċ-ċertifikat, kif provdut fid-
dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni Ewropea jew tal-liġi
nazzjonali, skont kif applikabli;
"ċertifikazzjoni"
tfisser
kwalunkwe
ċertifikat,
approvazzjoni, liċenzja, awtorizzazzjoni, attestazzjoni jew
dokument ieħor maħruġ b’riżultat ta’ ċertifikazzjoni li tattesta l-
konformità mar-rekwiżiti applikabbli;
"ċirkwit tat-traffiku tal-ajrudrom" tfisser il-perkors
speċifikat li fih għandu jtir inġenju tal-ajru li qed jopera fil-
viċinanzi ta’ ajrudrom;
"dawl ajrunawtiku fuq l-art" tfisser kwalunkwe dawl
stabbilit bil-għan li jgħin in-navigazzjoni bl-ajru, għajr dawl
muri fuq inġenju tal-ajru;
"Direttorat" tfisser id-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili fi
ħdan l-Awtorità għat-Trasport f’Malta kif stabbilit fl-Att dwar l-
Awtorità għat-Trasport f’Malta;
"Direttur Ġenerali" tfisser id-Direttur Ġenerali għall-
Avjazzjoni Ċivili responsabbli għad-Direttorat tal-Avjazzjoni
Ċivili fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport f’Malta kif stabbilit fl-Att
dwar l-Awtorità għat-Trasport f’Malta u, fil-limiti tal-awtorità
mogħtija lilu, kull persuna awtorizzata mid-Direttur Ġenerali
sabiex taġixxi għan-nom tiegħu;
"ekwipaġġ" tfisser kull persuna li hija impjegata jew
ingaġġata fin-negozju tal-inġenju tal-ajru, inkluż l-ekwipaġġ tal-
kabina u kwalunkwe persuna fil-kabina tal-piloti li r-rwol tagħha
huwa li tissorvelja t-taħriġ, l-esperjenza, il-prattika, u testijiet
perjodiċi meħtieġa għal membri tal-ekwipaġġ tal-ajru;
"entità kwalifikata" tfisser persuna ġuridika jew fiżika
akkreditata li tista’ tkun inkarigata b’ċerti kompiti ta’
ċertifikazzjoni jew sorveljanza skont dan l-Att minn u taħt il-
kontroll u r-responsabbiltà tad-Direttorat;
"fornitur ta’ servizz" għandha tiġi interpretata b’mod
wiesa’ iżda għall-finijiet tat-Taqsima IX tfisser kwalunkwe
persuna ġuridika jew fiżika li tipprovdi funzjonijiet jew servizzi
ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u, jew servizzi ta’ navigazzjoni fl-
ajru u funzjonijiet ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru f’netwerks
oħra, kemm individwalment jew flimkien, għat-traffiku tal-ajru
in ġenerali;
"Ftehim dwar iż-ŻEE" tfisser il-Ftehim dwar iż-Żona
Ekonomika Ewropea ffirmat f’Oporto fit-2 ta’ Mejju 1992 kif
aġġustat bil-Protokoll iffirmat f’Brussell fis-17 ta’ Marzu 1993;
"ġakketta ta’ salvataġġ" tinkludi kwalunkwe apparat
iddiżinjat sabiex jappoġġja persuna individwalment fi jew fuq l-
ilma;
"għoli" tfisser id-distanza vertikali ta’ livell, ta’ punt jew
ta’ oġġett meqjus bħala punt, imkejjel minn datum speċifiku;
"għoli tad-deċiżjoni" fir-rigward tal-operazzjoni ta’
inġenju tal-ajru ġo ajrudrom tfisser l-għoli f’avviċinament bi
preċiżjoni li fih il-proċess ta’ avviċinament mhux milħuq għandu
jinbeda jekk ir-referenza viżwali meħtieġa sabiex dak l-
avviċinament jitkompla ma ġietx stabbilita;
"għoli ta’ nżul minimu" fir-rigward tal-operazzjoni ta’
inġenju tal-ajru ġo ajrudrom tfisser l-għoli f’avviċinament
mingħajr preċiżjoni taħt liema l-inżul ma jistax isir mingħajr ir-
referenza viżwali meħtieġa;
"Grupp għall-Monitoraġġ ta’ Kultura Ġusta" tfisser grupp
stabbilit skont l-artikolu 76(2);
"ġurnal ta’ abbord" f’każ ta’ ġurnal ta’ abbord ta’ inġenju
tal-ajru, ġurnal ta’ abbord tal-mutur jew ġurnal ta’ abbord tal-
iskrun b’intensità varjabbli, jew il-ġurnal ta’ abbord tat-titjir
personali li jinkludi kwalunkwe rekord miżmum ġo ktieb jew
permezz ta’ mezzi oħra approvati mid-Direttur Ġenerali fil-każ
partikolari;
"ħelikopter" tfisser inġenju tal-ajru itqal mill-arja
appoġġjat fit-titjir prinċiparjament mir-reazzjonijiet tal-arja fuq
skrun wieħed jew aktar fuq fisien sostanzjalment vertikali;
"impriża tat-trasport bl-ajru" tfisser impriża li l-attività
tagħha tinkludi l-ġarr bl-ajru ta’ passiġġieri jew merkanzija għal
pagament jew kumpens;
"inġenju tal-ajru" tfisser kwalunkwe magna li tista’ tikseb
sostenn fl-atmosfera mir-reazzjonijiet tal-arja għajr ir-
reazzjonijiet tal-arja ma’ wiċċ id-dinja u tinkludi inġenju tal-ajru
mingħajr bdot abbord;
"inġenju tal-ajru EASA" tfisser inġenju tal-ajru li huwa
soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Bażiku, flimkien
mar-Regolamenti ta’ Implementazzjoni magħmula taħtu;
"inġenju tal-ajru ġugarell" tfisser inġenju tal-ajru bla bdot
iddisinjat jew intiż bħala ġugarell skont id-Direttiva 2009/48/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar
is-sikurezza tal-ġugarelli;
"inġenju tal-ajru għat-trasport kummerċjali bl-ajru" tfisser
inġenju tal-ajru li jtir, jew huwa intiż mill-operatur li jtir, għal
skopijiet ta’ trasport kummerċjali bl-ajru;
"inġenju tal-ajru għat-trasport pubbliku" tfisser inġenju tal-
ajru li jtir jew huwa intiż mill-operatur tal-inġenju tal-ajru li jtir,
għal skop ta’ trasport pubbliku;
"inġenju tal-ajru mhux EASA" tfisser inġenju tal-ajru li
huwa soġġett għar-regolamentazzjoni nazzjonali f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ operazzjonijiet tal-ajru, ajrunavigabbiltà, l-għoti
tal-liċenzji lill-ekwipaġġ tal-ajru u taħriġ tal-ekwipaġġ tal-ajru u
li jaqa’ ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament
Bażiku skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (Anness II kif kien
preċedentament). L-inġenju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 6(4) tal-
istess Regolament għandu wkoll jiġi meqjus bħala inġenju tal-
ajru mhux EASA, u kull nozzjoni f’dan l-Att segwita bil-kliem
"mhux EASA" għandha tinftiehem bl-istess mod;
"inġenju tal-ajru militari" tinkludi l-inġenji tal-ajru navali,
militari jew tal-forzi tal-ajru ta’ kwalunkwe pajjiż u kwalunkwe
inġenju tal-ajru li fir-rigward tiegħu hemm fis-seħħ ċertifikat
maħruġ mill-Ministru li l-inġenju tal-ajru għandu jiġi kunsidrat,
għall-finijiet ta’ dan l-Att, bħala inġenju tal-ajru militari;
"inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord" tfisser kwalunkwe
inġenju tal-ajru li jitħaddem jew iddisinjat sabiex jitħaddem
awtonomament jew ippilotat mill-bogħod mingħajr bdot abbord;
"inġenju tal-ajru mudell" tfisser inġenju tal-ajru mingħajr
bdot abbord, ħlief għal inġenju tal-ajru ġugarell, li għandu massa
li jista’ jopera biha li ma teċċedix il-limiti preskritti mid-
Direttorat, li huwa kapaċi jtir b’mod sostnut fl-atmosfera u li jiġi
użat esklussivament għall-finijiet ta’ esibizzjoni jew
rikreazzjoni;
"inġenju tal-ajru ta’ operazzjoni kummerċjali" tfisser
inġenju tal-ajru għajr inġenju tal-ajru għat-trasport kummerċjali
bl-ajru jew inġenju tal-ajru tat-trasport pubbliku li jtir jew huwa
intiż mill-operatur li jtir, għal skopijiet ta’ operazzjoni
kummerċjali;
"inġenju tal-ajru ta’ operazzjoni speċjalizzata" tfisser
operazzjoni ta’ inġenju tal-ajru fejn inġenju tal-ajru jintuża għal
servizzi speċjalizzati li jinkludu l-agrikoltura, il-kostruzzjoni, il-
fotografija, l-istħarriġ, l-osservazzjoni, il-pattulja, it-tiftix u s-
salvataġġ u r-reklami fl-ajru;
"inġenju tal-ajru privat" tfisser inġenju tal-ajru li mhuwiex
inġenju tal-ajru ta’ operazzjoni kummerċjali, inġenju tal-ajru tat-
trasport pubbliku jew inġenju tal-ajru għat-trasport kummerċjali
bl-ajru;
"inġenju tal-ajru statali" tfisser inġenju tal-ajru użat għall-
finijiet statali militari, tad-dwana jew tal-pulizija, ta’ tfittix u
salvataġġ, ta’ tifi ta’ nirien, u ta’ servizzi ta’ difiża kostali;
"inġenju tal-ajru taħt pressjoni" tfisser inġenju tal-ajru
pprovdut bil-mezzi sabiex iżomm fi kwalunkwe kompartament
pressjoni akbar minn dik tal-atmosfera tal-madwar;
"inżul" jew "jinżel" fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru jinkludi
inżul fuq l-ilma;
"klassifikazzjoni ta’ struttur" tfisser ċertifikat ta’ struttur
tat-titjir, ċertifikat (ristrett) ta’ struttur tat-titjir, klassifikazzjoni
ta’ struttur tat-titjir (ajruplan), klassifikazzjoni ta’ struttur tat-
titjir (ħelikopter), klassifikjazzoni tat-tip ta’ klassifikazzjoni ta’
struttur (ajruplan b’bosta bdoti), klassifikazzjoni tat-tip ta’
klassifikazzjoni ta’ struttur (ħelikopter), klassifikazzjoni tal-klassi
ta’ klassifikazzjoni ta’ struttur (ajruplan b’bdot wieħed),
klassifikazzjoni ta’ struttur klassifikazzjoni tal-klassi (ajruplan
b’bdot
wieħed),
klassifikazzjoni
ta’
struttur
għall-
klassifikazzjoni tal-istrumenti (ajruplan), jew klassifikazzjoni ta’
struttur għall-klassifikazzjoni tal-istrumenti (ħelikopter) jew kull
ċertifikat ta’ struttur maħruġ skont il-Parti FCL;
"kmandant" fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru tfisser il-
membru tal-ekwipaġġ tal-ajru maħtur bħala kmandant ta’ dak l-
inġenju tal-ajru mill-operatur tiegħu jew, fin-nuqqas ta’ tali
persuna, il-persuna li tkun għal dak il-mument il-bdot fil-kmand
tal-inġenju tal-ajru;
"Konvenzjoni ta’ Chicago" tfisser il-Konvenzjoni dwar l-
Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ffirmata f’Chicago fis-7 ta’
Diċembru 1944;
"kopilota" fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru tfisser bdot li
waqt li jaqdi d-dmirijiet tiegħu huwa soġġett għad-direzzjoni
minn bdot ieħor ġol-istess inġenju tal-ajru;
"kultura ġusta" tfisser kultura fejn l-operaturi tal-ewwel
linja jew persuni oħra ma jiġux penalizzati għal azzjonijiet,
omissjonijiet jew deċiżjonijiet li jkunu ħadu u li jkunu
proporzjonati għall-esperjenza u għat-taħriġ tagħhom, iżda li fiha
ma jiġux tollerati negliġenza gravi, atti volontarji u distruttivi;
"kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC)" tfisser
kundizzjonijiet meteoroloġiċi espressi f’termini ta’ viżibilità, ta’
distanza mis-sħab, u ta’ limitu, ugwali jew aħjar mill-minimi
speċifikati;
"lejl" tfisser is-sigħat ta’ bejn it-tmiem tal-għabex ċivili ta’
filgħaxija u l-bidu tal-għabex ċivili ta’ filgħodu. L-għabex ċivili
jispiċċa waqt is-serata fejn iċ-ċentru tad-disk tax-xemx huwa sitt
gradi (6°) taħt l-orizzont u jibda filgħodu meta ċ-ċentru tad-disk
tax-xemx huwa sitt gradi (6°) taħt l-orizzont;
"liċenzja" tinkludi kwalunkwe tip ta’ ċertifikat ta’
kompetenza jew ċertifikat ta’ validità jew rivaliditazzjoni
maħruġ mal-liċenzja jew li meħtieġ jinżamm b’rabta mal-liċenzja
skont il-liġi tal-pajjiż li fih ġiet mogħtija l-licenzja, inkluż Malta;
"liċenzja għal użu pubbliku" għandu jkollha l-istess tifsira
mogħtija lilha fl-artikolu 75(4);
"limitu tal-bażi tas-sħab" tfisser l-għoli ’l fuq mill-art jew
mill-ilma tal-bażi tas-saff l-iktar baxx ta’ sħab taħt is-sitt elef
metru (6,000m) jew għoxrin elf pied (20,000ft) li jkopri iktar
min-nofs is-sema;
"livell" tfisser terminu ġeneriku relatat mal-pożizzjoni
vertikali ta’ inġenju tal-ajru li qiegħed itir u li jfisser b’mod varju
l-għoli, l-altitudni jew il-livell tat-titjira;
"livell medju tal-baħar (MSL)" tfisser l-għoli medju ta’
wiċċ il-baħar f’kull stadju tal-marea fuq perjodu ta’ żmien;
"livell ta’ titjir" tfisser wiċċ ta’ pressjoni atmosferika
kostanti li huwa konness mad-datum speċifiku ta’ pressjoni ta’
1013,2 hectopascals (ettopascals) u huwa mifrud minn uċuh oħra
tali b’intervalli speċifiċi ta’ pressjoni;
"magna tal-ajru" tfisser ajruplan, inġenju tal-ajru tar-rotor
tal-lift bil-mutur, ħelikopter, motor glider, jew gyroplane;
"manutenzjoni" fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru tfisser
waħda jew kombinazzjoni ta’: l-eżami bir-reqqa, it-tiswija, l-
ispezzjoni, is-sostituzzjoni, il-modifika jew ir-rettifika ta’ difett
ta’ inġenju tal-ajru jew komponent, bl-eċċezzjoni tal-ispezzjoni
ta’ qabel titjira;
"massa massima għat-tlugħ" fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru
tfisser il-massa massima totali tal-inġenju tal-ajru u l-kontenut
tiegħu li bih l-inġenju tal-ajru jista’ jagħmel it-tlugħ minn
kwalunkwe post, taħt ċirkostanzi mill-iktar favorevoli u skont iċ-
ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-ajru applikabbli għal dak l-
inġenju tal-ajru;
"medda viżwali tar-runway" tfisser il-medda li minn fuqha
l-bdot ta’ inġenju tal-ajru li jinsab fuq il-linja taċ-ċentru ta’
runway jista’ jara l-immarkar fuq il-wiċċ tar-runway jew id-dwal
li jiddelinjaw ir-runway jew li jidentifikaw il-linja taċ-ċentru
tagħha;
"membru tal-ekwipaġġ tal-ajru" tfisser membru tal-
ekwipaġġ liċenzjat inkarigat bi dmirijiet essenzjali għall-operat
ta’ inġenju tal-ajru waqt perjodu ta’ servizz ta’ titjir u jinkludi l-
bdot, il-kopilota, in-navigatur tat-titjira, l-inġinier tat-titjira u l-
operatur radjotelefoniku tat-titjira tal-inġenju tal-ajru. Il-frażijiet
"membru tal-ekwipaġġ tat-titjira tal-ajru" u "membri tal-
ekwipaġġ tat-titjira tal-ajru" għandhom jinftiehmu f’dan is-sens;
"merkanzija" tinkludi posta u annimali;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-avjazzjoni
ċivili u, fil-limiti tal-awtorità mogħtija, kwalunkwe persuna
awtorizzata minnu sabiex teżerċita l-funzjonijiet għan-nom
tiegħu skont dan l-Att;
"notifikat" tfisser ippubblikat fi kwalunkwe pubblikazzjoni
maħruġa f’Malta kemm qabel jew wara l-introduzzjoni ta’ dan l-
Att, jiġifieri, "NOTAMS (notices to airmen"), "Ċirkulari
Informattivi", jew kwalunkwe pubblikazzjoni uffiċjali oħra
maħruġa mid-Direttorat bil-għan li kwalunkwe dispożizzjoni ta’
dan l-Att tiġi mħarsa;
"okkorrenza" tfisser kwalunkwe avveniment relatat ma’
sigurtà li jipperikola jew li, jekk mhux ikkoreġut jew indirizzat,
jista’ jipperikola inġenju tal-ajru, in-nies ta’ ġo fih jew
kwalunkwe persuna oħra u jinkludi b’mod partikolari aċċident
jew inċident serju;
"operattivi
minimi
ta’
ajrudrom"
fir-rigward
ta’
operazzjoni ta’ inġenju tal-ajru ġo ajrudrom tfisser il-limitu tal-
bażi tas-sħab u l-medda viżwali minima tar-runway għall-qtugħ
mill-art, u l-għoli tad-deċiżjoni jew l-għoli minimu ta’ nżul, il-
medda viżwali tar-runway u r-referenza viżwali għall-inżul, li
huma l-minimu għall-operazzjoni ta’ dak l-inġenju tal-ajru f’dak
l-ajrudrom u li huma speċifikati mill-operatur jew aċċertabbli fil-
manwal tat-tħaddim ta’ dak l-inġenju tal-ajru;
"operatur" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħtija lilha
fis-subartikolu (3);
"operatur ta’ inġenju tal-ajru" tfisser kwalunkwe persuna
ġuridika jew fiżika li topera jew tipproponi li topera inġenju tal-
ajru wieħed jew iżjed skont it-tifsira "operatur" fis-subartikolu
(3);
"operazzjoni kummerċjali" tfisser operazzjoni ta’ inġenju
tal-ajru ħlief għal trasport pubbliku
(a)
li tkun disponibbli għall-pubbliku, jew
(b) li, meta ma tkunx disponibbli għall-pubbliku,
tkun imwettqa skont kuntratt bejn operatur u klijent, fejn
dan tal-aħħar ma għandu l-ebda kontroll fuq l-operatur,
iżda fi kwalunkwe każ isir bi ħlas jew konsiderazzjoni ta’
valur;
"operazzjoni ta’ trasport kummerċjali bl-ajru" tfisser
operazzjoni b’inġenju tal-ajru sabiex jiġu ttrasportati passiġġieri,
merkanzija jew posta bi ħlas jew għal oġġett ta’ valur ieħor u li
huwa meħtieġ li jiġi kondott skont il-Parti-CAT u Parti-ORO u l-
frażi "trasport kummerċjali bl-ajru" għandha tiġi interpretata
b’dan il-mod;
"organizzazzjoni" tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li
tipprovdi prodotti ajrunawtiċi u, jew li timpjega, tikkuntratta jew
tuża s-servizzi ta’ persuni li huma marbuta li jirrappurtaw
okkorrenzi skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-
Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-
rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili,
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-
Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-
Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007;
"paraxut tal-parapendju" tfisser paraxut li huwa miġbud
b’kejbil b’tali mod li dan jikkawża t-tlugħ tiegħu;
"Parti-66" tfisser l-Anness III tar-Regolament tal-
Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014
dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u
prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni
ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol;
"Parti-145" tfisser l-Anness II tar-Regolament tal-
Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014
dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u
prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni
ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol;
"Parti-CAMO" tfisser l-Anness Vc tar-Regolament tal-
Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014
dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u
prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni
ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol;
"Parti-CAO" tfisser l-Anness Vd tar-Regolament tal-
Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014
dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u
prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni
ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol;
"Parti-CAT" tfisser l-Anness IV tar-Regolament tal-
Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li
jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati
mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/
2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
"Parti-M" tfisser l-Anness I tar-Regolament tal-
Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014
dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u
prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni
ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol;
"Parti-ML" tfisser l-Anness Vb tar-Regolament tal-
Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014
dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u
prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni
ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol;
"Parti-ORO" tfisser l-Anness III tar-Regolament tal-
Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li
jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati
mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/
2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
"passiġġier" tfisser persuna ħlief membru tal-ekwipaġġ ta’
inġenju tal-ajru;
"Permess għat-titjir tal-Parti 21 EASA" tfisser permess
għat-titjir maħruġ skont l-Anness I tar-Regolament tal-
Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li
jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-
airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti,
partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’
organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni;
"pjan tat-titjira" tfisser informazzjoni speċifikata
pprovduta lill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru dwar
titjira intenzjonata jew dwar parti minn titjira ta’ inġenju tal-ajru;
"radju-telefonija" tfisser forma ta’ kommunikazzjoni bir-
radju magħmula prinċipalment għall-iskambju ta’ informazzjoni
fil-forma tal-kelma mħaddta;
"rampa" tfisser żona definita intenzjonata sabiex
takkomoda inġenju tal-ajru għall-finijiet ta’ tagħbija jew ta’ ħatt
tal-passiġġieri, tal-posta jew tal-merkanzija, ta’ mili bil-fjuwil,
ta’ parkeġġ jew ta’ manutenzjoni;
"Regolament Bażiku" tfisser Regolament (UE) 2018/1139
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar
regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi
Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li
jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/
2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi
2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,
u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/
2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-
Kunsill (KEE) Nru 3922/91, kif emendat minn żmien għal
żmien;
"Regolament EASA fuq l-Ekwipaġġ tal-Ajru" tfisser ir-
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’
Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri
amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-
avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-
Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
"regoli ta’ titjir bl-istrumenti" jew "regoli IFR" tfisser ir-
Regoli ta’ Titjir bl-Istrumenti li jinsabu fir-Regoli Standard
Ewropej fuq l-Ajru (SERA), Regolament ta’ Implimentazzjoni
tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012
li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet
operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru
u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/
2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/
2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/
2010;
"Regoli ta’ Titjir Viżwali (VFR)" tfisser regoli ta’ titjir
viżwali mwettqa skont ir-Regoli Standard Ewropej fuq l-Ajru
(SERA), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni
(UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi
regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-
servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-
Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-
Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE)
Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010;
"rekord" jinkludi flimkien ma’ rekord bil-miktub
(a) kwalunkwe disk, tape, reġistrazzjoni tal-awdjo
jew apparat ieħor li fih ħsejjes jew sinjali huma miġbura
b’tali mod li jistgħu jiġu riprodotti bi jew mingħajr l-
għajnuna ta’ xi strument ieħor;
(b) kwalunkwe tape ta’ film jew apparat ieħor li fih
immaġni viżwali huma miġbura b’tali mod li jistgħu jiġu
riprodotti bil-mezzi hawn fuq imsemmija; u
(ċ) kwalunkwe ritratt, u kwalunkwe referenza għal
kopja ta’ rekord tinkludi, f’każ ta’ rekord li jaqa’ biss taħt
il-paragrafu (a) ta’ din it-tifsira, traskrizzjoni tal-ħsejjes
jew sinjali miġbura ġo fih; f’każ ta’ rekord li jaqa’ taħt il-
paragrafu (b) biss ta’ din it-tifsira, riproduzzjoni statika tal-
immaġni miġbura ġo fih; u f’każ ta’ rekord li jaqa’ taħt
dawn iż-żewġ paragrafi ta’ fuq, tali traskrizzjoni flimkien
ma’ tali riproduzzjoni;
"runway" tfisser żona rettangolari definita f’ajrudrom fuq
l-art ippreparata għall-inżul u għall-qtugħ mill-art tal-inġenji tal-
ajru;
"sailplane" tfisser inġenju tal-ajru itqal mill-ajru li jżomm
fl-ajru permezz tar-reazzjoni dinamika tal-arja mas-superfiċji
fissi tar-refgħa tiegħu, li t-titjir ħieles tiegħu ma jiddependix
minn magna, li jinkludi wkoll hang gliders, paragliders u inġenji
oħra tal-ajru kumparabbli;
"servizz tal-ajru" tfisser titjira jew serje ta’ titjiriet li jġorru
passiġġieri, tagħbija u, jew posta bi ħlas u, jew b’kiri;
"servizz ta’ informazzjoni komuni" tfisser servizz li
jikkonsisti fil-ġbir u d-disseminazzjoni tad-dejta statika u
dinamika sabiex tippermetti l-forniment tas-servizzi tal-U-space
għall-ġestjoni tat-traffiku tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot
abbord;
"servizz ta’ kontroll tal-ajrudrom" tfisser servizz ta’
kontroll tat-traffiku bl-ajru għat-traffiku ta’ ajrudrom;
"servizzi ta’ navigazzjoni" tinkludi informazzjoni,
direzzjonijiet u faċilitajiet oħra mogħtija, maħruġa jew provduti
b’rabta man-navigazzjoni u l-moviment ta’ inġenji tal-ajru u
tinkludi l-kontroll tal-ispostament ta’ vetturi fi kwalunkwe parti
tal-ajrudrom li hija użata għall-ispostament ta’ inġenji tal-ajru;
"servizz tal-kontroll tat-traffiku fl-ajru" tfisser servizz
provdut bil-għan li
(a) jipprevjeni kolliżjonijiet
(i)
bejn inġenji tal-ajru; u
(ii) fiż-żona tal-immanuvrar, bejn inġenji tal-
ajru u ostakoli,
(b)
iħaffef u jżomm mixja ordinata tat-traffiku tal-
ajru;
"servizz tal-U-space" tfisser servizz li jiddependi fuq is-
servizzi diġitali u l-awtomatizzazzjoni tal-funzjonijiet iddisinjati
sabiex jappoġġaw l-aċċess protett, sigur u effiċjenti għall-ispazju
tal-ajru tal-U-space għal għadd kbir ta’ UAS;
"simulatur tat-titjir" tfisser apparat li permezz tiegħu l-
kundizzjonijiet tat-titjir f’inġenju tal-ajru jiġu simulati fuq l-art,
inkluż apparat ta’ taħriġ fit-titjir, trainers tal-proċeduri tat-titjir u
tan-navigazzjoni, u apparat għat-taħriġ bażiku fl-istrumenti;
"sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS)" tfisser
inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord u t-tagħmir sabiex dan jiġi
kkontrollat mill-bogħod;
"sistema tal-irrekordjar tat-titjira" tfisser sistema li
tikkonsisti minn rekorder tad-dejta għat-titjira jew rekorder tal-
vuċi għall-kabina tal-piloti, jew it-tnejn;
"spazju tal-ajru tal-U-space" tfisser żona ġeografika tal-
UAS maħtura mill-Istati Membri, fejn l-operazzjonijiet tal-UAS
jitħallew isiru biss bl-appoġġ ta’ servizzi tal-U-space;
"Stat Kontraenti" tfisser kwalunkwe stat, inkluż Malta, li
huwa parti għall-Konvenzjoni ta’ Chicago;
"Stat ŻEE" tfisser Stat li huwa parti kontraenti għall-
Ftehim dwar iż-ŻEE;
"stazzjoni ajrunawtiku tar-radju" tfisser stazzjon tar-radju
fuq l-art, li jittrażmetti jew jirċievi sinjali bil-għan li jassisti
inġenju tal-ajru;
"strument regolatorju" tfisser tali strumenti maħruġa taħt l-
artikolu 5 li għandhom jinkludu kwalunkwe ordni, direttiva,
protokoll, linja gwida, memorandum ta’ spjegazzjoni, ċirkolari
ta’ informazzjoni, inklużi avviżi lill-piloti, jew kwalunkwe
pubblikazzjoni oħra maħruġa mid-Direttur Ġenerali lill-pubbliku
inġenerali jew lil kwalunkwe operatur wieħed jew klassi ta’
operaturi;
"sustanza
psikoattiva"
tfisser
alkoħol,
opjojdi,
kannabinojdi, kalmanti u ipnotiċi, kokajina, psikostimulanti
oħra, alluċinoġeni, solventi volatili u sustanzi jew drogi indikati
fl-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi, iżda l-kafeina u t-
tabakk huma esklużi;
"tibdil" fir-rigward ta’ kwalunkwe komponent relatat mal-
inġenju tal-ajru jew it-tagħmir tiegħu jinkludi t-tneħħija u t-tibdil
ta’ dak il-komponent kemm jekk b’dak l-istess komponent jew
xort’ oħra, u irrispettivament minn jekk sarx xi xogħol fuqu, iżda
ma jinkludix it-tneħħija u t-tibdil ta’ komponent li huwa
iddisinjat sabiex jista’ jiġi mneħħi għall-iskop biss li komponent
ieħor jiġi spezzjonat, imsewwi, imneħħi jew mibdul sabiex tiġi
mgħobbija l-merkanzija;
"titjira ajrubatika" tfisser manuvra intenzjonali li tinvolvi
bidla f’daqqa fil-pożizzjonament
tal-inġenju tal-ajru,
pożizzjonament anormali, jew varjazzjoni fl-aċċellerazzjoni
anormali, mhux meħtieġa għal titjir normali jew għal tagħlim
għal liċenzji jew klassifikazzjonijiet għajr il-klassifikazzjoni
ajrubatika; u t-tifsira "ajrubatika" għandha tiġi interpretata skont
dan;
"titjira IFR" tfisser titjira magħmula skont ir-regoli IFR;
"titjira" u "titjir" għandu jkollhom l-istess tifsira mogħtija
lilhom rispettivament fis-subartikolu (2);
"titjira VFR" tfisser titjira mwettqa skont ir-regoli ta’ titjir
viżwali;
"traffiku tal-ajrudrom" tfisser it-traffiku kollu fuq iż-żona
ta’ mmanuvrar ta’ ajrudrom u l-inġenji tal-ajru kollha li jkunu
qed itiru fil-viċinanzi ta’ ajrudrom. Inġenju tal-ajru li jkun qed
jopera fil-viċinanzi ta’ ajrudrom jinkludi, iżda mhuwiex limitat
għall-inġenji tal-ajru li jidħlu jew joħorġu minn ċirkwit tat-
traffiku tal-ajrudrom;
"trasport pubbliku" tfisser inġenju tal-ajru li jtir taħt il-
kondizzjonijiet li ġejjin
(a) fejn it-titjira mhijiex operazzjoni kummerċjali
ta’ trasport bl-ajru u pagament jew kumpens huwa mogħti
jew imwiegħed għat-trasport ta’ passiġġieri jew merkanzija
fuq dik it-titjira; jew
(b) fejn it-titjira mhijiex operazzjoni kummerċjali
ta’ trasport bl-ajru u xi passiġġieri jew merkanzija li
jinġarru mingħajr ħlas ġo l-inġenju tal-ajru fuq dik it-titjira
minn impriża tat-trasport bl-ajru, ħlief għal persuni
impjegati minn dik l-impriża, inkluż id-diretturi ta’ entità
korporattiva, persuni awtorizzati mid-Direttur Ġenerali
sabiex jispezzjonaw jew isegwu xi prattika ta’ taħriġ jew
test magħmul għall-finijiet ta’ dan l-Att, u merkanzija li
tkun qed tinġarr għall-użu ta’ kwalunkwe tali passiġġieri
jew tal-impriża
Iżda inġenju tal-ajru f’titjira ma huwiex meqjus
li qed itir għall-finijiet ta’ trasport pubbliku jekk l-ispejjeż
diretti ta’ dik it-titjira huma kondiviżi proporzjonalment
bejn il-persuni abbord l-inġenju tal-ajru u
(i) mhux iktar minn erba’ (4) persuni, inkluż
il-bdot, jinġarru fuq tali titjira,
(ii) l-ebda persuna li taġixxi ta’ bdot fuq tali
titjira ma għandha tkun impjegata bħala bdot mill-
operatur tal-inġenju tal-ajru jew parti f’kuntratt
għall-għoti ta’ servizzi ta’ bdot mal-operatur tal-
inġenju tal-ajru li qiegħed itir, u
(ii) l-ebda informazzjoni dwar it-titjira ma
għandha tkun ġiet ippubblikata jew riklamata qabel
il-bidu tat-titjira.
Għal dan il-għan, "spejjeż diretti" tfisser, fir-rigward ta’ titjira, l-
ispejjeż attwalment u neċessarjament inkorsi in konnessjoni ma’ dik it-
titjira mingħajr intenzjoni li jsir profitt iżda eskluża r-rimunerazzjoni
mħallsa lill-bdot għas-servizzi tiegħu bħala tali
Iżda wkoll fejn skont tranżazzjoni li ssir minn jew f’isem
membru ta’ assoċċjazzjoni ta’ persuni fuq naħa waħda u assoċjazzjoni
ta’ persuni jew xi membru tagħha fuq naħa oħra, persuna tinġarr ġo,
jew hija mogħtija d-dritt li ttajjar, inġenju tal-ajru taħt ċirkustanzi tali
li pagament jew il-kumpens kien ikun mogħti jew mwiegħed li kieku t-
tranżazzjoni kienet issir mhux skont kif ingħad hawn fuq, il-pagament
jew qligħ għandhom, għall-finijiet ta’ dan l-Att, jiġu meqjusa
bħallikieku ġew mogħtija jew imwiegħda, irrispettivament minn
kwalunkwe regola oħra li tapplika għal dawn it-tali ta’
tranżazzjonijiet;
"unità tal-kontroll tat-traffiku fl-ajru" tfisser iċ-ċentru ta’
kontroll ta’ żona, unità ta’ kontroll ta’ avviċinament jew it-torri
ta’ kontroll tal-ajrudrom;
"żona ġeografika għall-UAS" tfisser porzjon tal-ispazju
tal-ajru stabbilit mid-Direttorat li tiffaċilita, tirrestrinġi jew
teskludi l-operazzjonijiet tal-UAS sabiex jiġu indirizzati r-riskji
fir-rigward tas-sikurezza, il-privatezza, il-protezzjoni tad-dejta
personali, is-sigurtà jew l-ambjent, li jirriżultaw minn
operazzjonijiet UAS;
"żona kkonġestjonata" fir-rigward ta’ belt, raħal jew post
abitat, tfisser kwalunkwe żona li hija sostanzjalment użata għal
skopijiet residenzjali, industrijali, kummerċjali jew rikreattivi;
"żona ristretta" tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet
definiti, fuq l-art jew l-ibħra territorjali ta’ Malta, li fih it-titjir ta’
inġenji tal-ajru huwa ristrett skont il-kondizzjonijiet speċifikati
mid-Direttorat;
"żona ta’ traffiku tal-ajrudrom" tfisser spazju tal-ajru ta’
dimensjonijiet definiti stabbiliti madwar l-ajrudrom għall-
protezzjoni tat-traffiku tal-ajrudrom;
(2) Kwalunkwe tifsira indikata f’dan l-Att jew adottata taħt
kwalunkwe strument regolatorju għandha tiġi interpretata skont it-
tifsir standard Ewropew u internazzjonali, kif emendati minn żmien
għal żmien;
(3) Kwalunkwe tifsira ta’ nozzjoni fil-qasam ajrunawtiku mhux
imniżżla f ’dan l-Att għandha, jekk titqajjem kwistjoni fuq l-
interpretazzjoni tagħha, tiġi regolata bl-istess tifsir standard hawn fuq
imsemmi;
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, inġenju tal-ajru għandu jkun
meqjus li qiegħed f’titjira
(a) f’każ ta’ magna tal-ajru bi bdot, mill-mument li, wara
jimbarka l-ekwipaġġ tiegħu sabiex isir il-qtugħ mill-art, il-magna
tibda tiċċaqlaq bis-saħħa tal-forza tagħha, sal-mument wara l-
inżul ta’ meta tieqaf definittivament;
(b) f’każ ta’ magna tal-ajru bla bdot, jew glider, mill-
mument meta l-ewwel tiċċaqlaq bil-għan li jsir il-qtugħ mill-art
sal-mument wara l-inżul ta’ meta tieqaf definittivament;
(ċ) f’każ ta’ ġifen tal-ajru jew ballun tal-arja liberu, mill-
mument li l-ewwel jiddistakka ruħu mill-wiċċ sal-mument li
jerġa’ jallaċċja ruħu miegħu jew jieqaf fuqu;
u l-espressjonijiet "titjira" u "itir" għandhom jiġu interpretati skont
dan.
(5) Referenzi f’dan l-Att għall-operatur ta’ inġenju tal-ajru huma,
għall-finijiet ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan l-
Att fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru partikolari, referenzi għall-persuna
li fil-ħin rilevanti tiġġestixxi jew tikkontrolla l-operazzjonijiet ta’ dak
l-inġenju tal-ajru.
(6) F’dan l-Att, kwalunkwe referenza għal Regolamenti tal-
Unjoni Ewropea, bħar-Regolament Bażiku, għandha tinkludi referenza
għar-Regoli ta’ Implementazzjoni magħmula taħtu kif interpretati mis-
Certification Specifications, Acceptable Means of Compliance u
Guidance Material maħruġa mill-Aġenzija.
(7)
Għall-finijiet ta’ dan l-Att, kwalunkwe referenza
(a) għar-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea jew l-atti
leġiżlattivi tagħha għandha tinkludi referenza għal dawk ir-
Regolamenti kif emendati, varjati jew sostitwiti minn żmien għal
żmien;
(b) għall-obbligi internazzjonali ta’ Malta għandha
tfisser l-obbligi assunti minn Malta taħt id-dritt internazzjonali u
legiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
(8)
Kwalunkwe liċenzji, ċertifikati jew permessi maħruġa skont
dan l-Att jistgħu jinħarġu f’forma elettronika kif jista’ jiġi determinat
mid-Direttur Ġenerali bi strument regalotarju.
(9) F’każ ta’ kunflitt bejn it-test Malti u t-test Ingliż ta’ dan l-Att,
għandu jipprevali t-test Ingliż.
(10) Kwalunkwe regola jew regolament magħmula skont
kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan l-Att għandhom isiru bil-lingwa
Maltija u bil-lingwa Ingliża; madankollu fejn f’każijiet eċċezzjonali l-
użu tal-lingwa Maltija jkun diffiċli minħabba terminoloġija teknika,
tali regoli jew regolamenti jistgħu jsiru bil-lingwa Ingliża biss.
TAQSIMA II
Skop u Funzjonijiet tal-Awtorità Kompetenti
Ċirkostanzi fejn dokumenti jridu jinġarru abbord l-inġenju tal-
ajru
1. Soġġett għall-partita 3, id-dokumenti li ġejjin għandhom
jinġarru abbord l-inġenju tal-ajru
(a)
fuq titjira ta’ trasport pubbliku
(i)
Dokument A;
(ii)
Dokument B;
(iii) Dokument Ċ;
(iv) Dokument D;
(v)
Dokument E;
(vi) Dokument F;
(vii) Dokument H; u
(viii) jekk it-titjira hija waħda ta’ navigazzjoni
internazzjonali bl-ajru, Dokument G u Dokument I;
(b) fuq titjira mhux kummerċjali jew fuq titjira ta’
operazzjoni kummerċjali li hija navigazzjoni internazzjonali bl-
ajru
(i)
Dokument A;
(ii)
Dokument B;
(iii) Dokument Ċ;
(iv) Dokument E;
(v)
Dokument F;
(vi) Dokument G; u
(vii) Dokument I;
(ċ) fuq titjira li ssir skont it-termini ta’ permess mogħti
lill-operatur taħt it-Taqsima V.
Deskrizzjoni ta’ dokumenti
2. Għall-finijiet ta’ din l-Iskeda
"Dokument A" tfisser il-liċenzja fis-seħħ taħt l-Att biex jirregola
Komunikazzjonijiet Elettroniċi għall-istazzjon tar-radio installat ġol-
inġenju tal-ajru;
"Dokument B" tfisser fil-każ ta’ inġenju tal-ajru mhux EASA, iċ-
ċertifikat ta’ ajrunavigabbiltà nazzjonali fis-seħħ għal dak l-inġenju
tal-ajru;
"Dokument Ċ" tfisser il-liċenzji tal-membri tal-ekwipaġġ tal-ajru
tal-inġenju tal-ajru;
"Dokument D" tfisser kopja waħda tal-folja tat-tagħbija, jekk
hemm, meħtieġa minn jew skont l-Att għat-titjira;
"Dokument E" tfisser kopja waħda ta’ kull ċertifikat nazzjonali tar-
reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà meħtieġ minn jew skont dan l-Att, jekk
hemm, li huwa fis-seħħ għal dak l-inġenju tal-ajru;
"Dokument F" tfisser il-ġurnal tekniku jew rekord approvat, jekk
hemm, li fih entrati meħtieġa minn jew skont l-Att;
"Dokument G" tfisser iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni fis-seħħ għal
dak l-inġenju tal-ajru;
"Dokument H" tfisser dawk il-partijiet tal-manwal ta’ tħaddim, jekk
hemm, meħtieġa li jinġarru waqt titjira minn jew skont l-Att;
"Dokument I" tfisser il-permess, jekk hemm, mogħti lill-inġenju
tal-ajru maħruġ skont l-Att.
Għal kwalunkwe ħruġ ta’ liċenzja, awtorizzazzjoni jew Drittijiet.
dokument ieħor, inkluż kwalunkwe ċertifikati jew dokumenti oħra
maħruġa mill-awtorità kompetenti taħt l-Att dwar l-Awtorità għat- Kap.499.
Trasport f’Malta u l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Inġenji tal-Ajru, u Kap. 503.
inkluż ukoll il-ħruġ ta’ kopja tagħhom, jew għal kwalunkwe twettiq ta’
eżami, test, spezzjoni jew investigazzjoni, jew l-għoti ta’ kwalunkwe
permess jew approvazzjoni, meħtieġ minn, jew magħmul għall-finijiet
ta’ dan l-Att, għandhom japplikaw id-drittijiet kif stabbiliti mid-
Direttur Ġenerali fi strumenti regolatorji li għandhom isiru pubbliċi.
1. Kategoriji ta’ inġenji tal-ajru
Kategorija Trasport (Passiġġieri).
Kategorija Trasport (Merkanzija).
Kategorija Xogħol tal-Ajru u, jew Servizzi Speċjalizzati.
Kategorija Privata u, jew Mhux kummerċjali.
Kategorija speċjali.
2. Skopijiet li għalihom inġenji tal-ajru jistgħu jtiru
Kategorija Trasport (Passiġġieri): kwalunkwe skop.
Kategorija Trasport (Merkanzija): kwalunkwe skop, ħlief
għat-trasport pubbliku ta’ passiġġieri.
Kategorija Xogħol tal-Ajru u, jew Servizzi Speċjalizzati
xogħol tal-ajru u servizzi speċjalizzati biss.
Kategorija Privata u, jew Mhux Kummerċjali: kwalunkwe
skop ħlief għal trasport pubbliku u xogħol tal-ajru u, jew servizzi
speċjalizzati.
Kategorija Speċjali: kwalunkwe skop, minbarra t-trasport
pubbliku, speċifikat fiċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà iżda li ma
jinkludix il-ġarr ta’ passiġġieri sakemm mhux espressament permess
mid-Direttur Ġenerali.
(1)
Id-Direttorat għandu jkun l-awtorità kompetenti Funzjonijiet tad-
inkarigata bid-dritt esklussiv li tirregola n-navigazzjoni ta’ inġenji tal- Direttorat.
ajru fl-ispazju tal-ajru Malti u r-rekwiżiti ta’ konformità teknika għall-
inġenji tal-ajru reġistrati f’Malta u l-operat tagħhom.
(2) Id-Direttorat għandu jiżgura li Malta taġixxi b’mod
konsistenti f ’konformità mal-obbligi imposti fuq Malta taħt il-
Konvenzjoni ta’ Chicago, inklużi l-Annessi tagħha u l-Istandards u l-
Prattiki Rakkomandati.
(3) Id-Direttorat għandu jiżgura li r-Regolamenti tal-Unjoni
Ewropea fil-qasam tas-sikurezza fl-avjazzjoni jiġu applikati b’mod
konsistenti, mingħajr diskriminazzjoni bejn ċittadini tal-Unjoni
Ewropea u ta’ Stati taż-ŻEE, u skont standards internazzjonali
aċċettati u l-materjal ta’ gwida maħruġ mill-Aġenzija.
(4) Id-Direttorat għandu jiżgura l-operazzjoni sikura ta’ inġenji
tal-ajru li jaqgħu ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament
Bażiku, iżda billi jikkunsidra r-riskju limitat li dawn iġibu għas-
sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u r-reġim regolatorju inqas oneruż
akkordat lilhom mit-tali Regolament.
(5)
Id-Direttorat għandu jiżgura li inġenji tal-ajru rilevanti u l-
muturi, l-iskrejjen, il-komponenti u t-tagħmir mhux installat tagħhom
jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ protezzjoni ambjentali li jinsabu fl-
Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago fir-rigward ta’ konformità tal-
istorbju u l-emissjonijiet.
(6) Id-Direttorat għandu jiżgura monitoraġġ kontinwu tal-
operazzjonijiet taħt is-sorveljanza tas-sikurezza u r-responsabbiltà
tiegħu stess u jiżgura koordinazzjoni xierqa mal-awtoritajiet
kompetenti oħra fejn ir-responsabbiltajiet huma kondiviżi jew meta
jkun meħtieġ skambju tal-informazzjoni dwar is-sikurezza.
(7) Id-Direttorat għandu jistabbilixxi sistema ta’ rappurtar sabiex
tiffaċilita l-ġbir ta’ dettalji ta’ okkorrenzi rappurtati u l-analiżi
tagħhom, sabiex jiġu identifikati perikoli għas-sikurezza rilevanti u
sabiex tittieħed kwalunkwe azzjoni preventiva u korrettiva meħtieġa
għat-titjib fis-sikurezza, kif ikun meqjus neċessarju.
(8) Id-Direttorat għandu jikkoopera bl-aktar mod sħiħ ma’
awtoritajiet nazzjonali ajrunawtiċi ta’ Stati Kontraenti oħra kif ukoll
mal-Aġenzija u għandu, għal dan l-għan, jaddotta miżuri interni
adegwati għall-kommunikazzjoni ta’ informazzjoni li huwa fid-dover
li jiskambja skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni
ta’ Chicago.
(Artikolu 100(1))
Emendi konsegwenzjali għal leġiżlazzjoni oħra
LEĠIŻLAZZJONI
ARTIKOLU JEW
PARTI LI SER TIĠI
EMENDA
REGOLAMENT
EMENDATA
Regoli dwar Persuni li
Regolament 2(1)(ċ)
"l-Awtorità għat-
"l-Awtorità għat-
jkollhom Kwalifiki
Trasport f’Malta
Trasport f’Malta
Għolja – L.S. 123.126
stabbilita skont l-
stabbilita skont l-
artikolu 5 tal-Att dwar
artikolu 5 tal-Att
dwar l-Awtorità
l-Awtorità għat-
għat-Trasport
Trasport f’Malta, fir-
f’Malta, fir-rigward
rigward ta’ kull
ta’ kull impjieg jew
impjieg jew kariga ma’
xi impriża li jkollha
kariga ma’ xi
ċertifikat ta’ operatur
impriża li jkollha
tal-ajru maħruġ skont
ċertifikat ta’
l-artikolu 4 tal-Att
operatur tal-ajru
maħruġ skont l-
dwar l-Avjazzjoni
artikolu 35 tal-Att
Ċivili (Ċertifikati
dwar in-
ta’Operaturi tal-Ajru)
Navigazzjoni fl-
jew liċenzja ta’
operatur ta’ mitjar
Ajru jew liċenzja
maħruġa skont l-
ta’ operatur ta’
artikolu 71 tal-Air
mitjar maħruġa
Navigation Order; u"
skont l-artikolu 75
tal-Att dwar in-
Navigazzjoni fl-
Ajru; u"
Nota marġinali fir-
"Kap. 218"
"Kap. 641"
regolament 2(1)(ċ)
Nota marġinali fir-
"L.S. 499.09."
"Kap. 641"
regolament 2(1)(ċ)
Regolamenti dwar
Regolament 2
"Att dwar l-Avjazzjoni
"Att dwar in-
Drittijiet għal ċertifikati
Ċivili (Ċertifikati ta’
Navigazzjoni fl-
ta’ Operaturi ta’ l-Ajru –
Operaturi ta’ l-Ajru)"
Ajru"
Nota marġinali fir-
"Kap. 218"
"Kap. 641"
regolament 2
Regolament 2
""piż totali massimu
Meta kwalunkwe
awtorizzat" għandu l-
liġi oħra tagħmel
istess tifsir mogħti lilu
referenza għad-
mill-Att dwar l-
dispożizzjonijiet
tal-Air Navigation
Avjazzjoni Ċivili
(Ċertifikati ta’
Order, liema
dispożizzjonijiet
Operaturi ta’ l-Ajru)."
ma ġewx riprodotti
fl-Att dwar in-
Navigazzjoni fl-
Ajru, jew
kwalunkwe Att li
jissosstitiwixxih, il-
materja għandha
tiġi regolata
permezz ta’
strument
regolatorju maħruġ
mid-Direttur
Ġenerali.
Nota marġinali fir-
"Kap. 218"
"Kap. 641"
regolament 2
Att Dwar l-Avjazzjoni
Artikolu 2
"''ċertifikat ta’ operatur
"''ċertifikat ta’
Ċivili – Kap. 232
tal-ajru'' tfisser
operatur tal-ajru''
ċertifikat mogħti taħt l-
tfisser ċertifikat
artikolu 4 tal-Att dwar
mogħti taħt l-
l-Avjazzjoni Ċivili
artikolu 35 tal-Att
dwar in-
(Ċertifikati ta’
Operaturi tal-Ajru);"
Navigazzjoni fl-
Ajru;"
Nota marġinali fl-
"Kap. 218"
"Kap. 641"
artikolu 2
Artikolu 6(2)
"Att dwar l-Avjazzjoni
"Att dwar in-
Ċivili (Ċertifikati ta’
Navigazzjoni fl-
Operaturi tal-Ajru)"
Ajru"
Nota marġinali fl-
"Kap. 218"
"Kap. 641"
artikolu 6(2)
Att dwar il-Eurocontrol
artikolu 2
""Ordni dwar in-
""L-Att dwar in-
– Kap. 333
Navigazzjoni tal-Ajru''
Navigazzjoni fl-
tfisser The Air
Ajru" tfisser l-Att
Navigation Order, jew
dwar in-
kull Ordni oħra li
Navigazzjoni fl-
tissostitwiha;"
Ajru, jew
kwalunkwe Att
ieħor li
jissostitwixxih"
Nota marġinali fl-
"L.S. 499.09."
"Kap. 641"
artikolu 2
Meta kwalunkwe
artikolu 2
""manager",
liġi oħra tagħmel
f’konnessjoni ma’
ajrudrom, tfisser
referenza għad-
persuna li tkun
dispożizzjonijiet
inkarigata minnu jew li
tal-Air Navigation
jkollha liċenzja
Order, liema dis-
mogħtija dwaru bis-
pożizzjonijiet ma
ġewx riprodotti fl-
saħħa tal-artikolu 69
tal-Ordni dwar in-
Att dwar in-
Navigazzjoni fl-
Navigazzjoni tal-Ajru,
jew id-disposizzjoni
Ajru jew
korrispondenti ta’ xi
kwalunkwe Att li
ordni li tissostitwiha;"
jissostitwixxih, il-
materja għandha
tiġi regolata
permezz ta’
strument
regolatorju maħruġ
mid-Direttur
Ġenerali.
Nota marġinali fl-
"L.S. 499.09."
"Kap. 641"
artikolu 2
ippubblikat bl-ilsien
Civil Aviation (Route
Charges for Navigation
Ingliż biss
Services) Regulations –
Civil Aviation (Terminal
ippubblikat bl-ilsien
Charges for Navigation
Ingliż biss
Services) Regulations –
Att dwar Sigurtà fl-
Artikolu 13(3)
"The Air Navigation
"l-Att dwar in-
Ajruportijiet u fl-
Order, jew kull ordni li
Navigazzjoni fl-
Avjazzjoni Ċivili – Kap.
tkun temendaha jew li
Ajru, jew
tidħol minflokha."
kwalunkwe att li
jkun jemendah jew
li jissosstiwixxih."
Nota marġinali fl-
"L.S. 499.09."
"Kap. 641"
artikolu 13(3)
Att dwar ir-
Skeda
"Air Navigation Order,
"Att dwar in-
Rikonoxximent
(L.S. 499.09) taħt l-Att
Navigazzjoni fl-
Ajru, Kap. 641"
Reċiproku ta’ Kwalifiki
dwar l-Avjazzjoni
– Kap. 451
Ċivili, Kap. 232"
Ordni dwar l-Avjazzjoni
Regolament 2
"Air Navigation
"Att dwar in-
Ċivili (Eżenzjoni mil-
Navigazzjoni fl-
Order"
Liċenza ta’ Operatur) –
Ajru"
Nota marġinali fir-
"L.S. 499.09."
"Kap. 641"
regolament 2
Regolament 2
""piż totali massimu
Meta kwalunkwe
liġi oħra tagħmel
awtorizzat" għandha l-
istess tifsira kif
referenza għad-
mogħtija bl-artikolu 2
dispożizzjonijiet
ta’ l-Att dwar l-
tal-Air Navigation
Avjazzjoni Ċivili
Order, liema dis-
(Ċertifikati ta’
pożizzjonijiet ma
ġewx riprodotti fl-
Operaturi ta’ l-Ajru)"
Att dwar in-
Navigazzjoni fl-
Ajru, jew bi
kwalunkwe Att li
jissostitwixxih, il-
materja għandha
tiġi regolata
permezz ta’
strument
regolatorju maħruġ
mid-Direttur
Ġenerali.
Nota marġinali fir-
"Kap. 218"
"Kap. 641"
regolament 2
Regolament 4
"ta’ l-Air Navigation
"Att dwar in-
Navigazzjoni fl-
Order"
Ajru"
Nota marġinali fir-
"Tħaris ta’ l-Air
"Tħaris tal-Att
regolament 4
Navigation Order. L.S.
dwar in-
499.09"
Navigazzjoni fl-
Ajru. Kap. 641"
Regolamenti fuq
Regolament 2
"l-Air Navigation
"l-Att dwar in-
Informazzjoni Statistika
Navigazzjoni fl-
Order. l990"
li tingħata dwar il-Ġarr
Ajru ġdid"
Nota marġinali fir-
"S.L. 499.09"
"Kap. 641"
ta’ Passiġġieri,
regolament 2
Merkanzija u Posta -
Air Navigation (Noise
ippubblikat bl-ilsien
Certification and
Ingliż biss
Operation of Aircraft)
Order – S.L. 499.18
Regolamenti Ekonomiċi
Regolament 2
"Air Navigation
"l-Att dwar in-
Navigazzjoni fl-
ta’ l-Ajruport – L.S.
Order"
499.19
Ajru"
Nota marġinali fir-
"S.L. 499.09."
"Kap. 641"
regolament 2
Regolamenti dwar l-
Regolament 2
"l-Att dwar in-
"Air Navigation
Navigazzjoni fl-
Assenjar ta’ Slots fl-
Order"
Ajruport – L.S. 499.20
Ajru"
Nota marġinali fir-
"S.L. 499.09."
"Kap. 641"
regolament 2
Regolamenti dwar
Regolament 2
"fit-Taqsima A ta' l-
"fl-artikolu 2 tal-
Att dwar in-
Restrizzjoni ta’ Titjir fl-
Ewwel Skeda ta' The
Avjazzjoni Ċivili – L.S.
Navigazzjoni fl-
Air Navigation Order"
499.21
Ajru"
Nota marġinali fir-
"L.S. 499.09."
"Kap. 641"
regolament 2
Regolament 2
"l-Att dwar in-
Regolamenti dwar l-
"Air Navigation
Investigazzjonijet ta’
Navigazzjoni fl-
Order"
Aċċidenti u Inċidenti tal-
Ajru"
Nota marġinali fir-
"L.S. 499.09."
"Kap. 641"
Ajru fl-Avjazzjoni Ċivili
regolament 2
– L.S. 499.22
Civil Aviation
ippubblikat bl-ilsien
(Aerodrome Licensing)
Ingliż biss
Regulations – S.L.
499.29
Air Navigation
ippubblikat bl-ilsien
(Dangerous Goods)
Ingliż biss
Regulations – S.L.
499.44
Civil Aviation
ippubblikat bl-ilsien
(Provision of Air
Ingliż biss
Navigation Services)
Order – S.L. 499.45
Att dwar ir-
Artikolu 3(1)(b)
"Att dwar l-Avjazzjoni
"Att dwar in-
Reġistrazzjoni ta’
Ċivili (Ċertifikati ta’
Navigazzjoni fl-
Inġenji tal-Ajru – Kap.
Operaturi tal-Ajru)"
Ajru"
Nota marġinali fl-
"Kap. 218"
"Kap. 641"
artikolu 3(1)(b)
Artikolu 17(1)
"(1) Għandhom jiġu
"(1) Għandhom
imposti għar-
jiġu imposti għar-
reġistrazzjoni ta’
reġistrazzjoni ta’
inġenji tal-ajru, jew ta’
inġenji tal-ajru, jew
ta’ mortgage fuq
mortgage fuq inġenji
inġenji tal-ajru u
tal-ajru u għal
għal kwalunkwe
kwalunkwe skop ieħor
li jista’ jiġi stabbilit
skop ieħor li jista’
mill-Awtorità d-
jiġi stabbilit mill-
drittijiet stipulati fil-
Awtorità tali
Ħames Skeda."
drittijiet li jistgħu
jiġu preskritti mill-
Awtorità."
"Att dwar in-
Att dwar it-Tqassim ta’
Partita taħt it-tieni
"Air Navigation Order
Responsabbiltajiet
kolonna fl-Iskeda taħt l-
(L.S. 499.09)"
Navigazzjoni fl-
Ajru (Kap.) 641"
Statutorji Ministerjali –
intestatura fuq l-
"Avjazzjoni" fl-ewwel
kolonna
Partita taħt it-tieni
"Att dwar in-
"Air Navigation Order
kolonna fl-Iskeda taħt l-
(L.S. 499.09)"
Navigazzjoni fl-
intestatura fuq id-
Ajru (Kap.) 641"
"Dwana u Sisa" fl-
ewwel kolonna
Partita taħt it-tieni
"Att dwar l-Avjazzjoni
"Att dwar in-
kolonna fl-Iskeda taħt l-
Ċivili (Ċertifikati ta’
Navigazzjoni fl-
intestatura fuq l-
Operaturi tal-Ajru)
Ajru (Kap.) 641"
(Kap. 218)"
"Avjazzjoni" fl-ewwel
kolonna
(1) Id-Direttur Ġenerali għandu jkollu s-setgħa, bil-kunsens
tal-Ministru, joħroġ dawk l-istrumenti regolatorji li, fid-diskrezzjoni
tiegħu, huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tad-Direttorat taħt
dan l-Att u li jiżguraw standards ta’ sikurezza adegwati fl-industrija
tal-avjazzjoni f’Malta.
(2) (a) Il-kontenut ta’ strument regolatorju jista’ jżid ma’ jew
jidderoga, parzjalment jew kompletament, minn kwalunkwe
dispożizzjoni li tinsab f’dan l-Att, u jista’ japplika unikament għal każ
partikolari jew klassi ta’ każijiet
Iżda strument regolatorju jista’ ukoll ikun limitat għal żona
ġeografika jew għal tali perjodi ta’ żmien li d-Direttur Ġenerali jqis
xieraq.
(b) Mingħajr preġudizzju għas-setgħat l-oħra kollha tad-
Direttorat, strument regolatorju jista’ jirregola l-impożizzjoni ta’
penali amministrattivi mid-Direttorat għall-ksur minn
kwalunkwe persuna ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan l-Att
jew ta’ strument regolatorju magħmul taħtu, kif ukoll għall-ksur
minn kwalunkwe persuna tal-liġi tal-Unjoni Ewropea li għandha
tiġi infurzata mid-Direttorat, bħal iżda mhux limitata għar-
Regolament tar-Rapportar imsemmi fit-Taqsima XI
Iżda l-penali amministrattivi imposti minn strument
regolatorju u imposti mid-Direttorat għandhom fil-każijiet kollha
jkunu proporzjonali għall-gravità tal-ksur rispettiv. Tali penali
amministrattivi u kwalunkwe penali amministrattivi oħra imposti
mid-Direttorat skont dan l-Att għandhom ikunu soġġetti għall-
appell quddiem il-Bord tal-Appelli fl-Avjazzjoni;
(3) Strumenti regolatorji għandhom jinkludu kwalunkwe ordni,
direttiva, protokoll, linja gwida, memorandum ta’ spjegazzjoni,
ċirkolari ta’ informazzjoni, inklużi avviżi lill-piloti, jew
pubblikazzjoni oħra maħruġa mid-Direttur Ġenerali lill-pubbliku
inġenerali jew lil kwalunkwe operatur wieħed jew klassi ta’ operaturi
Iżda l-istrumenti regolatorji għandhom jiġu ppubblikati fuq il-
portal onlajn tad-Direttorat u jistgħu jiġu wżati bħala miżura għall-
infurzar ta’ kwalunkwe rekwiżit li għandu jiġi infurzat bis-saħħa ta’
jew taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(4) Strumenti regolatorji għandu jkollhom is-saħħa ta’ liġi u
jorbtu fl-intier tagħhom, u kwalunkwe persuna li tonqos milli
tikkonforma ma’ strument regolatorju għandha tkun ħatja ta’ reat
kontra dan l-Att, sakemm tali strument regolatorju ma jipprovdix
għall-impożizzjoni ta’ penali amministrattiva mid-Direttorat għal
kwalunkwe nuqqas ta’ osservanza.
(5) Id-Direttorat għandu jingħata s-setgħat kollha ta’ tfittxija,
investigazzjoni u infurzar kif meħtieġa sabiex jiġi żgurat li operatur
ma jiksirx id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ kwalunkwe
strument regolatorju magħmul taħtu. B’mod partikolari, id-Direttorat
għandu jkollu, permezz tal-persunal awtorizzat tiegħu, is-setgħa li
(a) jwettaq tiftix, verifiki, assessjar, investigazzjonijiet u
spezzjonijiet fuq inġenji tal-ajru, faċilitajiet ta’ operaturi u
organizzazzjonijiet, fornituri ta’ servizzi, ajrudromi, rampi, zoni
ta’ ħangars ta’ kwalunkwe ajrudom, faċilitajiet f’ajrudomi, u
faċilitajiet ġestjonali għar-rampi ta’ fornitur ta’ servizz;
(b) jordna li inġenju tal-ajru partikolari ma għandux itir,
soġġett għal dawk il-kondizzjonijiet li jidhrulu xieraq;
(ċ) jagħlaq kwalunkwe parti tal-ispazju tal-ajru Malti u
jipprevjeni t-traffiku milli jidħol f’dak l-ispazju;
(d) jistabbilixxi żoni ristretti, soġġetti għal dawk il-
kondizzjonijiet li jidhrulu xierqa;
(e)
jistabbilixxi żoni ġeografiċi UAS, soġġetti għal dawk
il-kondizzjonijiet li jidhrulu xierqa;
(f) jordna l-ħatt ta’ kwalunkwe oġġett, kreatura jew
persuna minn fuq inġenju tal-ajru;
(g) jwettaq tali testijiet fuq membri tal-ekwipaġġ tal-ajru
u ekwipaġġ skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea
applikabbli u kwalunkwe persuni oħra preżenti f’ajrudrom
sabiex jiddetermina jekk dawk il-persuni ikkonsmawx alkoħol
jew sustanzi psikoattivi;
(h)
jeħtieġ kwalunkwe rappreżentant, maniġer jew
membru ieħor tal-persunal ta’ operatur jew fornitur ta’ servizz
sabiex jipprovdi spjegazzjoni orali dwar kwalunkwe fatt,
dokument, jew suġġett ieħor li huwa rilevanti għas-sorveljanza
tal-attivitajiet ta’ dak l-operatur jew fornitur ta’ servizzi;
(i) jidħol fi kwalunkwe post jew art, inklużi siti
operazzjonali u mezzi ta’ trasport ta’ operatur jew fornitur ta’
servizz;
(j) jeżamina, jieħu kopja jew jagħmel estratt ta’
kwalunkwe dokument, rekord jew dejta miżmuma minn jew
magħmula aċċessibbli għal operatur jew fornitur ta’ servizz,
irrispettivament mill-medju fuq liema informazzjoni hija
maħżuna u minn jekk dik l-informazzjoni tikkostitwixxix sigriet
kummerċjali;
(k) jieħu jew jistitwixxi kwalunkwe miżura ta’ infurzar
xierqa sabiex jiżgura li operatur jew fornitur ta’ servizz, jew
detentur ta’ liċenzja, ċertifikat, jew approvazzjoni jkomplu
jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan l-Att jew ta’ kwalunkwe
strument regolatorju magħmul taħtu;
(l) jillimita, jissospendi jew jirrevoka l-approvazzjoni,
ċertifikat, jew liċenzja ta’ detentur jekk dak id-detentur ma
jikkonformax iżjed mar-regoli u l-proċeduri dwar il-ħruġ u
żamma ta’ tali approvazzjoni, ċertifikat jew liċenzja skont dan l-
Att jew kwalunkwe strument regolatorju magħmul taħtu.
(6) Għall-finijiet ta’ infurzar, id-Direttorat jista’ joħroġ bil-
miktub u jinnotifika kwalunkwe persuna, mingħajr il-ħtieġa li jmur
quddiem il-qrati u mingħajr il-ħtieġa li jirċievi sottomissjonijiet minn
kwalunkwe persuna
(a) "ordni ta’ infurzar" fejn jirrikjedi lill-persuna li
tagħmel kwalunkwe ħaġa meħtieġa minn dan l-Att jew minn
kwalunkwe strument regolatorju magħmul taħtu, jew kwalunkwe
ħaġa li hija meħtieġa b’mod ieħor minn Regolament tal-Unjoni
Ewropea; jew
(b) "ordni ta’ waqfien u l-ebda tkomplija" fejn jirrikjedi
lill-persuna sabiex tieqaf milli tagħmel kwalunkwe ħaġa projbita
minn jew li tmur kontra d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew ta’
kwalunkwe strument regolatorju magħmul taħtu, jew ta’
kwalunkwe Regolament tal-Unjoni Ewropea.
(7) Il-ħruġ ta’ ordni ta’ infurzar jew ta’ ordni ta’ waqfien u l-ebda
tkomplija għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-azzjoni kriminali
miġjuba kontra kwalunkwe persuna ħatja ta’ reat kontra dan l-Att, kif
ukoll għal kwalunkwe ordni proviżorju, konsegwenzali jew aċċessorju
li l-qorti li qiegħda tisma’ tali azzjoni kriminali tista’ tadotta permezz
ta’ kwalunkwe digriet jew sentenza.
(8) Fejn persuna, notifikata b’ordni ta’ infurzar jew ordni ta’
waqfien u l-ebda tkomplija, tonqos milli tikkonforma minnufih ma’
tali ordni, id-Direttorat jista’ jimponi l-ħlas ta’ penali amministrattiva
għal kull ġurnata fuq tali persuna, ta’ mhux inqas minn għaxar euro
(€10) għal kull ġurnata u mhux iktar minn elf euro (€1000) għal kull
ġurnata, għall-perjodu li fih in-nuqqas jippersisti
Iżda fejn tali persuna hija korp jew assoċjazzjoni oħra ta’
persuni, kemm jekk inkorporat jew le, id-Direttorat jista’ jimponi l-
ħlas ta’ penali amministrattiva addizzjonali għal kull ġurnata kif
imsemmi hawn qabel fuq kwalunkwe maniġer, segretarju, direttur jew
persuna oħra responsabbli għall-ġestjoni ta’ tali korp jew assoċjazzjoni
ta’ persuni.
(9)
Mingħajr preġudizzju għas-setgħa tad-Direttorat sabiex
joħroġ ordni ta’ infurzar jew ordni ta’ waqfien u l-ebda tkomplija taħt
dan l-artikolu, id-Direttorat għandu jkollu s-setgħa li jiżgombra,
ineħħi, iniżżel jew jimmarka kwalunkwe ostakolu, inklużi kwalunkwe
strutturi permanenti jew temporanji jew bini jew oġġett li jikber b’mod
naturali, preżenti fil-limiti laterali u vertikali ta’ żona tat-traffiku ta’
ajrudrom u li jikkawża periklu għat-traffiku tal-ajrudrom
Iżda fejn tali azzjoni teħtieġ li uffiċjali jidħlu fuq art privata,
din għandha tiġi mwettqa minn uffiċjali tad-Direttorat flimkien mal-
Pulizija Eżekuttiva.
(Artikolu 100(2))
LEĠIŻLAZZJONI
DISPOŻIZZJONI
PARTI LI SER TIĠI
MĦASSRA
Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’
Artikolu 17(2)
"(2) Bla ħsara għad-
Inġenji tal-Ajru – Kap. 503
dispożizzjonijiet tal-artikolu
56(2), il-Ministru jista’, bi qbil
mal-Ministru responsabbli
għall-finanzi, jemenda, iżid
ma’, ivarja, jirrevoka jew
jissostitwixxi permezz ta’
regolamenti kwalunkwe skeda,
inkluża l-Ħames Skeda, relatata
ma’ drittijiet jew sanzjonijiet li
jistgħu jkunu applikabbli minn
żmien għal żmien."
Il-Ħames Skeda
Skeda sħiħa
Mgħoddi mill-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Nru 187 tas-6 ta’
Diċembru, 2023.
ANĠLU FARRUGIA
Speaker
RAYMOND SCICLUNA
Skrivan tal-Kamra tad-Deputati
(1) Ħlief fejn ir-rabta tal-kliem teħtieġ xort’oħra, id- Applikabbiltà.
dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw
(a) għal inġenji tal-ajru reġistrati Malta u l-ekwipaġġ
tagħhom, kull fejn jinstabu;
(b) għal inġenji tal-ajru oħra tali li jinsabu fit-territorju
Malti, ikun li jkun il-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tagħhom;
(2) Mingħajr preġudizzju għas-setgħa tad-Direttorat li jissorvelja
u jimmonitorja l-ajrunavigabbiltà, il-manutenzjoni korretta ta’ inġenji
tal-ajru u s-sikurezza tan-navigazzjoni bl-ajru, dan l-Att ma għandux
japplika għal inġenji tal-ajru statali, inklużi l-magni tagħhom, l-
iskrejjen, il-komponenti, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir għall-
kontroll mill-bogħod tagħhom, kif ukoll il-persunal u l-
organizzazzjonijiet involuti fl-attivitajiet u s-servizzi mwettqa minn
dawk l-inġenji tal-ajru.
(3)
Is-setgħa tad-Direttur Ġenerali li jirregola taħt dan l-Att
għandha testendi wkoll għal inġenji tal-ajru kollha, tkun xi tkun in-
natura tagħhom, kemm jekk meħtieġa li jkunu reġistrati jew le skont
id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ tali liġi oħra li tista’ tkun fis-
seħħ f’Malta. B’mod partikolari, id-Direttur Ġenerali jista’ permezz
ta’ strument regolatorju jiddeċiedi liema dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att,
jew liema kundizzjonijiet oħra maħruġa taħtu, għandhom japplikaw
għal li ġej
(a)
blalen tal-arja, kemm bil-ħabel u mingħajr;
(b)
inġenji tal-ajru mudelli u ġugarelli;
(ċ)
tajriet;
(d) inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, blalen tal-arja
liberi u mingħajr bdot abbord jew sistemi tal-inġenji tal-ajru
mingħajr bdot abbord;
(e)
paraxuti, inklużi paraxuti tal-parapendju;
(f)
paragliders.
(4) Tenut kont tar-Regolament Bażiku u mingħajr preġudizzju
għad-dispożizzjonijiet tiegħu, id-Direttur Ġenerali jista’ jiddeċiedi li
jeżenta mill-applikazzjoni tar-Regolament Bażiku d-diżinn, il-
fabbrikazzjoni, l-attivitajiet ta’ manutenzjoni u l-operazzjoni ta’
kategorija waħda jew iktar tal-inġenji tal-ajru li ġejjin, diment li ċ-
ċertifikazzjoni, il-liċenzja jew l-approvazzjoni tagħhom tkun maħruġa
skont dan l-Att jew skont kwalunkwe strument regolatorju magħmul
taħtu
(a) ajruplani, iżda mhux ajruplani mingħajr bdot abbord,
li għandhom sa massimu ta’ żewġ (2) sedili, veloċità miżurabbli
stall jew veloċità minima f’titjir kostanti fil-konfigurazzjoni tal-
inżul li ma teċċedix ħamsa u erbgħin (45) knot veloċità fl-ajru
kalibrata (CAS) u massa massima għat-tlugħ (MTOM) li, kif
irrekordjat mill-Istat Membru, ta’ mhux iktar minn sitt mitt
kilogramma (600kg) għal ajruplani mhux intenzjonati li jkunu
operati fuq l-ilma jew sitt mija u ħamsin kilogramma (650kg)
għal ajruplani intenzjonati li jkunu operati fuq l-ilma;
(b) ħelikopters, ħlief għal ħelikopters mingħajr bdot
abbord, li għandhom massimu ta’ żewġ (2) sedili u massa
massima għat-tlugħ, kif irrekordjat mill-Istat Membru, ta’ mhux
iktar minn sitt mitt kilogramma (600kg) għal ħelikopters mhux
intenzjonati li jkunu operati fuq l-ilma jew sitt mija u ħamsin
kilogramma (650kg) għal ħelikopters intenzjonati li jkunu
operati fuq l-ilma;
(ċ) sailplanes, ħlief għal sailplanes mingħajr bdot
abbord, u għal sailplanes motorizzati, ħlief għal sailplanes
motorizzati mingħajr bdot abbord, li għandhom massimu ta’
żewġ (2) sedili u massa massima għat-tlugħ, kif irrekordjat mill-
Istat Membru, ta’ mhux iktar minn sitt mitt kilogramma (600kg).
(1) L-ebda inġenju tal-ajru ma għandu jkun permess li jtir Nazzjonalità u
reġistrazzjoni.
fuq Malta ħlief jekk huwa rreġistrat ġo
(a)
Stat Kontraenti;
(b)
pajjiż ieħor li fir-rigward tiegħu hemm fis-seħħ
ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern ta’ dak il-pajjiż li
jippermetti t-titjir fuq Malta ta’ inġenju tal-ajru reġistrat f’dak il-
pajjiż
Iżda u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ħaġa provduta
mid-Direttur Ġenerali taħt is-subartikolu (3) tal-artikolu 6
(a) inġenji tal-ajru mudelli u ġugarelli, tajriet mhux
EASA b’toqol ta’ mhux iżjed minn żewġ kilogrammi (2kg) u
blalen tal-arja marbuta mhux EASA jistgħu jtiru fuq it-territorju
ta’ Malta mingħajr ma jkunu rreġistrati, soġġetti għal kwalunkwe
limitazzjoni ġeografika, ta’ għoli jew oħra imposta fuq l-
operazzjoni tagħhom minn strument regolatorju maħruġ skont
dan l-Att;
(b) sailplane mhux EASA jista’ jtir mingħajr ma jkun
reġistrat fi kwalunkwe titjira li tibda u tittermina f’Malta
mingħajr ma tgħaddi fuq kwalunkwe pajjiż ieħor, u liema titjira
ma ssirx għal skopijiet ta’ trasport pubbliku jew trasport
kummerċjali bl-ajru;
(ċ)
f’każ ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jew
ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord, id-Direttur Ġenerali
għandu jiddeċiedi jekk dawn jistgħux itiru mingħajr ma jkunu
reġistrati iżda soġġetti għal kwalunkwe liġi oħra fis-seħħ
f’Malta. It-titjiriet tagħhom jistgħu f’kull każ jiġu soġġetti għal-
limitazzjonijiet ġeografiċi, ta’ għoli jew limitazzjoni oħra
imposti fuq l-operazzjoni tagħhom kif id-Direttur Ġenerali jista’
jqis xieraq;
(d) f’każ ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jew ta’
sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord, id-Direttur Ġenerali jista’
jeħtieġ assigurazzjoni minima adegwata sabiex tkopri r-
responsabbiltà ta’ operaturi ta’ tali inġenji tal-ajru jew sistemi.
(2) Jekk inġenju tal-ajru jtir fuq Malta bi ksur tas-subartikolu (1)
b’tali mod jew ċirkostanzi li, li kieku dak l-inġenju kien reġistrat
f ’Malta kien jitwettaq reat kontra dan l-Att jew kwalunkwe
regolamenti magħmula taħtu, l-istess reat għandu jkun meqjus li
twettaq fir-rigward ta’ dak l-inġenju tal-ajru.
Inġenju tal-ajru, ħlief għal inġenju tal-ajru li huwa permess
minn jew taħt dan l-Att li jtir mingħajr ma jkun reġistrat, ma għandux
itir jekk ma jidhrux b’mod ċar miżbugħin u affissi fuqu, bil-mod kif
meħtieġ mil-liġi tal-pajjiż li fih huwa reġistrat, il-marki ta’ nazzjonalità
u reġistrazzjoni meħtieġa minn tali liġi.
TAQSIMA III
Ajrunavigabbiltà u Tagħmir ta’ Inġenji tal-Ajru
(1) Inġenju tal-ajru ma għandux itir sakemm ma jkunx
hemm fis-seħħ fir-rigward tiegħu ċertifikat ta’ ajrunavigabbiltà
debitament maħruġ jew mogħti validità skont il-liġi tal-pajjiż li fih l-
inġenju tal-ajru huwa reġistrat, u kwalunkwe kundizzjoni li għaliha ċ-
ċertifikat inħareġ jew ingħata validità hija mħarsa
Iżda l-projbizzjoni hawn fuq imsemmija ma għandhiex
tapplika għal
(a) titjiriet li jibdew u jispiċċaw f’Malta, mingħajr ma
jgħaddu minn fuq kwalunkwe pajjiż ieħor, ta’
(i) ballun tal-arja mhux EASA, sakemm mhux
użat għall-finijiet ta’ trasport pubbliku jew operazzjoni
kummerċjali;
(ii)
tajra mhux EASA;
(iii) sailplane mhux EASA li qiegħed itir fuq titjira
privata;
(iv) inġenju tal-ajru li jtir skont il-kundizzjonijiet
ta’ permess għat-titjir nazzjonali maħruġ mid-Direttur
Ġenerali fir-rigward ta’ dak l-inġenju tal-ajru, salv il-jedd
ta’ tali inġenju li joħroġ mill-ispazju tal-ajru Malti
ġaladarba huwa awtorizzat li jtir u jinżel fuq pajjiż ieħor
skont il-liġijiet ta’ dak il-pajjiż;
(v) inġenju tal-ajru li jtir skont permess għat-titjir
tal-Parti 21 EASA maħruġ jew approvat mid-Direttur
Ġenerali fir-rigward ta’ dak l-inġenju tal-ajru;
(vi) tali inġenju tal-ajru ieħor kif id-Direttur
Ġenerali jista’ jiddeċiedi;
(b) titjiriet li jibdew jew jispiċċaw f’Malta jew inġenji tal-
ajru li jtiru għall-finijiet ta’ tranżitu kontinwu b’permess għat-titjir
nazzjonali maħruġ minn Stat Kontraenti u reż validu skont il-
kondizzjonijiet ta’ permess għat-titjir aċċettat jew approvat mid-
Direttur Ġenerali fir-rigward ta’ dak l-inġenju tal-ajru.
(2) Il-projbizzjoni ġenerali tas-subartikolu (1) ma għandhiex
tapplika għat-
(a) titjiriet ta’ inġenju tal-ajru li jtir skont permess għat-
titjir tal-Parti 21 EASA li jippermetti l-inġenju jtir barra l-ispazju
tal-ajru tal-Istat Membru li joħroġ dak il-permess;
(b) titjiriet ta’ inġenji tal-ajru reġistrati Malta li għalihom
hemm awtorizzazzjoni speċifika mogħtija mid-Direttur Ġenerali.
(3) F’każ ta’ inġenju tal-ajru EASA reġistrat f’Malta, iċ-ċertifikat
tal-ajrunavigabbiltà msemmi fis-subartikolu (1) għandu jkun ċertifikat
tal-ajrunavigabbiltà EASA maħruġ mid-Direttorat.
(4) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) ċertifikat ta’ ajrunavigabbiltà
għandu jinkludi
(a) ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett EASA
u
ċertifikat tal-istorbju ristrett EASA maħruġ mid-Direttorat; u
(b) ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett EASA u
ċertifikat tal-istorbju ristrett EASA maħruġ mill-awtorità
kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għajr Malta li jippermetti l-
inġenju tal-ajru li jtir barra mill-ispazju tal-ajru tal-Istat Membru
li joħroġ dak iċ-ċertifikat.
(1)
Id-Direttur Ġenerali għandu joħroġ ċertifikat tal- Ċertifikat tal-
ajrunavigabbiltà EASA fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru EASA reġistrat ajrunavigabbiltà
EASA.
f’Malta, meta ssir applikazzjoni għal dak il-għan mill-operatur ta’ dak
l-inġenju tal-ajru u malli jiġu sodisfatti r-rekwiżiti applikabbli.
(2) Sabiex ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà EASA jinħareġ mid-
Direttorat fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru, l-oqsfa tal-inġenju, il-magni
jew kwalunkwe komponent jew tagħmir neċessarju għall-
ajrunavigabbiltà għandhom
(a) jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament
Bażiku u r-regoli ta’ implimentazzjoni magħmula taħt dak ir-
Regolament li kienu japplikaw bħallikieku l-inġenju tal-ajru kien
inġenju tal-ajru EASA għall-finijiet ta’ dawk ir-regoli;
(b) jikkonformaw ma’ kwalunkwe mir-rekwiżiti tad-
Direttorat maħruġa taħt l-artikolu 5;
(ċ) jikkonformaw
ma’
kwalunkwe
direttiva
operazzjonali jew ta’ ajrunavigabbiltà li d-Direttorat jagħmel
mandatorja wara li ssir u tiġi ċertifikata b’mod sodisfaċenti l-
ispezzjoni, il-manutenzjoni jew il-modifikazzjoni fuq dak l-
inġenju tal-ajru;
(d) jikkonformaw
mar-rekwiżiti
ta’
protezzjoni
ambjentali li jinsabu fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni Chicago kif
huma applikabbli fil-mument.
F’każ ta’ inġenju tal-ajru mhux EASA reġistrat f’Malta, id-
Direttorat jista’ joħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà nazzjonali meta
ssir applikazzjoni, jekk ikun sodisfatt li l-inġenju tal-ajru huwa tajjeb
għat-titjir b’kont meħud
(a) tad-disinn, xogħol ta’ kostruzzjoni u materjali tal-
inġenju tal-ajru, inklużi b’mod partikolari kwalunkwe magni
mwaħħla fl-inġenju tal-ajru, u ta’ kwalunkwe tagħmir li jinġarr
fl-inġenju tal-ajru li d-Direttorat jikkunsidra li huwa neċessarju
għall-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru;
(b) tar-riżultati ta’ provi ta’ titjir, u dawk it-testijiet oħra
tal-inġenju tal-ajru u tas-sistemi tiegħu li d-Direttorat jista’
jeħtieġ;
(ċ) tal-konformità tal-inġenju tal-ajru kif mibni mal-
istandards ta’ disinn jew ma’ speċifikazzjonijiet approvati mid-
Direttorat;
(d)
tar-rapport ta’ toqol u bilanċ inkluża l-iskeda tat-
tagħbija;
(e) tal-manwali u t-tarki meħtieġa mill-manufattur tal-
inġenju tal-ajru;
(f)
taċ-ċertifikazzjoni tal-istorbju, kif applikabbli.
(1) Inġenju tal-ajru reġistrat f’Malta, li fir-rigward tiegħu Kundizzjonijiet
inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà nazzjonali mid-Direttorat, relatati
ċertifikati tal-
għandu
ajrunavigabbiltà
nazzjonali.
(a) ikun ġestit, sa fejn għandha x’taqsam l-
ajrunavigabbiltà kontinwa tiegħu, minn organizzazzjoni tal-
ġestjoni
tal-manutenzjoni
kontinwa
tal-ajrunavigabbiltà
approvata msemmija fl-artikolu 21 jew persuna oħra awtorizzata
li tikkonforma mar-rekwiżiti maħruġa mid-Direttorat taħt l-
artikolu 5;
(b) ikun mantenut skont l-iskeda ta’ manutenzjoni jew
programm ta’ manutenzjoni approvata mid-Direttur Ġenerali fir-
rigward ta’ dak l-inġenju tal-ajru, il-magni tiegħu, kif ukoll il-
komponenti u t-tagħmir tiegħu;
(ċ) f’każ ta’ inġenju tal-ajru b’ċertifikat nazzjonali ta’
ajrunavigabbiltà, u li għandu toqol massimu totali awtorizzat ta’
elfejn seba’ mija u tletin kilogramma (2,730kg) jew inqas u li
m’huwiex inġenju tal-ajru għat-trasport kummerċjali bl-ajru jew
inġenju tal-ajru tat-trasport pubbliku, dan għandu jiġi mantenut
skont programm ta’ manutenzjoni dikjarat mis-sid tal-inġenju
tal-ajru skont il-linji gwida maħruġa mid-Direttorat;
(d) f’każ ta’ inġenju tal-ajru użat, dan għandu jkun
soġġett għal reviżjoni ta’ ajrunavigabbiltà mwettqa minn
kwalunkwe minn dawn li ġejjin
(i)
id-Direttorat;
(ii) organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni
kontinwa tal-ajrunavigabbiltà approvata; jew
(iii) persuna awtorizzata li tikkonforma ma’
kwalunkwe mir-rekwiżiti speċifiċi magħmula mid-
Direttorat taħt l-artikolu 5.
(2) Fejn ċertifikat nazzjonali ta’ ajrunavigabbiltà jkun inħareġ
mid-Direttorat fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru, dak l-inġenju għandu
(a) jikkonforma mar-rekwiżiti maħruġa mid-Direttorat
taħt l-artikolu 5;
(b) jikkonforma ma’ kwalunkwe direttiva operazzjonali
jew ta’ ajrunavigabbiltà maħruġa skont l-artikolu 13 li d-
Direttorat jagħmel mandatorja wara li ssir u tiġi ċertifikata b’mod
sodisfaċenti l-ispezzjoni, manutenzjoni jew modifikazzjoni fuq
dak l-inġenju tal-ajru;
(ċ) jikkonforma ma’ kwalunkwe miżura ordnata mid-
Direttur Ġenerali f’każ ta’ reazzjoni immedjata għal problema
ta’ sikurezza.
(3) Ċertifikat ta’ ajrunavigabbiltà nazzjonali maħruġ skont is-
subartikolu (1) għandu jibqa’ validu għal perjodu indikat mid-Direttur
Ġenerali.
(4) Jekk id-Direttur Ġenerali ikun ħareġ ċertifikat nazzjonali ta’
ajrunavigabbiltà għall-inġenju tal-ajru li, fl-opinjoni tiegħu, huwa
prototip ta’ inġenju tal-ajru jew modifikazzjoni ta’ prototip ta’ inġenju
tal-ajru, hu jista’ jeżenta milli jsiru provi ta’ titjir f’każ ta’ inġenji tal-
ajru oħra jekk huwa sodisfatt li l-inġenji l-oħrajn jikkonformaw mal-
prototip jew modifikazzjoni tal-prototip.
(5) Kull ċertifikat nazzjonali ta’ ajrunavigabbiltà għandu
jispeċifika għal liema għan l-inġenju tal-ajru jista’ jtir, u għandu
jispeċifika aktar il-kategoriji li huma, fl-opinjoni tad-Direttur Ġenerali,
xierqa għal dak l-inġenju tal-ajru skont l-Iskeda 3, u ċ-ċertifikat
għandu jinħareġ soġġett għall-kondizzjoni li l-inġenju għandu jittajjar
biss għall-għanijiet indikati fl-imsemmija Skeda fir-rigward ta’ dawk
il-kategoriji.
(6) Id-Direttur Ġenerali jista’ joħroġ ċertifikat nazzjonali ta’
ajrunavigabbiltà soġġett għal dawk il-kondizzjonijiet l-oħra illi hu jqis
li huma xierqa li jikkonċernaw l-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru.
(7) Id-Direttur Ġenerali jista’, soġġett għal dawk il-
kondizzjonijiet illi jqis li huma xierqa, joħroġ ċertifikat ta’ validazzjoni
li jrendi validu għall-finijiet ta’ dan l-Att iċ-ċertifikat nazzjonali ta’
ajrunavigabbiltà ta’ inġenju tal-ajru li inħareġ f’pajjiż ieħor apparti
Malta, iżda wara li jkun ivverifika li ċ-ċertifikat nazzjonali ta’
ajrunavigabbiltà inħareġ skont il-liġi ta’ dak il-pajjiż u li l-inġenju tal-
ajru qiegħed preżentament josserva l-kondizzjonijiet li jinsabu f’dak
iċ-ċertifikat.
(1) Direttiva ta’ ajrunavigabbiltà tfisser dokument maħruġ
jew adottat mid-Diretur Ġenerali li jordna li ssir azzjoni speċifika
mwettqa fuq inġenju tal-ajru sabiex jiġi restawrat għal livell
aċċettabbli ta’ sikurezza kull meta l-evidenza turi li l-livell ta’
sikurezza ta’ dan l-inġenju tal-ajru jista’ jkun kompromess.
(2) Id-Direttur Ġenerali jista’ joħroġ direttiva ta’ ajrunavigabbiltà
sabiex jindirizza problema ta’ sikurezza immedjata mhux relatata ma’
disinn tat-tip taħt l-Artikolu 70 tar-Regolament Bażiku għal dawk l-
inġenji tal-ajru, prodotti u komponenti koperti b’dak ir-Regolament u
r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.
(3) F’każ ta’ inġenju tal-ajru mhux EASA d-Direttur Ġenerali
għandu joħroġ direttiva ta’ ajrunavigabbiltà meta
(a) l-EASA jew awtorità kompetenti oħra tiddetermina li
teżisti kundizzjoni mhux sikura ġo inġenju tal-ajru, riżultat ta’
defiċjenza f’dak l-inġenju tal-ajru, jew f’magna, skrun,
komponent jew tagħmir installat fuq dak l-inġenju tal-ajru, jew
riżultat ta’ manutenzzjoni mhux adegwata jew ta’ prattiċi ta’
fabbrikazzjoni u ċertifikazzjoni ħżiena; u
(b) dik il-kundizzjoni mhux sikura probabbilment teżisti
jew se tiżviluppa f’inġenji tal-ajru oħrajn.
(4) Direttiva ta’ ajrunavigabbiltà għandha mill-inqas ikun fiha l-
informazzjoni li ġejja
(a)
identifikazzjoni tal-kundizzjoni mhux sikura;
(b)
identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru affettwat;
(ċ)
l-azzjoni meħtieġa;
(d)
il-perjodu ta’ konformità għal azzjoni meħtieġa;
(e) id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ tali direttiva ta’
ajrunavigabbiltà.
(5)
Direttiva ta’ ajrunavigabbiltà tieqaf milli jkollha effett jekk
(a)
tiġi rtirata mid-Direttur Ġenerali; jew
(b) tiġi revokata mid-Direttur Ġenerali wara li sejba
magħmula skont l-Artikolu 70 tar-Regolament Bażiku turi li d-
direttiva mhijiex ġustifikata.
(6) Inġenju tal-ajru li fir-rigward tiegħu ġiet maħruġa direttiva ta’
ajrunavigabbiltà ma għandux itir sakemm dik id-direttiva tiġi rispettata
jew revokata.
(1) Tiswijiet u bidliet jew modifikazzjonijiet fid-disinn tat- Tiswijiet u
modifikazzjonijiet.
tip ta’ inġenji tal-ajru EASA reġistrati f ’Malta għandhom jiġu
approvati skont ir-Regolament Bażiku u r-regoli ta’ implimentazzjoni
tiegħu.
(2) Tiswijiet u modifikazzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru mhux EASA
reġistrati f ’Malta li jikkwalifikaw għal jew għandhom ċertifikat
nazzjonali ta’ ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ta’ ajrunavigabbiltà
nazzjonali ristrett validu għandhom ikunu approvati jew aċċettati skont
kwalunkwe rekwiżiti speċifiċi maħruġa mid-Direttorat taħt l-artikolu
5.
Ċertifikat nazzjonali ta’ ajrunavigabbiltà ma jibqax validu
jekk
(a)
jiskadi;
(b)
jiġi sospiż jew revokat mid-Direttur Ġenerali;
(ċ) reviżjoni ta’ ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru tkun
mhux konklussiva;
(d)
l-inġenju tal-arju ma jibqax reġistrat f’Malta.
Inġenju tal-ajru b’ċertifikat nazzjonali ta’ ajrunavigabbiltà ma
għandux itir jekk
(a) l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru jew
kwalunkwe komponent installat fl-inġenju tal-ajru ma
jissodisfawx ir-rekwiżiti applikabbli;
(b) l-inġenju tal-ajru ma jibqax konformi mad-disinn tat-
tip jew mal-istandard validat mid-Direttorat;
(ċ) l-inġenju tal-ajru ġie operat lil hinn mil-
limitazzjonijiet tal-manwal tat-titjir approvat jew taċ-ċertifikat
ta’ ajrunavigabbiltà tiegħu, mingħajr ma tkun ittieħdet azzjoni
xierqa sussegwenti sabiex tiġi restawrata l-ajrunavigabbiltà;
(d) l-inġenju tal-ajru kien involut f’aċċident jew inċident
li jaffettwa l-ajrunavigabbiltà ta’ dak l-inġenju tal-ajru, mingħajr
ma tittieħed azzjoni xierqa sussegwenti sabiex tiġi restawrata l-
ajrunavigabbiltà;
(e) l-inġenju tal-ajru għandu modifika jew tiswija li
għalihom ma kienx inħareġ ċertifikat jew rilaxx għas-servizz
skont dan l-Att; jew
(f)
dak iċ-ċertifikat nazzjonali ta’ ajrunavigabbiltà huwa
dikjarat invalidu skont l-artikolu 15.
(1) Inġenju tal-ajru mhux EASA li ma jikkwalifikax għal Permess għat-
ċertifikat ta’ ajrunavigabbiltà ma għandux itir jekk ma nħariġx fir- titjir
u permess għat-
rigward tiegħu permess nazzjonali għat-titjir
titjir EASA
Parti-21.
Iżda d-Direttur Ġenerali jista’ jiddeċiedi li jirrikonoxxi bħala
validu kwalunkwe permess nazzjonali barrani għat-titjir
Iżda wkoll id-Direttur Ġenerali għandu jippubblika strumenti
regolatorji bi kriterji oġġettivi sabiex jiġi determinat jekk inġenju tal-
ajru għandux jiġi kopert minn permess għat-titjir nazzjonali jew
alternattivament minn ċertifikat nazzjonali ta’ ajrunavigabbiltà.
(2) Id-Direttur Ġenerali għandu joħroġ permess nazzjonali għat-
titjir jekk huwa sodisfatt li l-inġenju tal-ajru huwa tajjeb għat-titjir,
b’kont meħud tal-ajrunavigabbiltà t al-inġenju tal-ajru u l -
kondizzjonijiet li għandhom jiġu annessi mal-permess. Permess
nazzjonali għat-titjir jista’ jinħareġ soġġett għal kwalunkwe
kondizzjoni li d-Direttur Ġenerali jqis xierqa.
(3) Permess nazzjonali għat-titjir nazzjonali ma għandux jibqa’
fis-seħħ jekk
(a)
id-Direttur Ġenerali jkun ħareġ direttiva li teħtieġ
(i) li ssir spezzjoni fuq l-inġenju tal-ajru bil-għan
li jiġi aċċertat li dak l-inġenju tal-ajru jibqa’
ajrunavigabbli; jew
(ii) modifikazzjoni jew manutenzjoni tal-inġenju
tal-ajru jew it-tagħmir neċessarju għall-ajrunavigabbiltà
tiegħu, bil-għan li jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jibqa’
ajrunavigabbli;
(b) it-twettiq ta’ spezzjoni, modifikazzjoni jew
manutenzjoni fuq l-inġenju tal-ajru hija meħtieġa bħala
kundizzjoni tal-permess għat-titjir;
(ċ) kwalunkwe
kundizzjoni
fil-permess
għat-titjir
mhijiex osservata; jew
(d) l-inġenju tal-ajru, il-magni u l-iskrejjen tiegħu, jew it-
tagħmir neċessarju għall-ajrunavigabbiltà tiegħu jiġu modifikati
jew imsewwija.
(4) Permess nazzjonali għat-titjir li jieqaf milli jibqa’ fis-seħħ
skont is-subartikolu (3) għandu jerġa’ jidħol fis-seħħ malli l-
ispezzjoni, il-modifikazzjoni, it-tiswija jew ir-rimedju għall-ksur ta’
kwalunkwe kondizzjoni rilevanti jiġu approvati mid-Direttur Ġenerali
jew persuna approvata minnu għal dak l-għan.
(5) Permess nazzjonali għat-titjir għandu jkun validu għall-
perjodu speċifikat bil-miktub mid-Direttur Ġenerali.
(6) Inġenju tal-ajru li jtir skont permess nazzjonali għat-titjir
nazzjonali ma għandux itir
(a) għall-għan
ta’
trasport
pubbliku,
trasport
kummerċjali bl-ajru jew operazzjoni kummerċjali;
(b)
bil-lejl jew skont ir-regoli IFR; jew
(ċ)
għal kiri.
(7) F’każ ta’ permess għat-titjir tal-Parti-21 EASA maħruġ mid-
Direttorat, dak il-permess għandu jinħareġ skont ir-Regolament
Bażiku u kwalunkwe regoli ta’ implimentazzjoni magħmula taħt dak
ir-Regolament li kienu japplikaw bħallikieku l-inġenju tal-ajru kien
wieħed EASA.
Bla ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Att, id-
Direttur Ġenerali jista’, għall-finijiet ta’ assessjar tal-ajrunavigabbiltà
inizjali jew kontinwa tal-inġenju tal-ajru, jaċċetta rapporti forniti lilu
minn entità kwalifikata jew persuna oħra li huwa japprova bħala
kwalifikata li tipprovdi tali rapporti, kemm b’mod assolut jew soġġett
għal dawk il-kondizzjonijiet li huwa jqis xierqa.
(1) Inġenju tal-ajru EASA ma għandux itir meta ċertifikat
ta’ rilaxx għas-servizz huwa meħtieġ minn jew taħt il-Parti-ML, il-
Parti-CAO jew il-Parti-145, sakemm tali ċertifikat inħareġ skont il-
Parti-ML, Parti-CAO jew il-Parti-145 u huwa fis-seħħ.
(2) Inġenju tal-ajru mhux EASA ma għandux itir meta ċertifikat
ta’ rilaxx għas-servizz huwa meħtieġ taħt dan l-Att u kwalunkwe
rekwiżiti speċifiċi magħmula mid-Direttur Ġenerali skont l-artikolu 5.
(3) Jekk inġenju tal-ajru mhux EASA reġistrat f’Malta li għandu
ċertifikat ta’ ajrunavigabbiltà jew li kwalunkwe komponent jew tali
tagħmir tiegħu neċessarju għaċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà
tiegħu ġie rivedut, imsewwi, mibdul, modifikat, mantenut jew
spezzjonat, skont x’ikun il-każ, skont l-istrument regolatorju rilevanti,
dak l-inġenju tal-ajru ma għandux itir sakemm ma jinħariġx ċertifikat
ta’ rilaxx għas-servizz maħruġ skont dan l-Att.
(4) L-ebda persuna ma tista’ toħroġ ċertifikat ta’ rilaxx għas-
servizz sakemm ma hijiex liċenzjata u awtorizzata mid-Direttorat
skont l-istrument regolatorju rilevanti.
(5) Persuna jew organizzazzjoni awtorizzata li toħroġ ċertifikat
ta’ rilaxx għas-servizz ma għandhiex toħroġ tali ċertifikat jekk l-
inġenju tal-ajru ma huwiex konformi mal-istandards ta’
ajrunavigabbiltà approvati mid-Direttorat.
(6) Jekk tiswija jew tibdil ta’ komponent ta’ inġenju tal-ajru jew
it-tagħmir tiegħu tiġi mwettqa meta l-inġenju tal-ajru qiegħed f’post
fejn ma huwiex raġonevolment prattikabbli
(a) sabiex it-tiswija jew it-tibdil titwettaq b’tali mod li
jista’ jinħareġ ċeritfikat ta’ rilaxx għas-servizz taħt dan l-Att; jew
(b) sabiex tali ċertifikat jinħareġ waqt li l-inġenju tal-
ajru jkun f’dak il-post, jista’ jtir lejn post li jissodisfa l-kriterji
indikati fis-subartikolu (7).
(7)
Post jissodisfa l-kriterji msemmija fis-subartikolu (6) jekk
huwa
(a) l-eqreb post fejn ċertifikat ta’ rilaxx għas-servizz
jista’ jinħareġ skont dan l-Att;
(b) post għal fejn l-inġenju tal-ajru jista’, fl-opinjoni
raġonevoli tal-bdot fil-kmand, itir b’mod sikur fuq rotta li
għaliha huwa mgħammar sew; u
(ċ) post għal fejn huwa raġonevoli li jtir l-inġenju tal-
ajru tenut kont tal-perikli involuti għal-libertà jew għas-saħħa ta’
kwalunkwe persuna abbord l-inġenju tal-ajru.
(8) Skont kwalunkwe linji gwida maħruġa mid-Direttorat taħt l-
artikolu 5, pilota sid ta’ inġenju tal-ajru privat mhux EASA li għandu
massa totali massima ta’ mhux iżjed minn elfejn seba’ mija u tletin
kilogramma (2,730kg)
(a) jista’ jwettaq spezzjonijiet viżwali sempliċi jew
operazzjonijiet sempliċi sabiex jivverifika l-kundizzjoni ġenerali
tal-inġenju u jara jekk hemmx xi ħsara ovvja fih kif ukoll sabiex
jivverifika l-operazzjoni normali tal-oqsfa tal-inġenju, il-magni,
is-sistemi u l-komponenti tal-inġenji tal-ajru;
(b)
jirranġa kwalunkwe difetti identifikati taħt il-
paragrafu (a); u
(ċ)
joħroġ ċertifikat ta’ rilaxx għas-servizz wara t-
twettiq ta’ kwalunkwe manutenzjoni jekk huwa sodisfatt li l-
manutenzjoni kollha meħtieġa twettqet kif suppost.
(9) Il-forma li għandu jieħu ċertifikat ta’ rilaxx għas-servizz
għandha tiġi determinata mill-istrument regolatorju iżda għandha
tinkludi, bħala minimu
(a)
id-dettalji bażiċi tal-manutenzjoni li twettqet;
(b)
id-data ta’ meta tlestiet tali manutenzjoni;
(ċ) l-identità tal-organizzazzjoni u, jew il-persuna li
toħroġ iċ-ċertifikat ta’ rilaxx għas-servizz;
(d) kwalunkwe limitazzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà
jew operazzjonijiet, jekk ikun hemm.
(1) F’każ ta’ Liċenzja tal-Manutenzjoni ta’ Inġenju tal-Ajru
tal-Parti-66 EASA maħruġa mid-Direttorat, il-liċenzja għandha
tinħareġ skont ir-Regolament Bażiku u kwalunkwe regoli ta’
implimentazzjoni applikabbli magħmula taħt dak ir-Regolament.
(2) Id-Direttorat għandu jagħti liċenzja tal-manutenzjoni ta’
inġenju tal-ajru, soġġetta għal dawk il-kondizzjonijiet li jidhrulu
xierqa, jekk huwa sodisfatt li l-applikant huwa
(a)
persuna idonea sabiex iżżomm tali liċenzja; u
(b) kwalifikat billi għandu l-għarfien, l-esperjenza, il-
kompetenza u l-ħila fl-inġinerija ajrunawtika tali li huwa jista’
jaġixxi fil-kapaċità li dwarha tirrelata l-liċenzja
Iżda d-Direttorat jista’ jistabbilixxi, permezz ta’ strumenti
regolatorji maħruġa taħt l-artikolu 5, il-kriterji li għandhom jiġu
sodisfatti minn persuni jew organizzazzjonijiet sabiex huma jistgħu
jikkwalifikaw sabiex tinħareġ liċenzja tal-manutenzjoni ta’ inġenju tal-
ajru.
(3) Għall-finijiet tas-subartikolu (2) l-applikant għandu
jippreżenta dik l-evidenza kollha neċessarja u għandu joqgħod għal
dawk l-eżamijiet u t-testijiet li d-Direttur Ġenerali jista’ jeħtieġ.
(4) Liċenzja tal-manutenzjoni ta’ inġenju tal-ajru tawtorizza lid-
detentur
(a) sabiex joħroġ ċertifikati ta’ rilaxx għas-servizz skont
dan l-Att għal dawk ir-reviżjonijiet, tiswijiet, tibdiliet,
modifikazzjonijiet, manutenzjoni u spezzjonijiet għal dawk l-
inġenji tal-ajru u għal dak it-tagħmir hekk kif jiġi speċifikat;
(b)
sabiex
joħroġ
rakkomandazzjonijiet
jew
dikjarazzjonijiet għall-ħruġ ta’ permess għat-titjir għal dawk l-
inġenji tal-ajru hekk kif jista’ jiġi speċifikat fi strument
regolatorju; u
(ċ) sabiex jestendi l-perjodu ta’ validità ta’ ċertifikat tal-
ajrunavigabbiltà nazzjonali skont dan l-Att jew kwalunkwe
strument regolatorju maħruġ taħtu.
(5) Soġġett għall-artikolu 90 fuq is-sospensjoni u r-revokazzjoni
ta’ liċenzji skont dan l-Att, liċenzja tal-manutenzjoni ta’ inġenju tal-
ajru għandha tibqa’ fis-seħħ għal perjodu speċifikat fil-liċenzja, li ma
għandux jeċċedi ħames (5) snin.
(6) Liċenzja tal-manutenzjoni ta’ inġenju tal-ajru tista’ tiġi
mġedda mid-Direttorat jekk huwa sodisfatt li l-applikant huwa persuna
idonea u kwalifikata skont is-subartikolu (2).
(7) Id-Direttorat jista’ joħroġ ċertifikat li jrendi validu għall-
finijiet ta’ dan l-Att kwalunkwe liċenzja tal-manutenzjoni ta’ inġenju
tal-ajru maħruġa skont il-liġi ta’ Stat Kontraenti apparti Malta
Iżda d-detentur ta’ liċenzja ta’ inġinier tal-manutenzjoni ta’
inġenju tal-ajru ekwivalenti mogħtija jew maħruġa taħt il-liġi ta’
kwalunkwe Stat Kontraenti apparti Malta jista’ joħroġ ċertifikat ta’
rilaxx għas-servizz għall-inġenju tal-ajru reġistrat f’Malta jekk
(a)
huwa maħruġ skont il-privileġġi approvati fil-
liċenzja;
(b) ir-reviżjoni, it-tiswija, it-tibdil, il-modifikazzjoni, il-
manutenzjoni jew l-ispezzjoni twettqu fl-Istat Kontraenti skont
il-liġi li fih ingħatat il-liċenzja;
(ċ) l-inġenju
tal-ajru
inħariġlu
ċertifikat
tal-
ajrunavigabbiltà; u
(d) l-inġenju tal-ajru għandu massa massima għall-qtugħ
mill-art ta’ mhux iżjed minn elfejn seba’ mija u tletin
kilogramma (2,730kg).
(8) Liċenzja tal-manutenzjoni ta’ inġenju tal-ajru mogħtija skont
dan l-Att ma għandhiex tkun valida jekk ma hijiex iffirmata mid-
detentur bil-linka jew lapes li ma jitħassarx iżda jekk il-liċenzja hija
mehmuża ma’ liċenzja tal-manutenzjoni ta’ inġenju tal-ajru maħruġa
taħt il-Parti-66 huwa biżżejjed jekk dik il-liċenzja tal-Parti-66 għandha
tali firma.
(9)
Id-detentur ta’ liċenzja tal-manutenzjoni ta’ inġenju tal-ajru
mogħtija skont is-subartikolu (2) jew ta’ liċenzja tal-manutenzjoni ta’
inġenju tal-ajru mogħtija skont il-Parti-66 ma għandux jeżerċita l-
privileġġi konnessi ma’ dik il-liċenzja jekk huwa jaf jew jissuspetta li
l-kundizzjoni fiżika jew mentali tiegħu tirrendieh mhux idoneu għall-
eżerċizzju ta’ tali privileġġi.
(1) Kull persuna tista’ tapplika lid-Direttorat sabiex tikseb
approvazzjoni bħala organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni
kontinwa tal-ajrunavigabbiltà.
(2) Id-Direttorat għandu japprova persuna bħala organizzazzjoni
tal-ġestjoni tal-manutenzjoni kontinwa tal-ajrunavigabbiltà għall-
finijiet ta’ dan l-Att jekk huwa sodisfatt li l-applikant huwa kompetenti
sabiex jeżerċita l-privileġġi ta’ tali organizzazzjoni skont dan l-Att u
kwalunkwe rekwiżit speċifiku maħruġ mid-Direttorat taħt l-artikolu 5.
(3) Soġġett għall-artikolu 90 dwar is-sospensjoni u revokazzjoni
ta’ liċenzji taħt dan l-Att, l-approvazzjoni msemmija fis-subartikolu
(1) għandha tibqa’ fis-seħħ b’mod indefinit.
(1) Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà msemmija fl-artikolu 12
għandha titwettaq skont dan l-artikolu.
(2) Reviżjoni sħiħa u dokumentata tar-rekords tal-inġenju tal-ajru
għandha titwettaq sabiex tikkonferma li kull manutenzjoni skedata,
reviżjoni, modifikazzjoni, tiswija, tibdila, rettifikazzjoni ta’ difett u
konformità ma’ kwalunkwe direttiva ta’ ajrunavigabbiltà maħruġa
skont l-artikolu 13 tlestiet sabiex tiġi żgurata l-ajrunavigabbiltà
kontinwa tal-inġenju tal-ajru.
(3)
Għandu jitwettaq survey fiżiku tal-inġenju tal-ajru.
(4) Il-persunal li jwettaq survey fiżiku tal-inġenju tal-ajru għandu
jiddeterima jekk
(a)
il-marki u l-pjanċi kollha meħtieġa humiex installati
sew;
(b) l-inġenju tal-ajru jikkonformax mal-manwal tat-titjir
tiegħu approvat;
(ċ) il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru tikkonformax
mad-dokumentazzjoni approvata;
(d) jistax jiġi skopert kwalunkwe difett evidenti li ma
ġiex indirizzat;
(e)
meta, fl-opinjoni raġonevoli tagħhom, titjira ta’
verifika hija neċessarja, l-inġenju tal-ajru wettaqx tali titjira ta’
verifika b’mod sodisfaċenti; u
(f) jirriżultawx xi inkonsistenzi bejn l-inġenju tal-ajru u
r-reviżjoni ta’ rekords dokumentati skont is-subartikolu (2).
(5) Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tista’ tiġi antiċipata sa massimu
ta’ disgħin (90) jum mingħajr ma tintilef il-kontinwità tax-xejra fir-
reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, u dan sabiex ir-reviżjoni fiżika tkun
tista’ ssir waqt il-verifika tal-manutenzjoni.
(6) Jekk ir-riżultat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ma jkunx
konklussiv, il-persuna li wettqet ir-reviżjoni għandha tinforma lid-
Direttorat u ma għandhiex toħroġ rakkomandazzjoni sabiex testendi
jew toħroġ ċertifikat nazzjonali tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
mingħajr l-approvazzjoni tad-Direttorat.
(7) Meta d-Direttorat iwettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jew
joħroġ iċ-ċertifikat nazzjonali tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, is-sid
jew l-operatur għandhom jipprovdu lid-Direttorat
(a)
bid-dokumentazzjoni meħtieġa mid-Direttorat;
(b) bl-akkomodazzjoni
adegwata
lill-persunal
tad-
Direttorat fil-post xieraq; u
(ċ) meta huwa neċessarju, is-sostenn ta’ persunal
kwalifikat kif xieraq skont dan l-Att u kwalunkwe rekwiżiti
speċifiċi maħruġa mid-Direttorat taħt l-artikolu 5.
(8) Reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà jistgħu jitwettqu minn
persuni u organizzazzjonijiet approvati indikati fl-artikoli 20 u 21 u
skont il-privileġġi mogħtija lilhom
Iżda reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà jistgħu alternattivament
jitwettqu minn entitajiet kwalifikati jew persuni oħra awtorizzati mid-
Direttur Ġenerali skont dan l-Att u kwalunkwe rekwiżit speċifiku
maħruġ mid-Direttorat taħt l-artikolu 5.
(1) Inġenju tal-ajru ma għandux itir fuq Malta sakemm ma Tagħmir ta’
huwiex mgħammar b’tali mod li jikkonforma mal-liġi tal-pajjiż fejn inġenji tal-ajru.
huwa reġistrat, u li jipperemetti li komunikazzjonijiet, in-navigazzjoni,
it-tiftix, is-salvataġġ u l-irkupru, id-dwal u l-marki senjalatorji u s-
sinjali għandhom ikunu skont dan l-Att u kwalunkwe rekwiżit
speċifiku maħruġ mid-Direttorat taħt l-artikolu 5.
(2) Fi kwalunkwe każ partikolari d-Direttur Ġenerali jista’ jordna
li inġenju tal-ajru reġistrat f ’Malta għandu jġorr xi tagħmir jew
provvista addizzjonali jew speċjali kif huwa jista’ jispeċifika bil-għan
li tiġi faċilitata n-navigazzjoni tal-inġenju tal-ajru, it-twettiq ta’
operazzjonijiet ta’ tfittix u salvataġġ, jew is-sopravivenza ta’ persuni
abbord tali inġenju tal-ajru.
(3) Id-Direttur Ġenerali jista’ fir-rigward ta’ kwalunkwe inġenju
tal-ajru reġistrat f’Malta, jitlob lill-operatur ta’ dak l-inġenju tal-ajru
sabiex jagħtih lista ta’ tagħmir li għandu jkun fiha deskrizzjoni tat-
tagħmir kollu neċessarju għall-operazzjoni ta’ dak l-inġenju skont dan
l-Att.
(4) Id-Direttur Ġenerali jista’ jirrevedi l-lista ta’ tagħmir provduta
lilu skont is-subartikolu (3) u din għandha tpoġġi l-obbligu fuq l-
operatur li jirrettifika, isewwi jew ibiddel kwalunkwe tagħmir indikat
fil-lista ta’ tagħmir, b’mod li jkun aċċettabbli għad-Direttur Ġenerali.
(5) Strumenti regolatorji maħruġa taħt l-artikolu 5 għandhom
jindikaw b’mod komprensiv liema tagħmir, tagħmir radjo-foniku u
tagħmir navigazzjonali għandu jinġarr f’inġenju tal-ajru jew klassi ta’
inġenji tal-ajru sabiex dawn jistgħu jikkwalifikaw bħala
ajrunavigabbli.
(6) Id-Direttur Ġenerali jista’ jippermetti kwalunkwe inġenju tal-
ajru jew klassi ta’ inġenji tal-ajru li għalihom japplika dan l-artikolu
jibdew titjira taħt ċirkustanzi speċifikati, għalkemm oġġett speċifiku
tat-tagħmir li għandu, skont jew taħt dan l-Att, jinġarr fiċ-ċirkustanzi
tat-titjira ippjanata, ma jinġarrx jew ma jkunx operazzjonali.
(1) Id-Direttur Ġenerali jista’ jordna t-twettiq ta’
spezzjonijiet, investigazzjonijiet, testijiet, esperimenti u provi ta’ titjir
kif iqis neċessarju għall-finijiet ta’ din it-Taqsima u kwalunkwe
persuna awtorizzata minnu bil-miktub tista’ f ’ħin raġonevoli
tispezzjona kwalunkwe komponent, jew materjal li huma intenzjonati
li jiġu inkorporati jew użati fil-manufattura ta’ kwalunkwe komponent
ta’ inġenju tal-ajru jew it-tagħmir tiegħu, kwalunkwe dokumentazzjoni
relatata miegħu, u għal dan il-għan hi tista’ tidħol fi kwalunkwe
ajrudrom jew fabbrika ta’ inġenji tal-ajru, ħangar jew post ieħor użat
għaż-żamma tal-inġenji tal-ajru u l-komponenti tagħhom.
(2) Id-Direttur Ġenerali jew kwalunkwe persuna awtorizzata
minnu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha u joħorġu l-ordnijiet kollha
neċessarji sabiex operatur jirrendi l-inġenju tiegħu konformi mar-
rekwiżiti ta’ dan l-Att u kwalunkwe rekwiżiti speċifiċi maħruġa mid-
Direttorat taħt l-artikolu 5.
TAQSIMA IV
Ekwipaġġ tal-Ajru u l-Liċenzjar
(1) Id-Direttorat għandu jkun l-awtorità vestita bis-setgħa li Id-Direttorat
tilliċenzja membri tal-ekwipaġġ tal-ajru ta’ inġenju tal-ajru reġistrat għandu
jilliċenzja l-
f’Malta, taħt dawk il-kondizzjonijiet li jqis xierqa.
ekwipaġġ tal-
ajru.
(2) L-ebda persuna ma tista’ taġixxi ta’ membru tal-ekwipaġġ tal-
ajru ta’ inġenju tal-ajru EASA reġistrat f’Malta mingħajr ma tkun
detentur tal-liċenzja xierqa mogħtija, konvertita jew reża valida taħt ir-
Regolament EASA fuq l-Ekwipaġġ tal-Ajru jew kwalunkwe
Regolament ieħor tal-Unjoni Ewropea rilevanti
Iżda persuna tista’ taġixxi bħala membru tal-ekwipaġġ tal-ajru
ta’ inġenju tal-ajru EASA mingħajr ma tkun detentriċi tal-liċenzja
xierqa mogħtija, konvertita jew reża valida taħt ir-Regolament EASA
fuq l-Ekwipaġġ tal-Ajru meta hi tkun qiegħda titħarreġ skont l-
istrument regolatorju rilevanti.
(3) Id-Direttorat għandu jippubblika strumenti regolatorji li
jistabbilixxu l-kriterji u t-testijiet meħtieġa sabiex persuna tista’
tikkwalifika għal-liċenżja sabiex taġixxi bħala membru tal-ekwipaġġ
ta’ inġenju tal-ajru reġistrat f’Malta
Iżda d-Direttorat għandu jkollu wkoll is-setgħa li joħloq
kategoriji ta’ liċenzji li hu jista’ jiddetermina fir-rigward ta’ inġenju
tal-ajru jew kategorija ta’ inġenji tal-ajru kkonċernati.
(1) Id-Direttorat għandu jkollu wkoll is-setgħa li jilliċenzja Direttorat
persuni responsabbli għat-tħarriġ fit-titjir ta’ piloti, tħarriġ ta’ għandu
jilliċenzja
simulazzjoni tat-titjir jew għall-assessjar tal-ħiliet ta’ piloti, kif ukoll persuni
awżiljarji.
il-poter li jilliċenzja eżaminaturi mediċi tal-ajru.
(2) L-ebda persuna ma tista’ teżerċita l-attivitajiet imsemmija taħt
is-subartikolu (1) mingħajr ma tkun detentriċi tal-liċenzja idonea
maħruġa jew reża valida skont dan l-Att.
(3) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-
Att u r-regoli li jinsabu fi kwalunkwe strument regolatorju addottat
mid-Direttorat, id-Direttur Ġenerali jista’, għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu, kemm b’mod assolut kif ukoll soġġett għal dawk il-
kondizzjonijiet li jqis xierqa
(a) jawtorizza jew joħroġ ċertifikati jew liċenzji għal
persuni responsabbli għat-tħarriġ fit-titjir ta’ piloti, tħarriġ ta’
simulazzjoni tat-titjir jew għall-assessjar tal-ħiliet ta’ piloti, kif
ukoll għal eżaminaturi medikali tal-ajru;
(b)
japprova kwalunkwe kors ta’ tħarriġ jew struzzjoni;
(ċ) jawtorizza persuna sabiex twettaq dawk l-eżamijiet
jew testijiet li huwa jista’ jispeċifika; u
(d) japprova persuna sabiex tipprovdi kwalunkwe kors
ta’ tħarriġ jew struzzjoni.
Fl-interess tas-sikurezza, id-Direttur Ġenerali jista’ jordna lil
kwalunkwe operatur partikolari li l-inġenji tal-ajru operati minnu, jew
kwalunkwe wieħed jew iktar minn tali inġenji tal-ajru, ma għandhomx
itiru taħt dawk iċ-ċirkostanzi li d-Direttur Ġenerali jista’ jispeċifika
sakemm dak l-inġenju tal-ajru ma jġorrx, flimkien mal-ekwipaġġ tal-
ajru ordinarjament meħtieġ li jinġarr, persuni addizzjonali bħala
membri tal-ekwipaġġ tal-ajru.
(1) L-ebda persuna ma għandha taġixxi ta’ membru tal-
ekwipaġġ tal-ajru ta’ inġenju tal-ajru mhux EASA reġistrat f’Malta
jekk ma tkunx detentriċi tal-liċenzja xierqa mogħtija jew reża valida
skont dan l-Att
Iżda persuna tista’ taġixxi ta’ membru tal-ekwipaġġ tal-ajru
ta’ inġenju tal-ajru mhux EASA mingħajr ma tkun detentriċi tal-
liċenzja xierqa mogħtija jew reża valida taħt dan l-Att meta hi tkun
qiegħda titħarreġ skont kwalunkwe strument regolatorju rilevanti.
B’mod partikolari, persuna tista’, meta tkun f’Malta u mingħajr ma
tkun detentriċi tal-liċenzja xierqa
(a) taġixxi ta’ operatur radjofoniku tal-ajru ta’ inġenju
tal-ajru mhux EASA reġistrat f’Malta jekk
(i) hi qiegħda tiġi mħarrġa fuq inġenju tal-ajru
reġistrat f’Malta sabiex taqdi d-dmirijiet ta’ membru tal-
ekwipaġġ tal-ajru ta’ inġenju tal-ajru;
(ii) hi awtorizzata sabiex topera stazzjon
rajdotelefoniku mid-detentur ta’ liċenzja mogħtija fir-
rigward ta’ dak l-istazzjon taħt kwalunkwe liġi;
(iii) messaġġi huma trasmessi biss għal skopijiet ta’
taħriġ, jew għas-sikurezza jew għan-navigazzjoni tal-
inġenju tal-ajru; u
(iv) messaġġi huma trasmessi biss fuq frekwenza li
teċċedi s-sittin megahertz (60MHz) kif assenjat mid-
Direttur Ġenerali għall-użu fuq titjiriet fejn operatur
radjotelefoniku tal-ajru jaġixxi fil-kapaċitajiet speċifikati
fis-subparagrafu (i);
(b) taġixxi ta’ bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru mhux
EASA għal skopijiet ta’ kwalifikazzjoni għall-għotja jew tiġdid
ta’ liċenzja ta’ pilota jew l-inklużjoni, validazzjoni mill-ġdid jew
varjazzjoni ta’ kwalunkwe klassifikazzjoni tal-liċenzja ta’ pilota
jekk
(i)
għandha mill-inqas sbatax (17)-il sena;
(ii) hi detentriċi ta’ ċertifikat mediku li
jikkonferma li hi persuna idonea sabiex taġixxi bħala tali,
fejn tali ċertifikat huwa maħruġ minn persuna approvata
mid-Direttur Ġenerali;
(iii) tikkonforma
ruħha
ma’
kwalunkwe
kondizzjonijiet stabbiliti mid-Direttur Ġenerali li taħthom
inħareġ iċ-ċertifikat mediku; u
(iv) l-ebda persuna oħra, ħlief għall-istruttur jew
persuna oħra awtorizzata mid-Direttur Ġenerali jew minn
dan l-Att, ma tinġarr fl-inġenju tal-ajru
Iżda wkoll l-ebda persuna ma għandha tinġarr abbord inġenju
tal-ajru mhux EASA reġistrat f’Malta minn pilota liċenzjat ta’ dak l-
inġenju, għal skopijiet ta’ taħriġ jew testijiet, għall-għotja jew tiġdid
ta’ liċenzja ta’ pilota, jew l-inklużjoni, il-validazzjoni mill-ġdid jew l-
estensjoni ta’ klassifikazzjoni jew ċertifikat, ħlief għall-persuni li
ġejjin
(a)
il-manifattur tal-inġenju tal-ajru;
(b) persuna li tinġarr bħala membru tal-ekwipaġġ tal-ajru
f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(ċ) persuna awtorizzata mid-Direttur Ġenerali sabiex
tixhed it-taħriġ jew it-testijiet jew sabiex twettaq it-testijiet; jew
(d)
jekk il-bdot fil-kmand tal-inġenju tal-ajru huwa d-
detentur tal-liċenzja xierqa, persuna li tinġarr għall-iskop li tiġi
mħarrġa jew ittestjata bħala membru tal-ekwipaġġ tal-ajru ta’
inġenju tal-ajru, u l-inġenju tal-ajru ma jkunx qed itir għal
skopijiet ta’ trasport pubbliku jew operazzjoni speċjalizzata ħlief
għal operazzjoni speċjalizzata li tikkonsisti fl-għoti ta’ tagħlim
fit-titjir jew it-twettiq ta’ eżamijiet ta’ titjir
Iżda wkoll il-persuna l-oħra kif imsemmija fil-paragrafu (d)
għandha taġixxi fuq id-direzzjonijiet mogħtija lilha minn persuna oħra
detentriċi ta’ liċenzja ta’ pilota mogħtija jew reża valida skont dan l-
Att jew liċenzja tal-Parti-FCL li tinkludi klassifikazzjoni ta’ struttur
tat-titjir li tintitolaha li tagħti struzzjonijiet fit-titjir tat-tip ta’ inġenju
tal-ajru li qiegħed jittajjar; u l-inġenju tal-ajru għandu jkollu kontrolli
doppji u l-persuna li qed tinġarr għandha tkun akkompanjata ġewwa l-
inġenju tal-ajru minn struttur li jinstab fis-sedil fejn hemm is-sett l-
ieħor ta’ kontrolli, jew fejn il-kontrolli huma iddisinjati sabiex
jintużaw minn żewġ (2) persuni u l-persuna hija akkumpanjata mill-
istruttur li jpoġġi b’tali mod li jista’ juża dawk il-kontrolli.
(2) L-ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tipprojbixxi d-detentur
ta’ liċenzja ta’ pilota EASA milli jaġixxi ta’ pilota ta’ inġenju tal-ajru
mhux EASA ċertifikat għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed sakemm
id-detentur tal-liċenzja ta’ pilota EASA
(a) jopera t-tip ta’ inġenju tal-ajru jew varjant speċifikat
fil-liċenzja tiegħu; jew
(b) għandu entrata rilevanti li tikkonferma l-profiċjenza
fil-ġurnal tat-titjir personali tiegħu.
(3) Soġġett għad-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija ta’ dan l-
artikolu, persuna ma għandhiex taġixxi ta’ membru tal-ekwipaġġ tal-
ajru meħtieġa minn jew skont dan l-Att li għandha tinġarr fuq inġenju
tal-ajru reġistrat f’pajjiż ieħor apparti Malta ħlief
(a) f’każ ta’ inġenju tal-ajru li qiegħed itir għal skopijiet
ta’ trasport pubbliku, trasport kummerċjali bl-ajru jew
operazzjoni speċjalizzata, jekk hi d-detentriċi tal-liċenzja xierqa
mogħtija jew reża valida taħt il-liġi tal-pajjiż li fih l-inġenju tal-
ajru huwa reġistrat; jew
(b) f’każ ta’ kull inġenju tal-ajru ieħor, jekk hi d-
detentriċi ta’ liċenzja xierqa mogħtija jew reża valida taħt il-liġi
tal-pajjiż li fih l-inġenju tal-ajru huwa reġistrat jew taħt dan l-
Att, u d-Direttur Ġenerali ma jordnax mod ieħor fil-każ
partikolari.
(4) Liċenzja mogħtija għall-operazzjoni ta’ inġenju tal-ajru mhux
EASA reġistrat f’Malta u li hija intiża sabiex tawtorizza d-detentur
tagħha li jaġixxi ta’ bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru mhux EASA
ma tintitolax lid-detentur, sakemm mhux awtorizzat mod ieħor mid-
Direttur Ġenerali fiċ-ċirkostanzi
(a) li jaġixxi ta’ membru tal-ekwipaġġ tal-ajru ta’
inġenju tal-ajru għal skopijiet ta’ trasport pubbliku jew
operazzjoni speċjalizzata jew għal kwalunkwe titjira li fir-
rigward tagħha jirċievi rimunerazzjoni għas-servizzi tiegħu, ħlief
tħarriġ ta’ titjir, bħala membru tal-ekwipaġġ tal-ajru; jew
(b) f’każ ta’ liċenzja ta’ pilota, li jaġixxi ta’ pilota ta’
kwalunkwe inġenju tal-ajru li jtir f’ċirkostanzi li jeħtieġu
konformità mar-regoli IFR jew li jtir bil-lejl.
(5)
"Liċenzja xierqa" għall-finijiet ta’ dan l-artikolu tfisser
liċenzja li tintitola d-detentur tagħha li jwettaq il-funzjonijiet li huwa
jikkommetti ruħu li jwettaq fir-rigward tal-inġenju tal-ajru kkonċernat
u t-titjira li fuqha huwa ngaġġat.
(6)
Minkejja kull ħaġa f’dan l-artikolu
(a) id-detentur ta’ liċenzja ħlief liċenzja tal-Parti-FCL
maħruġa jew reża valida skont dan l-Att, li tkun liċenzja
approvata fis-sens li d-detentur ma jissodisfax b’mod sħiħ l-
istandard internazzjonali rilevanti, ma għandux jaġixxi bħala
membru tal-ekwipaġġ tal-ajru ta’ inġenju tal-ajru reġistrat Malta
li jtir fi jew fuq it-territorju ta’ Stat Kontraenti apparti Malta ħlief
skont il-permess maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat
Kontraenti;
(b) id-detentur ta’ liċenzja ħlief liċenzja tal-Parti-FCL,
maħruġa jew reża valida skont il-liġi ta’ Stat Kontraenti apparti
Malta, li tkun liċenzja approvata kif imsemmi hawn fuq ma
għandux jaġixxi ta’ membru tal-ekwipaġġ tal-ajru ta’ kwalunkwe
inġenju tal-ajru li jtir fi jew fuq Malta ħlief jekk dan isir skont il-
permess u l-kondizzjonijiet mogħtija mid-Direttur Ġenerali,
irrispettivament minn jekk dik il-liċenzja hija, jew hija
kkunsidrata li ġiet reża valida skont dan l-Att.
(1) (a) Id-Direttur Ġenerali jista’ jagħti liċenzja lil Liċenzjar tal-
membru tal-ekwipaġġ tal-ajru ta’ inġenju tal-ajru mhux EASA, u ekwipaġġ
ajru ta’ inġenju
validazzjonijiet tal-liċenzja sussegwenti, lill-persuni li ma jkollhomx tal-ajru
EASA.
inqas minn sbatax (17)-il sena, soġġett għal dawk il-kondizzjonijiet u
limitazzjonijiet li jqis xierqa
Iżda qabel l-għoti ta’ tali liċenzja, id-Direttur Ġenerali għandu
jkun sodisfatt ukoll li l-applikant huwa persuna idonea sabiex ikollu
dik il-liċenzja, u huwa kwalifikat sa fejn għandhom x’jaqsmu l-
għarfien, l-esperjenza, il-kompetenza, il-ħila, u l-kundizzjoni fiżika u
mentali sabiex jaġixxi fil-kapaċità li għaliha tirrelata l-liċenzja. Għal
dan il-għan, l-applikant għandu jippreżenta tali evidenza u jagħmel
dawk l-eżamijiet u t-testijiet, inklużi eżamijiet mediċi partikolari, li d-
Direttur Ġenerali jista’ jirrikjedi minnu.
(b) Soġġett għal kwalunkwe limitazzjonijiet imposti
mid-Direttur Ġenerali, fejn hu joħroġ liċenzji, klassifikazzjonijiet
u validazzjonijiet sussegwenti, il-privileġġi kollha, il-
limitazzjonijiet ta’ età u l-perjodu massimu ta’ validità tagħhom
għandhom ikunu dawk kif stabbiliti skont ir-rekwiżiti tar-
Regolament EASA fuq l-Ekwipaġġ tal-Ajru kif emendat minn
żmien għal żmien.
(ċ) Liċenzja mogħtija taħt dan l-artikolu ma għandhiex
tkun valida jekk ma tidhirx fuqha, miktuba b’mod ċar bil-linka li
ma tistax titħassar, il-firma ordinarja tad-detentur.
(2) Soġġett għal kwalunkwe kundizzjoni tal-liċenzja u għad-
dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att, liċenzja ta’ kwalunkwe klassi għandha
tippermetti lid-detentur tagħha sabiex iwettaq il-funzjonijiet
speċifikati fir-rigward ta’ dik il-liċenzja, klassifikazzjoni jew
validazzjoni, jekk applikabbli.
(3) Persuna li toqgħod għal test għall-ħruġ jew tiġdid ta’ liċenzja,
klassifikazzjoni jew validazzjoni, jekk applikabbli, qabel l-iskadenza
tal-validità tagħha, u li ma tgħaddix minn dak it-test, ma għandhiex
tibqa’ intitolata, mill-mument li hija ma tgħaddix dak it-test, li ttir bil-
privileġġi li hija riedet tikseb meta qagħdet għal dak it-test partikolari.
(4) (a) Id-detentur ta’ liċenzja, maħruġa skont dan l-artikolu,
ma għandux ikun intitolat li jwettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet
marbuta mal-liċenzja jekk dik il-liċenzja ma tinkludix ċertifikat
mediku validu.
(b) Eżami mediku meħtieġ taħt is-subartikolu (4)(a)
għandu jitwettaq minn persuna kwalifikata u approvata mid-
Direttur Ġenerali u tali persuna għandha toħroġ ċertifikat mediku
jekk hija ssib li d-detentur ta’ jew l-applikant għal liċenzja huwa
idoneu sabiex iwettaq il-funzjonijiet marbuta mal-liċenzja.
(ċ) Iċ-ċertifikat mediku jibqa’ validu għal dawk il-
perjodi speċifikati fih.
(5) (a) Persuna ma għandhiex tkun intitolata taġixxi ta’
membru tal-ekwipaġġ tal-ajru ta’ inġenju tal-ajru reġistrat f’Malta jekk
hija taf jew għandha raġuni sabiex temmen li l-kundizzjoni fiżika jew
mentali tagħha tirrendiha mhux kapaċi, kemm jekk b’mod temporanju
jew b’mod permanenti, sabiex twettaq tali funzjonijiet tagħha jew
sabiex taġixxi f’tali kapaċità
Iżda d-Direttur Ġenerali jista’ jipprojbixxi persuna milli ttir
jekk huwa jemmen li ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq jissussistu fir-
rigward ta’ dik il-persuna.
(b)
Kull detentur ta’ ċertifikat mediku maħruġ skont dan
l-Att li
(i) isofri ħsara personali f’ġismu li tinterferixxi
mal-kapaċità tiegħu li jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala
membru tal-ekwipaġġ tal-ajru;
(ii) isofri minn marda li tinterferixxi mal-kapaċità
tiegħu li jaqdi dawk il-funzjonijiet ta’ membru tal-
ekwipaġġ għal perjodu ta’ għoxrin (20) jum jew aktar; jew
(iii) tkun persuna li għandha raġuni sabiex temmen
li hija tqila,
għandha minnufih tinforma lid-Direttur Ġenerali b’din l-
okkorrenza, u d-Direttur Ġenerali jista’, fiċ-ċirkostanzi, jeħtieġ li
dik il-persuna tgħaddi minn ċertifikazzjoni medika oħra.
Id-Direttur Ġenerali jista’ joħroġ ċertifikat ta’ validazzjoni li Ċertifikat ta’
jirrendi validu għall-finijiet ta’ dan l-Att kwalunkwe liċenzja tal- validazzjoni
għal liċenzja tal-
ekwipaġġ tal-ajru mogħtija skont il-liġi ta’ kwalunkwe pajjiż apparti ekwipaġġ
ajru barrani.
Malta u li ma hijiex liċenzja tal-Parti-FCL. Ċertifikat ta’ validazzjoni
jista’ jinħareġ soġġett għal dawk il-kondizzjonijiet u għal dawk il-
perjodi li d-Direttur Ġenerali jista’ jaħseb li huma xierqa.
(1) Kull membru tal-ekwipaġġ tal-ajru ta’ inġenju tal-ajru Ġurnal ta’
reġistrat f’Malta u kull persuna li ttir bil-għan li tikkwalifika għall- abbord
personali.
għotja jew tiġdid ta’ liċenzja skont dan l-Att għandu jżomm ġurnal ta’
abbord tat-titjir personali għalih, fejn id-dettalji li ġejjin għandhom
jinżammu fih
(a)
l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-ġurnal ta’ abbord;
(b) dettalji tal-liċenzja tad-detentur, fejn applikabbli, li
tawtorizzah jaġixxi bħala membru tal-ekwipaġġ tal-ajru ta’
inġenju tal-ajru;
(ċ) l-isem
u
l-indirizz
tal-prinċipal
tiegħu,
fejn
applikabbli.
(2) Id-dettalji ta’ kull titjira li matulha d-detentur tal-ġurnal ta’
abbord aġixxa bħala membru tal-ekwipaġġ tal-ajru ta’ inġenju tal-ajru
jew għall-fini li jikkwalifika għall-ħruġ jew it-tiġdid ta’ liċenzja skont
dan l-Att, skont il-każ, għandhom jiġu reġistrati fil-ġurnal ta’ abbord fi
tmiem kull titjira jew malajr kemm jista’ jkun prattikabbli, inkluż
(a) id-data, il-postijiet, li fihom id-detentur tela’ u niżel
minn fuq l-inġenju tal-ajru kif ukoll il-ħin u t-tul tat-titjira fejn
huwa aġixxa fi kwalunkwe kapaċità;
(b)
it-tip ta’ inġenju tal-ajru u l-marki ta’ reġistrazzjoni
tiegħu;
(ċ)
il-kapaċità li fiha d-detentur aġixxa matul it-titjira;
(d) dettalji ta’ kwalunkwe kundizzjonijiet speċjali li
taħthom ġiet imwettqa t-titjira, inklużi titjir bil-lejl u titjir bl-
istrumenti;
(e)
dettalji ta’ kwalunkwe test jew eżami li twettqu matul
it-titjira.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, ħelikopter għandu jitqies li
qiegħed itir mill-mument li l-ħelikopter jiċċaqlaq għall-ewwel darba
bil-qawwa tiegħu stess bil-għan li jitlaq sakemm ir-rotors jerġgħu
jitwaqqfu.
(4) Dettalji ta’ tagħlim li rċieva membru tal-ekwipaġġ tal-ajru
għandhom jiġu reġistrati fil-ġurnal ta’ abbord ħdejn il-firma tal-
istruttur li wettaq it-titjira.
Ġurnal ta’ abbord għandu f’kull ħin jibqa’ fil-kustodja tal-
membru tal-ekwipaġġ ikkonċernat, ħlief għal dawk il-perjodi li fihom
tali ġurnal ta’ abbord jista’ jkun meħtieġ li jiġi ppreżentat lid-Direttorat
għal spezzjoni, jew lil dik il-qorti jew awtorità oħra li teħtieġ
tispezzjona l-kontenut tal-ġurnal skont il-liġi
Iżda kwalunkwe awtorità, inkluż id-Direttorat, li tista’ titlob,
skont il-liġi, is-sottomissjoni tal-ġurnal ta’ abbord għall-ispezzjoni
tagħha, għandha żżomm rekord tal-ġurnali ta’ abbord kollha li qed
jinżammu minnha għall-finijiet ta’ spezzjoni.
Persuna ma għandha tagħti l-ebda struzzjoni fit-titjir sakemm
(a) ma tippossedix liċenzja, maħruġa jew validitata taħt
dan l-Att mid-Direttorat, li tintitolaha taġixxi bħala bdot fil-
kmand tal-inġenju tal-ajru għall-iskop u fiċ-ċirkustanzi li
għalihom għandha tingħata l-istruzzjoni; u
(b) il-liċenzja tagħha ma jkollhiex klassifikazzjoni ta’
struttur tat-titjir maħruġa mill-awtorità lil min jippossediha
sabiex tagħti t-taħriġ.
TAQSIMA V
Operazzjonijiet tal-Ajru
Sakemm mhux provdut mod ieħor, din it-Taqsima għandha Applikabilità ta’
tapplika għal inġenji tal-ajru mhux EASA reġistrati f’Malta, li jwettqu din it-Taqsima.
operazzjonijiet kummerċjali jew servizzi tal-ajru li ma jaqgħux taħt ir-
Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi
tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni), kif emendat minn żmien għal
ieħor.
Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 34, l-ebda operatur ma Ċertifikat ta’
jista’ jopera inġenju tal-ajru mhux EASA reġistrat f’Malta, sakemm operaturi
meħtieġ sabiex
id-Direttur Ġenerali joħroġ ċertifikat ta’ operatur tal-ajru li jippermetti jopera
kummerċjalment.
lill-operatur li jopera kummerċjalment taħt din it-Taqsima, u dan wara
li jsir eżerċizzju ta’ diliġenza dovuta fuq l-operatur kif determinat bi
strument regolatorju maħruġ skont l-artikolu 5.
(1) Dan l-artikolu għandu japplika għall-inġenji tal-ajru ta’ Inġenji tal-ajru
trasport pubbliku reġistrati f ’Malta, bla ħsara għal kwalunkwe tat-trasport
pubbliku.
eċċezzjonijiet li jistgħu jiġu magħmula permezz ta’ strument
regolatorju maħruġ skont l-artikolu 5.
(2) (a) L-operatur ta’ kull inġenju tal-ajru li għalih japplika dan
l-artikolu għandu
(i) jagħmel disponibbli lil kull membru tal-
persunal operattiv manwal tat-tħaddim;
(ii) jiżgura li kull kopja tal-manwal tat-tħaddim
jibqa’ aġġornat; u
(iii) jiżgura li fuq kull titjira kull membru tal-
ekwipaġġ għandu aċċess għal kopja ta’ kull parti tal-
manwal tat-tħaddim li hija rilevanti għad-doveri tiegħu fuq
dik it-titjira.
(b)
Kull manwal tat-tħaddim għandu jkun fih dik l-
informazzjoni u l-istruzzjonijiet kollha neċessarji sabiex il-
persunal operattiv jista’ jaqdi dmirijietu
Iżda l-manwal tat-tħaddim ma għandux ikun meħtieġ li jkun
fih kwalunkwe informazzjoni jew istruzzjonijiet li huma disponibbli
f’manwal tal-ajru aċċessibbli għal persuni li minnhom l-informazzjoni
jew istruzzjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa.
(3) (a) Inġenju tal-ajru li għalih japplika dan l-artikolu ma
għandux itir ħlief jekk, mhux inqas minn tletin (30) jum qabel dik it-
titjira, l-operatur tal-inġenju tal-ajru jkun ipprovda lid-Direttur
Ġenerali kopja sħiħa tal-manwal tat-tħaddim, li jinstab fis-seħħ f’dak
il-mument, fir-rigward ta’ dak l-inġenju tal-ajru.
(b) Kwalunkwe emendi jew żidiet li jsiru fil-manwal tat-
tħaddim għandhom jkunu komunikati lid-Direttur Ġenerali mill-
operatur qabel jew immedjatament wara li jidħlu fis-seħħ
Iżda fejn l-emenda jew iż-żieda jirrelataw mal-
operazzjoni tal-inġenju tal-ajru u ma kinux jifformaw parti mill-
aħħar manwal tat-tħaddim, dak l-inġenju tal-ajru ma għandux itir
għal skopijiet ta’ trasport pubbliku sakemm dik l-emenda jew
żieda ma jiġux komunikati lid-Direttur Ġenerali.
(ċ) Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi (a) u (b), l-
operatur għandu jagħmel dawk l-emendi jew żidiet kollha fil-
manwal tat-tħaddim li d-Direttur Ġenerali jista’ jordna għall-
finijiet ta’ sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-persuni jew beni
li nġarru fuqu, jew is-sikurezza, l-effiċjenza u r-regolarità tan-
navigazzjoni fl-ajru.
(4) Id-Direttur Ġenerali jista’, fi kwalunkwe każ, jirregola
kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna l-operazzjoni ta’ inġenju tal-ajru
tat-trasport pubbliku reġistrat f’Malta billi joħroġ strumenti regolatorji
skont l-artikolu 5.
(1) L-operatur ta’ kull inġenju tal-ajru reġistrat f’Malta u li
jtir għal skopijiet ta’ trasport pubbliku għandu
(a) jagħmel disponibbli manwal ta’ taħriġ lil kull
persuna maħtura mill-operatur sabiex jagħti jew jissorvelja t-
taħriġ, l-esperjenza, il-prattika jew it-testijiet perjodiċi meħtieġa
skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att u kwalunkwe rekwiżit
speċifiku maħruġ mid-Direttorat skont l-artikolu 5; u
(b) jiżgura li kull kopja ta’ dak il-manwal ta’ taħriġ
tinżamm aġġornata.
(2) Kull manwal ta’ taħriġ għandu jkun fih dik l-informazzjoni u
struzzjonijiet kollha neċessarji sabiex tippermetti lill-persuna maħtura
mill-operatur li jagħti jew jissorvelja t-taħriġ, l-esperjenza, il-prattika u
t-testijiet perjodiċi meħtieġa minn jew skont dan l-Att.
(3) (a) Inġenju tal-ajru li għalih japplika dan l-artikolu ma
għandux itir ħlief jekk, mhux inqas minn tletin (30) jum qabel tali
titjira l-operatur tal-inġenju tal-ajru jkun ipprovda lid-Direttur
Ġenerali kopja tal-manwal ta’ taħriġ fis-seħħ sħiħa li għandha
x’taqsam mal-ekwipaġġ tal-ajru ta’ dak l-inġenju tal-ajru.
(b) Kwalunkwe emenda jew żieda fil-manwal ta’ taħriġ
għandhom ikunu komunikati mill-operatur lid-Direttur Ġenerali
qabel jew immedjatament wara li jidħlu fis-seħħ
Iżda fejn l-emenda jew iż-żieda għandhom x’jaqsmu mat-
taħriġ, l-esperjenza, il-prattika jew it-testijiet perjodiċi fuq inġenju tal-
ajru li ma kenux jifformaw parti mill-aħħar manwal ta’ taħriġ, dak l-
inġenju tal-ajru ma għandux itir għal skopijiet ta’ trasport pubbliku
sakemm dik l-emenda jew żieda ma tiġix komunikata lid-Direttur
Ġenerali.
(ċ) Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi (a) u (b), l-
operatur għandu jagħmel dawk l-emendi jew iż-żidiet kollha fil-
manwal ta’ taħriġ li d-Direttur Ġenerali jista’ jordna għall-finijiet
sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew ta’ persuni
jew beni li nġarru fuqu, jew is-sikurezza, l-effiċjenza jew ir-
regolarità tan-navigazzjoni fl-ajru.
(1) L-operatur ta’ inġenju tal-ajru reġistrat f’Malta ma Obbligi tal-
għandux jippermetti t-titjir ta’ dak l-inġenju għal skopijiet ta’ trasport operatur.
pubbliku mingħajr mal-ewwel
(a) jaħtar minn fost l-ekwipaġġ tal-ajru pilota li se jkun
il-kmandant għat-titjira; u
(b) jaċċerta ruħu b’kull mezz raġonevoli li l-
istazzjonijiet tar-radju ajrunawtiċi u għajnuniet navigazzjonali
intiżi sabiex iservu fuq ir-rotta ppjanata jew fuq kwalunkwe
devjazzjoni ppjanata huma adegwati għan-navigazzjoni sikura
tal-inġenju tal-ajru; u
(ċ) jaċċerta ruħu b’kull mezz raġonevoli li l-ajrudomi li
fihom se jsir il-qtugħ mill-art u l-inżul u kwalunkwe ajrudrom
alternattiv li fih jista’ jsir l-inżul huma xierqa għal dawk il-
finijiet u li partikolarment huma mħaddma u mgħammra b’mod
adegwat li jassiguraw is-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u l-
passiġġieri tiegħu
Iżda l-operatur tal-inġenju tal-ajru ma għandux ikun meħtieġ
li jaċċerta ruħu dwar l-adegwatezza tal-mezzi ta’ tifi tan-nar, ta’ tiftix,
ta’ salvataġġ jew ta’ servizzi oħra li huma meħtieġa biss wara l-
okkorrenza ta’ aċċident.
(2) L-operatur ta’ inġenju tal-ajru reġistrat f’Malta ma għandux
jippermetti lil kwalunkwe persuna tkun membru tal-ekwipaġġ tal-ajru
ta’ dak l-inġenju matul titjira magħmula għal skopijiet ta’ trasport
pubbliku, ħlief għal titjira bl-iskop uniku li jiġu mħarrġa persuni
sabiex jwettqu d-doveri tagħhom abbord l-inġenju tal-ajru, sakemm
tali persuna għandha t-taħriġ, l-esperjenza, il-prattika u għaddiet mit-
testijiet perjodiċi kif speċifikat fi strumenti regolatorji maħruġa mid-
Direttorat fir-rigward tad-doveri li dik il-persuna għandha taqdi, u ħlief
jekk l-operatur huwa sodisfatt li tali persuna hija kompetenti sabiex
taqdi dmirijietha, u b’mod partikolari li taf tuża t-tgħammir disponibbli
fuq l-inġenju tal-ajru għal dak il-għan. L-operatur għandu jżomm,
jippreżerva, jipproduċi u jippreżenta l-informazzjoni kontenuta ġo
rekords li jirrelataw mal-materji hawn fuq diskussi u dan skont linji
gwida maħruġa mid-Direttorat.
(3) L-operatur ta’ inġenju tal-ajru reġistrat f’Malta ma għandux
jippermetti li membru tal-ekwipaġġ tal-ajru tiegħu, waqt kwalunkwe
titjira għall-iskop tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri, li jissimula
manuvri ta’ emerġenza u proċeduri li l-operatur għandu raġuni li
jemmen li dawn ser jaffettwaw ħażin il-karatteristiċi tat-titjir tal-
inġenju tal-ajru.
(1) Inġenju tal-ajru reġistrat f’Malta għandu jġorr ekwipaġġ
tal-ajru b’numru ta’ membri u tad-deskrizzjoni adegwata sabiex tiġi
żgurata s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u, fejn applikabbli, skont il-
manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru.
(2) Inġenju tal-ajru mhux reġistrat f’Malta ma għandux itir ħlief
jekk iġorr ekwipaġġ tal-ajru b’numru adegwat ta’ membri u tad-
deskrizzjoni meħtieġa skont il-liġi tal-pajjiż li fih huwa reġistrat.
(1) Il-bdot
fil-kmand
tal-inġenju
tal-ajru
huwa
responsabbli
(a) li jiddefinixxi l-irwoli u d-dmirijiet ta’ kull membru
tal-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru qabel kull titjira;
(b) għall-operazzjoni u s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u
għall-bidu, il-kontinwazzjoni, it-tmiem jew id-devjazzjoni ta’
titjira fl-interess tas-sikurezza; u
(ċ) matul l-operazzjonijiet tal-inġenju tal-ajru, li jiżgura
s-sikurezza ta’ kull membru tal-ekwipaġġ, tal-passiġġieri u tal-
merkanzija abbord.
(2) Il-bdot fil-kmand għandu juża biss ajrudomi u siti operattivi li
huma adegwati għat-tip ta’ inġenju tal-ajru u l-operazzjoni
kkonċernata.
(3) Qabel ma jibda kull titjira, il-bdot fil-kmand għandu
jipprepara l-inġenju tal-ajru u l-irwoli tal-ekwipaġġ kif xieraq. B’mod
partikolari, huwa għandu jivverifika
(a) li t-titjira tista’ titwettaq b’mod sikur, kont meħud tal-
aħħar informazzjoni disponibbli dwar ir-rotta u l-ajrudromi li se
jkunu użati, ir-rapporti tat-temp u l-previżjonijiet meteoroloġiċi
disponibbli, u kwalunkwe azzjoni alternattiva li tista’ tiġi
adottata fil-każ li t-titjira ma tistax titwettaq kif ġie ppjanat;
(b) li l-inġenju tal-ajru huwa ajrunavigabbli, u li d-
dokumentazzjoni kollha dwar l-ajrunavigabbiltà hija miżmuma
kif suppost; fejn ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà huwa
meħtieġ li jkun fis-seħħ, li dak iċ-ċertifikat huwa fis-seħħ u li se
jibqa’ fis-seħħ waqt it-titjira ppjanata;
(ċ) li kull membru tal-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru
ikkonforma mas-sistema ta’ verifika ta’ qabel it-titjira stabbilita
mill-operatur fil-manwal tat-tħaddim jew f’dokument ieħor;
(d) li f’każ ta’ titjira internazzjonali, titjira waqt liema l-
inġenju tal-ajru se jaqsam il-fruntiera tal-pajjiż fejn jinstab l-
ajrudrom tal-qtugħ mill-art, li pjan tat-titjira ġie mfassal u ġie
notifikat lill-ajrudrom tad-destinazzjoni;
(e) li l-istrumenti u t-tagħmir meħtieġa għat-titjira huma
installati u qegħdin joperaw;
(f) li jkun hemm disponibbli mezzi suffiċjenti sabiex
wieħed jinnaviga u jinżel fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew fi
kwalunkwe ajrudrom alternattiv f’każ ta’ telf tal-kapaċità
navigazzjonali għall-operazzjoni intenzjonata ta’ avviċinament u
nżul;
(g) li t-tagħmir, il-bagalji u l-merkanzija kollha huma
mgħobbija kif suppost u sikuri u li evakwazzjoni tal-inġenju tal-
ajru f’każ ta’ emerġenza hija possibbli;
(h) li t-tagħbija, il-massa u l-pożizzjoni taċ-ċentru ta’
gravità tal-inġenju tal-ajru jikkonformaw mal-manwal tat-titjir
tal-inġenju tal-ajru jew dokument ieħor approvat mid-Direttur
Ġenerali;
(i) li se jinġarru biżżejjed karburant, żejt u likwidu li
jkessaħ il-magni, jekk hemm bżonn, għat-titjira ppjanata, u li
marġini sikura ġiet intenzjonata għall-kontinġenzi ta’ emerġenza
jew dewmien sa meta l-inġenju jilħaq l-ajrudrom tad-
destinazzjoni jew l-ajrudrom alternattiv;
(j) f’każ ta’ ġifen tal-ajru jew ballun tal-arja, li biżżejjed
ballast se jinġarr għat-titjira ppjanata;
(k) li t-tagħmir radjufoniku qed jaħdem u li l-kapaċitajiet
navigazzjonali kollha jikkonformaw mal-manwal tat-titjir jew
dokument ieħor approvat mid-Direttur Ġenerali;
(l) li l-kapaċitajiet navigazzjonali kollha huma adegwati
u jikkonformaw mal-klassi tal-ispazju tal-ajru fuq liema l-
inġenju tal-ajru għandu jinnaviga;
(m) li l-inġenju tal-ajru jista’ jagħmel użu minn servizzi
navigazzjonali adegwati matul ir-rotta ppjanata;
(n) li l-ekwipaġġ tal-ajru huwa kapaċi li jikkomunika
mas-servizzi ta’ kontroll tat-traffiku fl-ajrudromi tal-qtugħ mill-
art, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni;
(o) li l-passiġġieri kollha jokkupaw siġġu jew sedil u
huma maqfula b’mod sikur kemm waqt it-taxiing, il-qtugħ mill-
art u l-inżul u matul dawk il-partijiet tat-titjira fejn jitqies
neċessarju fl-interess tas-sikurezza tal-passiġġieri li tali
passiġġieri jkunu hekk bilqiegħda u sikuri;
(p) li jinġarr biżżejjed tagħmir ta’ salvataġġ fuq l-inġenju
tal-ajru, inklużi ġgieget tas-salvataġġ u ossiġnu f’każ ta’ inġenju
tal-ajru taħt pressjoni;
(q) li sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li huma prevedibbli
ġew kkunsidrati, u li pjanijiet f’każ ta’ kontinġenzi ġew adottati
u kkomunikati lill-ekwipaġġ tal-ajru u lill-ekwipaġġ tal-kabina;
(r) li l-ebda oġġetti perikolużi jew munizzjonijiet ma
jinġarru abbord l-inġenju tal-ajru, sakemm ma tkunx inkisbet
awtorizzazzjoni mid-Direttur Ġenerali;
(s) li jkun hemm konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit
addizzjonali li jinsab fi strument regolatorju maħruġ taħt l-
artikolu 5.
(4)
Waqt it-titjira, il-bdot fil-kmand għandu
(a) iżomm ruħu maqful bi kwalunkwe ċinturin tas-
sikurezza meta huwa qiegħed fis-sedil tal-pilota; u
(b) jibqa’ mal-kontrolli tal-inġenju tal-ajru
f’kull
mument ħlief jekk pilota ieħor jieħu f’idejh il-kontrolli.
(5) Jekk l-inġenju tal-ajru jġorr żewġ piloti, it-tnejn li huma
għandhom jibqgħu mal-kontrolli matul il-qtugħ mill-art, l-
avviċinament tar-runway u l-inżul.
(6) F’każ li hemm passiġġieri abbord l-inġenju tal-ajru, il-bdot
fil-kmand għandu jiżgura li, qabel jew, jekk huwa iktar xieraq, matul
it-titjira, il-passiġġieri huma mogħtija spjegazzjoni ta’ kif jitħaddem it-
tagħmir ta’ emerġenza u ta’ kif jitwettqu l-proċeduri ta’ emerġenza, kif
ukoll spjegazzjoni ta’ kif jintużaw il-maskri ta’ ossiġnu, fejn xieraq.
(1)
Qabel jibda l-qtugħ mill-art, il-bdot fil-kmand għandu It-temp u l-
operat minimi
jiżgura li
tal-ajrudrom.
(a) skont l-informazzjoni disponibbli, it-temp fl-
ajrudrom jew fis-sit ta’ operazzjoni u l-kundizzjoni tar-runway li
ser tintuża ma humiex tali li jxekklu s-sikurezza tal-qtugħ mill-
art u t-tluq; u
(b) il-valuri operattivi minimi tal-ajrudrom, notifikati,
preskritti jew b’xi mod ieħor indikati mill-awtorità kompetenti
rilevanti, għandhom jiġu rispettati.
(2) Qabel ma jibda avviċinament għall-inżul, il-bdot fil-kmand
għandu jiżgura li, skont l-informazzjoni disponibbli, it-temp fl-
ajrudrom jew fis-sit ta’ operazzjoni u l-kundizzjoni tar-runway li ser
tintuża ma humiex tali li jxekklu mis-sikurezza tal-avviċinament, inżul
jew avviċinament mhux milħuq.
(1)
Il-bdot fil-kmand għandu jibda jew jissokta b’titjira Titjiriet VFR u
IFR.
biss
(a)
titjira VFR jekk
(i)
l-aħħar
informazzjoni
meteoroloġika
disponibbli turi li l-kundizzjonijiet tat-temp matul ir-rotta u
fl-ajrudrom
tad-destinazzjoni
intenzjonata
fil-ħin
approssimattiv tal-wasla huma ekwivalenti għal jew ’il fuq
mill-valuri operattivi minimi VFR li japplikaw; u
(ii)
il-bdot fil-kmand ippjana azzjoni alternattiva
għall-eventwalità li t-titjira ma tistax titwettaq kif ippjanat
minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp.
(b)
titjira IFR lejn l-ajrudrom tad-destinazzjoni kif
ippjanat, jekk l-aħħar informazzjoni meteoroloġika disponibbli
turi li, fil-ħin approssimattiv tal-wasla, il-kundizzjonijiet tat-
temp fl-ajrudrom tad-destinazzjoni jew għall-inqas f’wieħed
mill-ajrudromi alternattivi tad-destinazzjoni huma ekwivalenti
għal jew ’il fuq mill-valuri operattivi minimi tal-ajrudrom kif
notifikati, preskritti jew b’xi mod ieħor indikat mill-awtorità
kompetenti tal-pajjiż ikkonċernat.
(2) Jekk, skont l-informazzjoni disponibbli, inġenju tal-ajru jkun
meħtieġ li jtir skont ir-regoli IFR meta jasal lejn l-ajrudrom tad-
destinazzjoni ippjanat, il-bdot fil-kmand irid jagħżel ajrudrom tad-
destinazzjoni alternattiv qabel il-qtugħ mill-art ħlief jekk ma hemm l-
ebda ajrudrom xieraq disponibbli li jista’ jservi għal dawk il-finijiet.
(3) Titjira li għandha ssir skont ir-regoli IFR lejn ajrudrom, meta
ma hemm l-ebda ajrudrom tad-destinazzjoni alternattiv xieraq, ma
għandiex tinbeda mill-bdot fil-kmand ħlief jekk
(a) tkun disponibbli proċedura ta’ avviċinament bi
strument notifikata, preskritta jew xort’ oħra indikata mill-
awtorità kompetenti rilevanti għall-ajrudrom fejn huwa ppjanat l-
inżul; u
(b) l-informazzjoni meteoroloġika kurrenti u disponibbli
tindika li l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali għandhom
jeżistu fl-ajrudrom fejn huwa ppjanat l-inżul minn mill-inqas
sagħtejn (2) qabel sa mill-inqas sagħtejn (2) wara il-ħin stmat tal-
wasla.
(1) Il-bdot fil-kmand għandu juża l-proċeduri tat-tluq u tal-
avviċinament notifikati, preskritti jew xort’oħra maħtura mill-awtorità
kompetenti rilevanti tal-pajjiż ikkonċernat għall-użu tar-runway jew
taż-żona ta’ avviċinament finali u qtugħ mill-art li ser jintużaw.
(2) Il-bdot fil-kmand jista’ jiddevja mir-rotta tat-tluq, tal-wasla
jew tal-proċedura ta’ avviċinament
(a) sakemm il-kriterji ta’ twarrib minn ostakli jistgħu
jkunu osservati, sakemm jittieħed kont sħiħ tal-kondizzjonijiet
operattivi u sakemm tiġi osservata l-awtorizzazzjoni li tiġi mill-
kontroll tat-traffiku tal-ajru; jew
(b) meta l-inġenju tal-ajru huwa diriġut bir-radar minn
unità tal-kontroll tat-traffiku fl-ajru.
(3) Għal titjiriet li jsiru skont ir-regoli IFR, il-bdot fil-kmand
għandu jagħżel u juża, għal tali tluq, għall-ajrudrom tad-destinazzjoni
u għall-ajrudrom tad-destinazzjoni alternattiv, valuri operattivi minimi
ta’ ajrudrom li
(a) ma jistgħux ikunu inqas minn dawk notifikati,
preskritti jew xort’oħra indikati mill-awtorità kompetenti
rilevanti tal-pajjiż ikkonċernat;
(b) meta qed jitwettqu operazzjonijiet ta’ viżibilità
baxxa, ġew approvati mid-Direttur Ġenerali jew mill-awtorità
kompetenti skont il-liġi tal-pajjiż li fih l-inġenju tal-ajru huwa
reġistrat.
(4) Il-bdot fil-kmand jista’ jibda avviċinament bl-istrumenti
irrispettivament mill-medda viżwali tar-runway jew mill-viżibilità
irrappurtata.
(5) Jekk il-medda viżwali tar-runway jew il-viżibilità hija inqas
mill-minimu applikabbli kif notifikat, preskritt jew xort’oħra indikat
mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż ikkonċernat, il-bdot fil-
kmand ma għandux jissokta bl-avviċinament
(a)
taħt l-elf (1000) pied fuq l-ajrudrom; jew
(b) fis-segment tal-avviċinament finali fil-każ fejn l-
għoli tad-deċiżjoni jew l-għoli minimu ta’ nżul huwa iktar minn
elf (1000) pied fuq l-ajrudrom.
(6) Jekk, wara li tgħaddi l-elf (1000) pied fuq l-ajrudrom, il-
medda viżwali tar-runway jew il-viżibilità rappurtati jaqgħu taħt il-
minimu applikabbli kif notifikat, preskritt jew xort’oħra indikat mill-
awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż ikkonċernat, il-bdot fil-kmand
jista’ jissokta bl-avviċinament lejn l-għoli tad-deċiżjoni jew l-għoli
minimu ta’ nżul.
(7) Il-bdot fil-kmand jista’ jissokta bl-avviċinament taħt l-għoli
tad-deċiżjoni jew l-għoli minimu ta’ nżul, u l-inżul jista’ jitwettaq,
sakemm ir-referenza viżwali adegwata għat-tip ta’ operazzjoni ta’
avviċinament u għar-runway li ser jintuża hija stabbilita fl-għoli tad-
deċiżjoni jew fl-għoli minimu ta’ nżul u tibqa’ tinżamm.
(8) Fejn il-medda viżwali tar-runway mhux disponibbli, il-bdot
fil-kmand jista’ jikseb il-valuri tal-medda viżwali tar-runway billi
jikkonverti l-viżibilità rappurtata.
Magna tal-ajru reġistrata f’Malta u li ttir fuq l-ilma għal Magni tal-ajru li
skopijiet ta’ trasport pubbliku għandha ttir, ħlief safejn hu neċessarju jżommu
altitudni.
għall-finijiet ta’ qtugħ mill-art jew nżul, f’altitudni li tippermetti lill-
inġenju tal-ajru
(a) f’każ li għandha magna waħda, fl-eventwalità li dik
il-magna tfalli, li ssib post fejn hi tista’ tinżel b’mod sikur;
(b) jekk għandha iktar minn magna waħda, fl-eventwalità
li xi waħda minn dawk il-magni tfalli u l-magna li tifdal tibqa’
topera fil-parametri tal-kondizzjonijiet massimi ta’ forza
kontinwa kif speċifikati fiċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-
inġenju tal-ajru, li ssib post fejn hi tista’ tinżel b’mod sikur.
L-ebda inġenju tal-ajru ma għandu jtir għal finijiet ta’
ajrubatika, jew sabiex jagħmel manuvri ajrubatiċi waqt titjira, ħlief
jekk tinħareġ awtorizzazzjoni speċjali mid-Direttur Ġenerali.
Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja f’dan l-Att, ir-
regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal inġenju tal-ajru kopert minn
Ftehim għat-Trasferiment ta’ Funzjonijiet u Dmirijiet milħuq skont l-
Artikolu 83 bis tal-Konvenzjoni ta’ Chicago
(a) mingħajr preġudizzju għar-Regolament Bażiku u l-
liġi nazzjonali tal-Istat Kontraenti tar-reġistru tal-inġenju tal-
ajru, dan l-Att japplika għal inġenju tal-ajru reġistrat barra u
operat minn operatur Malti u għal persuni li jaqdu kwalunkwe
funzjonijiet jew dmirijiet fir-rigward ta’ dak l-inġenju tal-ajru,
jekk ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Att jiġu speċifikament inklużi
fit-termini ta’ ftehim fis-seħħ bejn Malta u Stat Kontraenti ieħor
skont l-Artikolu 83 bis tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;
(b) mingħajr preġudizzju għar-Regolament Bażiku u l-
liġi nazzjonali tal-Istat Kontraenti tar-reġistru tal-inġenju tal-
ajru, dan l-Att ma japplikax għall-inġenju tal-ajru Malti operat
minn operatur barrani jew għal persuni li jaqdu kwalunkwe
funzjonijiet jew dmirijiet fir-rigward ta’ dak l-inġenju tal-ajru,
jekk ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Att jiġu speċifikament esklużi
mit-termini ta’ ftehim fis-seħħ bejn Malta u Stat Kontraenti ieħor
skont l-Artikolu 83 bis tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;
(ċ) jekk ir-responsabbilità stabbilita fl-Artikolu 31 tal-
Konvenzjoni ta’ Chicago għall-ħruġ jew validazzjoni ta’
ċertifikat ta’ ajrunavigabbiltà għal inġenju tal-ajru Malti tiġi
trasferita lil Stat Kontraenti ieħor skont l-Artikolu 83 bis tal-
Konvenzjoni ta’ Chicago, iċ-ċertifikat ta’ ajrunavigabbiltà għal
dak l-inġenju tal-ajru għandu jieqaf milli jkollu effett malli jidħol
fis-seħħ it-trasferiment;
(d) is-sid reġistrat tal-inġenju tal-ajru għandu jċedi ċ-
ċertifikat ta’ ajrunavigabbiltà lid-Direttur Ġenerali, meta jkun
notifikat mid-Direttur Ġenerali li ftehim skont l-Artikolu 83 bis
tal-Konvenzjoni ta’ Chicago ġie konkluż, fi żmien sebat (7) ijiem
wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim;
(e) mat-terminazzjoni ta’ trasferiment lil Stat Kontraenti
ieħor skont l-Artikolu 83 bis tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, tar-
responsabilità għall-ħruġ jew validazzjoni ta’ ċertifikat ta’
ajrunavigabbiltà għal inġenju tal-ajru Malti kif stabbilit fl-
Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, id-Direttur Ġenerali
għandu jerġa’ joħroġ iċ-ċertifikat ta’ ajrunavigabbiltà jekk is-sid
reġistrat tal-inġenju tal-ajru jikkonforma mar-rekwiżiti dwar
ajrunavigabbiltà ta’ dan l-Att;
(f) jekk ftehim għal kiri, charter jew interskambju ta’
inġenju tal-ajru jew ta’ kwalunkwe arranġament simili, li hu
soġġett għal ftehim skont l-Artikolu 83 bis tal-Konvenzjoni ta’
Chicago, jiġi terminat f’data qabel id-data tal-iskadenza indikata
fil-ftehim jew arranġament, l-operatur Malti ta’ inġenju tal-ajru
reġistrat barra, u s-sid reġistrat ta’ dak l-inġenju tal-ajru jekk
reġistrat Malta, għandhom jinfurmaw lid-Direttur Ġenerali bil-
miktub tad-data attwali tat-terminazzjoni fi żmien sebat (7) ijiem
mill-jum li fiha ssir it-terminazzjoni.
Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tal-artikolu 5, id- Setgħa li
Direttorat għandu jkollu s-setgħa li jirregola kull kwistjoni relatata jirregola
kwistjonijiet
mal-operazzjonijiet tal-ajru inkluż, iżda mhux limitata
konnessi mal-
operazzjonijiet
tal-ajru.
(a)
għat-toqol u t-tagħbija ta’ inġenji tal-ajru;
(b) għall-osservanza ta’ valuri operattivi minimi ta’
ajrudrom;
(ċ)
għal kwalunkwe devjazzjonijiet minn rotot ippjanati;
(d)
għall-użu xieraq ta’ sistemi navigazzjonali f’inġenji
tal-ajru;
(e) għas-separazzjoni vertikali tat-traffiku tal-ajru u l-
osservanza ta’ livelli tat-titjir minn ċertu kategoriji ta’ inġenji
tal-ajru;
(f)
għall-użu ta’ sistema kontra l-kolliżjoni bejn inġenji
fl-ajru;
(g) għat-tagħbija, il-ħatt u l-ġarr ta’ merkanzija u oġġetti
perikolużi;
(h)
għat-tagħbija, il-ħatt u l-ġarr ta’ munizzjonijiet tal-
gwerra;
(i)
għall-użu ta’ sistemi tal-irrekordjar tat-titjira mill-
ekwipaġġ tal-ajru;
(j) għal inżul ta’ persuni, oġġetti u annimali minn fuq
inġenji tal-ajru li qed itiru;
(k) għat-titjir ta’ kwalunkwe inġenji tal-ajru minn fuq
żona kkonġestjonata;
(l)
għat-turija ta’ marki ta’ sikurezza fuq inġenji tal-ajru;
(m) għal kwalunkwe kwistjoni oħra li tirrelata mal-
operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru li d-Direttorat jista’ jqis xieraq li
jirregola.
(1) Inġenju tal-ajru tat-trasport pubbliku reġistrat f’pajjiż
Speċifikazzjonijiet
apparti Malta ma għandux juża ajrudrom f’Malta bħala ajrudrom tad-
destinazzjoni jew ajrudrom tad-destinazzjoni alternattiv kemm-il darba
l-operatur tiegħu jkun ipprovda lid-Direttur Ġenerali dawk id-dettalji li
huwa jeħtieġ, minn żmien għal żmien, relatati mal-valuri operattivi
minimi ta’ ajrudrom kif speċifikati mill-operatur fir-rigward ta’
ajrudromi f’Malta, u dan bil-għan li jillimita l-użu tagħhom minn
inġenji tal-ajru għall-qtugħ mill-art u l-inżul tagħhom, li tinkludi
kwalunkwe struzzjonijiet mogħtija mill-operatur fir-rigward ta’ dawk
il-valuri operattivi minimi ta’ ajudrom.
(2) L-inġenju tal-ajru ma għandux juża kwalunkwe ajrudrom
f’Malta bħala ajrudrom ta’ destinazzjoni jew ajrudrom alternattiv
kemm-il darba l-operatur tiegħu ma jkunx għamel l-emendi jew ż-
żidiet fil-valuri operattivi minimi ta’ ajrudrom hekk speċifikati u
kwalunkwe struzzjonijiet hekk mogħtija mid-Direttur Ġenerali jistgħu
jeħtieġu għall-finijiet ta’ sikurezza tal-inġenju tal-ajru, jew tas-
sikurezza, tal-effiċjenza jew tar-regolarità tan-navigazzjoni fl-ajru.
(3) L-inġenju tal-ajru ma għandux jaqta’ minn jew jinżel fuq
ajrudrom f’Malta bi ksur tal-istruzzjonijiet tad-Direttur Ġenerali jew
tal-valuri operattivi minimi ta’ ajrudrom speċifikati mill-operatur in
konnessjoni ma’ dak l-ajrudrom, hekk kif emendati jew supplimentati
skont is-subartikoli ta’ hawn fuq.
TAQSIMA VI
Kondotta Ħażina tal-Ekwipaġġ u tal-Passiġġieri
(1) L-ebda persuna ma għandha tidħol fi kwalunkwe
inġenju tal-ajru jekk hija fis-sakra, jew tkun fis-sakra fi kwalunkwe
inġenju tal-ajru.
(2) Persuna ma għandhiex, meta taġixxi bħala membru tal-
ekwipaġġ ta’ kwalunkwe inġenju tal-ajru, jew meta qiegħda tinġarr
f’inġenju tal-ajru bil-għan li hija hekk taġixxi, tkun taħt l-influwenza
tax-xorb jew tad-droga jew ta’ kwalunkwe sustanza psikoattiva.
(3) Minkejja kwalunkwe liġi oħra dwar it-teħid ta’ kampjuni, id-
Direttur Ġenerali jista’ jaħtar kwalunkwe numru ta’ uffiċjali li
għandhom ikunu mħarrġa u kwalifikati sabiex jidħlu fi kwalunkwe
inġenju tal-ajru jew fi kwalunkwe post ta’ akkomodazzjoni riżervat
għall-ekwipaġġ tal-ajru u l-ekwipaġġ ta’ inġenju tal-ajru bil-għan li
jittieħdu l-kampjuni u jitwettqu tali testijiet neċessarji sabiex jiġi
stabbilit jekk dak l-ekwipaġġ tal-ajru jew l-ekwipaġġ huwiex taħt l-
influwenza ta’ kwalunkwe xorb, droga jew sustanza psikoattiva.
(4) Id-Direttorat għandu jippubblika strumenti regolatorji li
jipprovdu sabiex
(a) jiġu stabbiliti dawk il-proċeduri li għandhom jiġu
adottati fit-twettiq tat-testijiet;
(b) jiġi stabbilit ix-xorta ta’ strument li għandu jintuża
għat-teħid ta’ tali testijiet;
(ċ) tiġi stabbilita l-proċedura għat-teħid ta’ kampjuni ta’
fluwidi tal-ġisem inkluż id-demm;
(d) jiġi stabbilit il-laboratorju għat-teħid ta’ kampjuni ta’
fluwidi tal-ġisem inkluż id-demm.
(5) It-testijiet għandhom jitwettqu skont Regolamenti tal-Unjoni
Ewropea jew inkella skont il-proċeduri stabbiliti fi strument
regolatorju.
(6) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tas-subartikoli (1) u
(2), wara test tax-xorb, droga jew sustanzi psikoattivi inizjali li
jirriżulta pożittiv, kif meħud minn uffiċjal maħtur mid-Direttur
Ġenerali, tali riżultat għandu immedjatament jiġi notifikat lill-Pulizija
Eżekuttiva. Wara tali notifikazzjoni, uffiċjali tal-Pulizija Eżekuttiva
jistgħu jamministraw testijiet indipendenti tagħhom bl-għan li
jistabbilixxu jekk kienx hemm ksur ta’ dan l-Att jew ta’
dispożizzjonijiet oħra tal-Liġijiet ta’ Malta.
(7) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tas-subartikoli (1) u
(2), u soġġett għal kwalunkwe varjazzjoni fil-livelli indikati f’dan jew
kwalunkwe artikolu sussegwenti kif jista’ jkun rifless fi kwalunkwe
strument regolatorju addottat, il-konċentrazzjoni ta’ xorb fin-nifs
imkejla minn breath alcohol analyser (BrAC) waqt it-test tax-xorb
inizjali mwettaq minn kwalunkwe uffiċjal maħtur mid-Direttur
Ġenerali ma għandhiex teċċedi livell ekwivalenti għal 0.2 grammi ta’
konċentrazzjoni ta’ xorb fid-demm (BAC) għal kull litru ta’ demm.
(8) Waqt test tax-xorb konfermatorju, il-konċentrazzjoni ta’ xorb
fin-nifs ma għandhiex teċċedi livell ekwivalenti għal 0.2 grammi ta’
konċentrazzjoni ta’ xorb fid-demm għal kull litru ta’ demm.
(9) Membri tal-ekwipaġġ tal-ajru u tal-ekwipaġġ għandhom
jitqiesu li jkunu taw kampjun ta’ demm biss jekk jagħtu l-kunsens
tagħhom li dak il-kampjun jittieħed minn tabib u li dan hekk jittieħed
f’dik il-kwantità u ta’ dik il-kwalità li tkun tista’ tiġi analizzata kif
imiss għall-għanijiet tas-subartikolu (3).
(10) Membri tal-ekwipaġġ tal-ajru u tal-ekwipaġġ jitqiesu li jkunu
taw kampjun ta’ awrina jew nifs biss jekk dak il-kampjun jingħata
b’dak il-mod u f’dik il-kwantità u ta’ dik il-kwalità li tkun tista’ tiġi
analizzata kif imiss għall-finijiet tas-subartikolu (3) jew għall-finijiet
ta’ strumenti regolatorji.
(11) (a) Kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tal-ajru jew
ekwipaġġ li ma jgħaddix mit-testijiet rilevanti stabbiliti taħt is-
subartikolu (3) għandu jitneħħa mill-ħidma.
(b) Kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tal-ajru jew tal-
ekwipaġġ li jirrifjuta li joqghod għat-testijiet rilevanti taħt is-
subartikolu (3) għandu jiġi kkunsidrat li ma għaddiex mit-
testijiet jekk dan jirrifjuta t-testijiet mingħajr kwalunkwe raġuni
valida.
(12) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-artikolu 95,
speċifikament fir-rigward tal-imġiba tal-passiġġieri u kwalunkwe
responsabbiltà tagħhom, kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tal-ajru
jew tal-ekwipaġġ li jinstab taħt l-influwenza tax-xorb, tad-droga jew
ta’ sustanza psikoattiva waqt li qed jaqdi dmirijietu għandu jkun ħati
ta’ reat li jġib miegħu l-piena sa sentejn (2) priġunerja jew multa li ma
taqbiżx ħamsin elf euro (€50,000).
(13) Kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tal-ajru jew tal-ekwipaġġ li
jinstab taħt l-influwenza tax-xorb, tad-droga jew ta’ sustanza
psikoattiva waqt li qiegħed jaqdi dmirijietu għandu jkollu l-liċenzja
sospiża mid-Direttur Ġenerali, għal dak il-perjodu li d-Direttur
Ġenerali jista’ jqis xieraq jew, f’każ ta’ persuni b’liċenzja barranija,
għandu jiġi rrappurtat mid-Direttorat lill-awtorità kompetenti minn
fejn inħarġet il-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku tad-detentur tal-liċenzja
kif ukoll l-awtorità kompetenti tal-operatur.
(14) Kwalunkwe testijiet mwettqa taħt is-subartikolu (3)
għandhom isiru għall-għanijiet ta’ osservanza tal-obbligi ta’ Malta taħt
konvenzjonijiet tal-avjazzjoni ċivili ratifikati inkluż il-Konvenzjoni ta’
Chicago.
Kwalunkwe persuna li bi traksuraġni jew negliġenza taġixxi
b’mod tali li tista’ tipperikola inġenju tal-ajru jew kwalunkwe persuna
abbord dak l-inġenju hija ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Kwalunkwe persuna li bi traskuraġni jew negliġenza ġġiegħel Imġiba bi
jew tħalli inġenju tal-ajru jipperikola persuni jew proprjetà għandha traskuraġni
negliġenza li
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
tikkawża
periklu.
Waqt li tkun abbord inġenju tal-ajru l-ebda persuna ma Imġiba ta’
theddid u
għandha
abbużiva.
(a) tuża kwalunkwe kliem ta’ theddid, abbużiv jew
inġurjuż lejn membru tal-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru;
(b) iġġib ruħha b’mod intimidanti, abbużiv, inġurjuż jew
diżordinat lejn membru tal-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru; jew
(ċ) intenzjonalment tinterferixxi fil-qadi tad-dmirijiet ta’
membru tal-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru.
It-tipjip kollu għandu jkun ipprojbit fuq inġenju tal-ajru Tipjip huwa
reġistrat f’Malta u avviżi dwar dan għandhom ikunu viżibbli minn kull pprojbit.
siġġu ta’ passiġġier.
(1) Kull persuna abbord inġenju tal-ajru reġistrat f’Malta Ordnijiet tal-
għandha tobdi l-ordnijiet legittimi kollha tal-kmandant tal-inġenju tal- kmandant
għandhom jiġu
ajru li huwa jista’ jagħti bil-għan li jassigura s-sikurezza tal-inġenju obduti.
tal-ajru, tal-persuni jew il-proprjetà abbord l-inġenju, jew is-sikurezza,
l-effiċjenza jew ir-regolarità tan-navigazzjoni fl-ajru.
(2) Il-kmandant ta’ inġenju tal-ajru reġistrat f’Malta jista’ jneħħi
kwalunkwe persuna, flimkien ma’ kwalunkwe merkanzija, minn ġol-
inġenju tal-ajru fejn il-preżenza tagħhom jew il-kondotta rispettiva
tagħhom jmorru kontra l-ordnijiet leġittimi tiegħu jew kwalunkwe
dispiżizzjoni ta’ dan l-Att.
Persuna ma għandhiex tinħeba bil-għan li tinġarr fuq inġenju Kunsens
tal-ajru mingħajr il-kunsens tal-operatur jew tal-kmandant tiegħu jew meħtieġ
ġarr.
ta’ kwalunkwe persuna oħra li għandha s-setgħa li tagħti l-kunsens
tagħha lil dik il-persuna sabiex tinġarr fuq l-inġenju tal-ajru.
TAQSIMA VII
Għeja tal-Ekwipaġġ
(1) Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/ Applikazzjoni
2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri ta’
Taqsima.
amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-
Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,
hawn iżjed ’il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament tal-Operazzjonijiet bl-
Ajru", din it-Taqsima għandha tapplika għal dawk l-operazzjonijiet
elenkati fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament u speċifikati fis-
subartikolu (2) hawn taħt.
(2) Il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-
Operazzjonijiet bl-Ajru jidderogaw mill-applikazzjoni tas-Subparti
FTL tal-Anness III ta’ tali Regolament, u dik is-Subparti mhux
applikabbli għal
(a)
operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza;
(b) l-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bi
bdot wieħed b’ajruplani kumplessi mħaddmin b’magna;
(ċ) operazzjonijiet speċjalizzati kummerċjali u, mhux
kummerċjali bi bdot wieħed b’ajruplani kumplessi mħaddmin
b’magna;
(d) operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali
bl-ajru
b’ħelikopters (bi bdot wieħed jew b’bosta bdoti)
(e) operazzjonijiet speċjalizzati kummerċjali u, mhux
kummerċjali b’ħelikopters (bi bdot wieħed jew b’bosta bdoti).
(3) Id-Direttorat għandu joħroġ dawk l-istrumenti regolatorji
neċessarji sabiex jirregola l-limitazzjonijiet tal-ħinijiet tat-titjir u
kwistjonijiet relatati mal-għeja tal-ekwipaġġ fir-rigward tal-
operazzjonijiet indikati fis-subartikolu (2) hawn fuq
Iżda fir-rigward ta’ skejjel tat-titjir u inġenji tal-ajru mhux
EASA, id-Direttorat jista’ jaddotta dawk l-istrumenti regolatorji kollha
neċessarji sabiex jassigura s-sikurezza tat-titjir u tan-navigazzjoni, is-
sikurezza tal-ajrudromi, u s-sikurezza ġenerali tal-ispazju tal-ajru
Malti.
(4) Din it-Taqsima ma għandhiex tippreġudika l-applikazzjoni ta’
kwalunkwe strument rilevanti tal-Unjoni Ewropea fil-qasam ta’
operazzjonijiet tal-ajru, u kwalunkwe referenza li ssir għad-
dispożizzjonijiet ta’ dawk l-istrumenti għandha tiġi kkunsidrata bħala
referenza għal dawk id-dispożizzjonijiet, kif emendati minn żmien
għal żmien.
TAQSIMA VIII
Dokumenti u Rekords
(1) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att, id-Direttorat għandu joħroġ dawk l-istrumenti
regolatorji kollha neċessarji taħt dan l-Att sabiex jiddetermina l-mod
kif dokumenti u rekords għandhom jinżammu u jiġu maħżuna, kif
ukoll biex jirregola l-użu u ż-żamma ta’ sistemi tal-irrekordjar tat-
titjira.
(2) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, "persuna awtorizzata" tfisser
uffiċjal jew persuna oħra maħtura mid-Direttorat sabiex taqdi
funzjonijiet f’ismu.
(1) Flimkien ma’ kwalunkwe ġurnal ta’ abbord ieħor li jrid Rekords dwar l-
jinżamm skont jew taħt dan l-Att, rekords dwar l-ajrunavigabbiltà ajrunavigabbiltà
kontinwa.
kontinwa ta’ inġenju tal-ajru għandhom jinżammu għal inġenju tal-ajru
mhux EASA reġistrat Malta, li jinkludu
(a)
ġurnal ta’ abbord tal-inġenju tal-ajru;
(b) ġurnal ta’ abbord tal-magna separat, jew kards ta’
ġurnal tal-modulu tal-muturi separat, għal kull mutur installat fl-
inġenju tal-ajru;
(ċ) ġurnal ta’ abbord tal-iskrun separat għal kull skrun
b’intensità varjabbli installat fuq l-inġenju tal-ajru; u
(d) kards ta’ ġurnal għal kwalunkwe komponent li
għandu ħajja ta’ servizz limitata, kif xieraq.
(2) Ir-rekords dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa
għandhom
jinkludu l-informazzjoni speċifikata fl-Iskeda 2.
(3)
Kull entrata fir-rekords dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa
(a)
għandha ssir
(i) f’każ ta’ ċertifikat ta’ rilaxx għas-servizz, malli
jkun prattikabbli, iżda fl-ebda każ aktar minn tletin (30)
jum wara d-data li fiha tlestiet il-manutenzjoni;
(ii) fil-każijiet l-oħra kollha, malli jkun prattikabbli
wara l-okkorrenza rilevanti, iżda fl-ebda każ aktar minn
sebat (7) ijiem wara l-iskadenza taċ-ċertifikat nazzjonali
tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li huwa fis-seħħ għal dak
l-inġenju tal-ajru fil-ħin tal-okkorrenza;
(b) għandha ssir f’kull okkażjoni fejn titwettaq
kwalunkwe
reviżjoni,
tiswija,
tibdil,
modifikazzjoni,
manutenzjoni jew spezzjoni fuq il-magna jew l-iskrun;
(ċ)
għandha tkun ċara u preċiża; u
(d) fejn huwa neċessarju li tiġi kkoreġuta entrata li tkun
saret qabel fir-rekords dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-
inġenju tal-ajru, għandhom isiru b’tali mod li turi b’mod ċar l-
entrata oriġinali.
(4) Kwalunkwe dokument li huwa inkorporat permezz ta’
referenza għalih fir-rekords dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa huwa
meqjus, għall-finijiet ta’ dan l-Att, bħala parti mir-rekords dwar l-
ajrunavigabbiltà kontinwa.
(5) Huwa d-dmir tal-operatur ta’ kull inġenju tal-ajru li għalih
rekords dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa huma meħtieġa li jinżammu
sabiex
(a)
iżommhom jew jara li jinżammu skont dan l-artikolu;
u
(b)
jippreżentahom lid-Direttorat fuq talba magħmula
lilu.
(6) Rekords dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa għandhom jiġu
preżervati mill-operatur tal-inġenju tal-ajru skont il-partita 4 tal-Iskeda
1. (7)
L-operatur għandu jiżgura li
(a) meta inġenju tal-ajru huwa trasferit b’mod
permanenti minn operatur wieħed għal operatur ieħor, ir-rekords
dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa u, jekk applikabli, il-ġurnal
tekniku tal-operatur jiġu trasferiti wkoll;
(b)
fejn il-kompiti tal-immaniġġar tal-ajrunavigabbiltà
kontinwa jiġu delegati b’kuntratt lil xi organizzazzjoni tal-
immaniġġar tal-ajrunavigabbiltà kontinwa, ir-rekords dwar l-
ajrunavigabbiltà kontinwa għandhom jiġu trasferiti lil dik l-
organizzazzjoni.
(8) Fejn it-trasferiment tar-rekords dwar l-ajrunavigabbiltà
kontinwa u, jekk applikabbli, tal-ġurnal tekniku tal-operatur iseħħ
skont is-subartikolu (7), iż-żmien għaż-żamma tar-rekords fil-partita 4
tal-Iskeda 1 għandu japplika għal dak l-operatur ġdid jew għall-
organizzazzjoni tal-immaniġġar tal-ajrunavigabbiltà kontinwa.
(1) Dan l-artikolu japplika għal kull inġenju tal-ajru mhux
EASA reġistrat f ’Malta li għalih hemm fis-seħħ ċertifikat tal-
ajrunavigabbiltà u li huwa operazzjoni ta’ trasport kummerċjali bl-ajru
jew inġenju tal-ajru tat-trasport pubbilku.
(2) Soġġett għas-subartikolu (3), ġurnal tekniku tal-inġenju tal-
ajru li jkun fih l-informazzjoni fil-partita 5 tal-Iskeda 1 għandu
jinżamm għal kull inġenju tal-ajru li għalih japplika dan l-artikolu.
(3)
F’każ ta’ inġenju tal-ajru li għandu toqol totali massimu
awtorizzat ta’ elfejn seba’ mija u tletin kilogramma (2,730kg) jew
inqas u li ma huwiex operat taħt ċertifikat ta’ operatur tal-ajru
nazzjonali, rekord approvat mid-Direttorat, f’dan l-artikolu msejjaħ
"rekord approvat", jista’ jinżamm minflok ġurnal tekniku tal-inġenju
tal-arju.
(4) Soġġett għas-subartikolu (5), fit-tmiem ta’ kull titjira il-bdot
fil-kmand għandu jniżżel fil-ġurnal tekniku tal-inġenju tal-ajru jew fir-
rekord approvat
(a)
il-ħinijiet tal-qtugħ mill-art u l-inżul tal-inġenju tal-
ajru;
(b) informazzjoni dwar kwalunkwe difett li huwa
magħruf mill-bdot fil-kmand u li jaffettwa l-ajrunavigabbiltà jew
l-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru jew, jekk l-ebda difett
bħal dan huwa magħruf mill-bdot fil-kmand, huwa għandu jikteb
entrata dwar dan; u
(ċ) kull informazzjoni oħra dwar l-ajrunavigabbiltà jew
l-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru li d-Direttorat jista’ jeħtieġ, u
għandu jiffirma u jniżżel id-data tal-entrata.
(5) Soġġett għas-subartikolu (6), jekk hemm żewġ (2) titjiriet jew
iktar konsekuttivament, u kull wieħed minnhom jibda u jintemm
(a)
fl-istess perjodu ta’ erbgħa u għoxrin (24) siegħa;
(b) fl-istess ajrudrom, ħlief fejn tali titjira hija magħmula
sabiex jitniżżel jew jiġi pproġettat kwalunkwe materjal għall-
agrikoltura, għas-saħħa pubblika jew għal skopijiet simili; u
(ċ)
bl-istess persuna bħala bdot fil-kmand tal-inġenju tal-
ajru,
il-bdot fil-kmand jista’ jagħmel dawk l-entrati speċifikati fis-
subartikolu (4) fit-tmiem tal-aħħar titjira konsekuttiva.
(6) Is-subartikolu (5) ma japplikax jekk il-kmandant isir jaf
b’difett waqt titjira li saret preċedentement.
(7) Meta kwalunkwe difett li ġie mniżżel fil-ġurnal tekniku jew
fir-rekord approvat jiġi rettifikat, il-persuna li toħroġ iċ-ċertifikat ta’
rilaxx għas-servizz maħruġ skont dan l-Att jew fir-rigward ta’ dak id-
difett għandha ddaħħal iċ-ċertifikat fil-ġurnal tekniku jew rekord
approvat b’tali mod li jistgħu jiġu identifikati faċilment kemm iċ-
ċertifikat u kemm id-difett li għalih jirrelata.
(8) Soġġett għas-subartikolu (9) u għall-Iskeda 2, il-ġurnal
tekniku tal-inġenju tal-ajru jew ir-rekord approvat
(a)
għandu jinġarr fl-inġenju tal-ajru; u
(b) kopja tal-entrati meħtieġa minn dan l-artikolu
għandhom jinżammu l-art.
(9) F’każ ta’ inġenju tal-ajru b’massa massima għall-qtugħ mill-
art ta’ mhux iżjed minn elfejn seba’ mija u tletin kilogramma
(2,730kg) u li m’huwiex inġenju tal-ajru għat-trasport kummerċjali bl-
ajru jew inġenju tal-ajru tat-trasport pubbliku, jekk m’huwiex
raġonevolment prattikabbli li l-kopja tal-ġurnal tekniku tal-inġenju tal-
ajru jew tar-rekord approvat jinżamm l-art, il-kopja tista’ tinġarr
abbord l-inġenju tal-ajru.
(10) Ġurnal tekniku tal-inġenju tal-ajru jew rekord approvat
meħtieġ minn dan l-artikolu għandu jiġi preżervat mill-operatur tal-
inġenju tal-ajru li għalih id-dokument jirrelata għal mill-inqas sentejn
(2) wara li l-inġenju tal-ajru ġie meqrud jew permanentement irtirat
mill-użu, jew għal tali perjodu iqsar li d-Direttorat jista’ jippermetti
f’każ partikolari.
(1)
Ġurnal ta’ abbord tat-titjir personali għandu jinżamm
minn
(a) kull membru tal-ekwipaġġ tal-ajru ta’ inġenju tal-ajru
reġistrat f’Malta; u
(b)
kull persuna li ttir bil-għan li tikkwalifika għall-
(i)
ħruġ ta’ liċenzja tal-ekwipaġġ tal-ajru taħt dan
l-Att;
(ii) ħruġ ta’ liċenzja tal-ekwipaġġ tal-ajru maħruġa
mid-Direttorat taħt il-Parti-FCL;
(iii) ħruġ,
tiġdid
jew
rivalidazzjoni
ta’
klassifikazzjoni jew ċertifikat skont dan l-Att; jew
(iv) ħruġ, tiġdid jew rivalidazzjoni ta’ ċertifikat taħt
il-Parti-FCL.
(2) L-informazzjoni li trid tiġi mniżżla fil-ġurnal ta’ abbord tat-
titjir personali għandha tkun
(a)
l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-ġurnal;
(b) informazzjoni dettaljata dwar il-liċenzja tad-detentur,
jekk applikabbli, sabiex jaġixxi bħala membru tal-ekwipaġġ ta’
inġenju tal-ajru; u
(ċ) l-isem u l-indirizz tal-prinċipal tad-detentur, jekk
applikabbli.
(3) Informazzjoni dettaljata dwar kull titjira li d-detentur tal-
ġurnal aġixxa jew
(a)
bħala membru tal-ekwipaġġ tal-ajru tal-inġenju tal-
ajru; jew
(b) għall-finijiet sabiex jikkwalifika għall-għotja, tiġdid
jew rivalidazzjoni ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat
skont dan l-Att jew skont il-Parti-FCL,
għandha tiġi mniżżla fil-ġurnal malli jkun raġonevolment
prattikabbli wara t-tmiem ta’ kull titjira.
(4) L-informazzjoni mniżżla skont is-subartikolu (3) għandha
(a) id-data, il-postijiet fejn id-detentur tal-ġurnal tela’ u
niżel mill-inġenju tal-ajru u l-ħin imqatta’ fuq l-inġenju tal-ajru
tul il-kors tat-titjira fejn id-detentur aġixxa fi kwalunkwe
kapaċità;
(b)
it-tip u l-marki tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
(ċ)
il-kapaċità li fiha aġixxa d-detentur waqt it-titjira;
(d) informazzjoni dwar kwalunkwe kondizzjonijiet
speċjali li taħthom twettqet it-titjira, inkluż titjir bil-lejl u titjir
bl-istrumenti; u
(e) informazzjoni dwar kwalunkwe test jew eżami
mwettaq mid-detentur tal-ġurnal waqt li kien qiegħed itir.
(5) Informazzjoni dwar kwalunkwe test jew eżami mwettaq ġo
simulatur tat-titjir għandha tiġi mniżżla fil-ġurnal, inklużi
(a)
id-data tat-test jew eżami;
(b)
it-tip ta’ simulatur;
(ċ)
il-kapaċità li fiha aġixxa d-detentur; u
(d)
in-natura tat-test jew eżami.
(6) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, ħelikopter huwa meqjus li qed
itir mill-mument li x-xfafar rotor tiegħu jibdew jiċċirkulaw sal-
mument meta l-ħelikopter jieqaf jiċċaqlaq u x-xfafar rotor jiġu
mwaqqfa.
(1) Inġenju tal-ajru ma għandux itir sakemm ma jġorrx id-
dokumenti li huwa meħtieġ li jġorr skont il-liġi tal-pajjiż fejn huwa
reġistrat.
(2) Soġġett għas-subartikoli (3) u (4), inġenju tal-ajru reġistrat
f’Malta għandu, waqt li qed itir, iġorr dokumenti skont l-Iskeda 2.
(3) Is-subartikolu (2) ma għandux japplika għal inġenju tal-ajru
tal-Parti-CAT li jtir għal skopijiet ta’ servizz tal-ajru.
(4) Jekk titjira hija intiża li tibda u tispiċċa fl-istess ajrudrom u
ma tinkludix il-passaġġ fuq it-territorju ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor
għajr Malta, id-dokumenti jistgħu jinżammu f’dak l-ajrudrom minflok
abbord l-inġenju tal-ajru.
(1) Impriża għandha żżomm rekord għall-perjodu u fil-
manjiera preskritta mid-Direttorat dwar l-esponiment għar-radjazzjoni
kosmika tal-ekwipaġġ tal-ajru u l-ismijiet tal-membri ta’ dak l-
ekwipaġġ ikkonċernat.
(2) Impriża għandha, fi żmien raġonevoli wara li tiġi mitluba li
tagħmel dan minn persuna awtorizzata, tassigura li dak ir-rekord li jrid
jinżamm skont is-subartikolu (1) jiġi preżentat lil dik il-persuna.
(3) Impriża għandha, fi żmien raġonevoli wara li tiġi mitluba
tagħmel dan minn persuna li dwarha jeħtieġ li jinżamm rekord skont
is-subartikolu (1), tagħti kopja ta’ dak ir-rekord lil dik il-persuna.
(1) Fuq titjira fejn rekorder tad-dejta tat-titjira, rekorder tal-
vuċi fil-kabina tal-pilota jew rekorder tal-vuċi fil-kabina tal-pilota
flimkien ma’ rekorder tad-dejta tat-titjira huma meħtieġa skont id-
dispożizzjonijiet maħruġa mid-Direttur Ġenerali taħt l-artikoli 23 u
36(4) li jinġarru abbord ajruplan, ir-rekorder għandu dejjem jintuża
mill-bidu tal-ġirja għall-qtugħ mill-art sat-tmiem tal-ġirja tal-inżul.
(2) Fuq kwalnukwe titjira fejn rekorder tad-dejta tat-titjira,
rekorder tal-vuċi fil-kabina tal-pilota jew rekorder tal-vuċi fil-kabina
tal-pilota flimkien ma’ rekorder tad-dejta tat-titjira huma meħtieġa
skont id-dispożizzjonijiet maħruġa mid-Direttur Ġenerali taħt l-artikoli
23 u 36(4) li jinġarru abbord ħelikopter, ir-rekorder għandu dejjem
jintuża mill-mument li x-xfafar rotor jibdew jiċċirkulaw bil-għan li jsir
il-qtugħ mill-art sal-mument fejn ix-xfafar rotor jiġu mwaqqfa.
(1)
Soġġett għall-artikolu 59, l-operatur ta’ ajruplan għandu Żamma ta’
recordings mill-
f’kull ħin
operatur ta’
ajruplan.
(a) jippreżerva l-aħħar ħamsa u għoxrin (25) siegħa ta’
recording magħmul minn kwalunkwe rekorder tad-dejta tat-
titjira li għandu minn jew skont dan l-Att jinġarr abbord ajruplan;
u
(b) jippreżerva rekord ta’ mill-inqas titjira waħda
rappreżentattiva li twettqet fl-aħħar tnax (12)-il xahar.
(2) It-titjira rappreżentattiva msemmija fis-subartikolu (1)(b)
għandha tinkludi qtugħ mill-art, tlugħ, vjaġġ b’veloċità ta’ kruċiera,
inżul, avviċinament tal-inżul u inżul finali.
(3) Ir-rekord meħtieġ mis-subartikolu (1)(b) għandu jinkludi
mezz sabiex tiġi identifikata t-titjira li għalih jirreferi.
(4) L-operatur ta’ ajruplan għandu jippreżerva dawk ir-rekords
meħtieġa minn dan l-artikolu għal dak iż-żmien li jista’ jordna d-
Direttorat.
(1) Dan l-artikolu japplika għal ħelikopter meħtieġ li jġorr Ħelikopters u
rekorders tad-
rekorder tad-dejta tat-titjira kif speċifikat fl-artikolu 63.
dejta tat-titjira.
(2) Soġġett għall-artikolu 59, l-operatur ta’ tali ħelikopter għandu
f’kull ħin jippreżerva l-aħħar tmien (8) sigħat ta’ recording magħmul
mir-rekorder tad-dejta tat-titjira.
(1) Dan l-artikolu japplika għal kwalunkwe ħelikopter Ħelikopter u
meħtieġ li jġorr rekorder tal-vuċi fil-kabina tal-pilota flimkien ma’ rekorder
fil-kabina tal-
rekorder tad-dejta tat-titjira speċifikat taħt id-dispożizzjonijiet pilota
ma’ rekorder
maħruġa mid-Direttur Ġenerali skont l-artikoli 23 u 36(4).
tad-dejta tat-
titjira.
(2) Soġġett għall-artikolu 59, l-operatur ta’ ħelikopter għandu
f’kull ħin jippreżerva l-aħħar tmien (8) sigħat ta’ recording magħmul
mir-rekorder tal-vuċi fil-kabina tal-pilota flimkien mar-rekorder tad-
dejta tat-titjira jew l-irrekordjar speċifikat fis-subartikolu (3).
(3)
Ir-recording imsemmi fis-subartikolu (2) għandu jkun
(a) tal-aħħar ħames (5) sigħat ta’ recording jew it-tul tal-
aħħar titjira, skont liema huwa l-itwal; u
(b) tal-perjodu addizzjonali ta’ recording skont is-
subartikolu (4) u li flimkien mal-perjodu preżervat skont il-
paragrafu (a) jammonta għal tmien (8) sigħat.
(4) Il-perjodu addizzjonali ta’ recording imsemmi fis-subartikolu
(3) għandu jkun
(a) il-perjodu immedjatament qabel il-perjodu preżervat
taħt is-subartikolu 3(a); jew
(b) tali perjodu li d-Direttorat jista’ jippermetti fi
kwalunkwe każ jew klassi ta’ każijiet jew ġeneralment.
(5) Ir-recording addizzjonali speċifikat fis-subartikolu (4) għandu
jinżamm skont l-arranġamenti approvati mid-Direttur Ġenerali.
(1) Il-kmandant ta’ inġenju tal-ajru għandu, fi żmien
raġonevoli wara li jkun mitlub li jagħmel hekk minn persuna
awtorizzata, jara li jiġi ppreżentat lil dik il-persuna
(a) iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u ta’ ajrunavigabbiltà li
huma fis-seħħ għal dak l-inġenju tal-ajru;
(b)
il-liċenzji tal-ekwipaġġ tal-ajru tiegħu; u
(ċ) kwalunkwe dokument ieħor li l-inġenju tal-ajru huwa
meħtieġ li jġorr waqt it-titjira skont l-artikolu 61 jew minn
kwalunkwe Regolamenti tal-Unjoni Ewropea.
(2) L-operatur ta’ inġenju tal-ajru reġistrat f’Malta għandu, fi
żmien raġonevoli wara li jkun mitlub li jagħmel hekk minn persuna
awtorizzata, jara li jiġi ppreżentat lil dik il-persuna kwalunkwe mid-
dokumenti speċifikati fis-subartikolu (3) li ġew mitluba minn dik il-
(3)
Id-dokumenti u r-rekords imsemmija fis-subartikolu (2)
(a) id-dokumenti
msemmija
fl-Iskeda
bħala
Dokumenti A, B u G;
(b) il-ġurnal ta’ abbord tal-inġenju tal-ajru, il-ġurnali ta’
abbord tal-magni u l-ġurnal ta’ abbord tal-iskrun b’intensità
varjabbli li jridu jinżammu skont dan l-Att;
(ċ)
l-iskeda tat-toqol, jekk ikun hemm;
(d) f’każ ta’ inġenju tal-ajru tat-trasport pubbliku jew
inġenju tal-ajru ta’ operazzjoni kummerċjali, id-dokumenti
msemmija fl-Iskeda 2 bħala Dokumenti D, E, F u H;
(e)
ir-rekords tal-ħinijiet tat-titjiriet, il-ħinijiet tal-ħidma
u l-ħinijiet tal-mistrieħ li l-operatur huwa meħtieġ li jippreżerva,
u kull dokument jew informazzjoni oħra fil-pussess jew fil-
kontroll tal-operatur, li l-persuna awtorizzata tista’ titlob għall-
għan sabiex jiġi determinat jekk dawk ir-rekords humiex
kompluti u preċiżi;
(f) kwalunkwe manwal ta’ tħaddim meħtieġ li jkun
disponibbli skont dan l-Att;
(g) ir-rekord magħmul minn kwalunkwe rekorder tad-
dejta tat-titjira meħtieġ li jinġarr skont dan l-Att.
(4) Id-detentur ta’ liċenzja maħruġa jew validitata skont dan l-Att
jew mid-Direttorat taħt ir-regolament tal-EASA applikabbli, jew ta’
ċertifikat mediku maħruġ skont dan l-Att għandu, fi żmien raġonevoli
wara li jkun mitlub li jagħmel hekk minn persuna awtorizzata, jara li
jiġu ppreżentati l-liċenzja, inkluż iċ-ċertifikat ta’ validazzjoni jew iċ-
ċertifikat mediku lil dik il-persuna.
(5) Matul il-perjodu ta’ sentejn (2) li jibda mid-data tal-aħħar
entrata fih, kull persuna meħtieġa li żżomm ġurnal ta’ abbord tat-titjir
personali għandha tara li dak il-ġurnal jiġi ppreżentat lill-persuna
awtorizzata fi żmien raġonevoli wara li tkun mitluba li tagħmel hekk
minn dik il-persuna.
Persuna awtorizzata għandha s-setgħa li tispezzjona u tieħu Setgħa li
kopja ta’ kwalunkwe ċertifikat, liċenzja, ġurnal, dikjarazzjoni, tispezzjona.
dokument jew rekord li l-persuna awtorizzata għandha s-setgħa taħt
dan l-Att, taħt kwalunkwe regolamenti magħmula taħt dan l-Att, jew
taħt kwalunkwe Regolamenti tal-Unjoni Ewropea li teħtieġ li jiġu
prodotti.
(1) Il-persuna li hija meħtieġa b’dan l-Att li tippreżerva Trasmissjoni ta’
kwalunkwe dokument jew rekord għar-raġuni li hija operatur ta’ rekords
operaturi.
inġenju tal-ajru ser tissejjaħ "l-ewwel operatur" għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu.
(2) Soġġett għas-subartikolu (3), jekk l-ewwel operatur jieqaf
milli jkun operatur ta’ inġenju tal-ajru, hu għandu jkompli jippreżerva
d-dokument jew rekord
(a)
għall-perjodu ta’ sitta u tletin (36) xahar; jew
(b)
jekk qabel, sakemm is-subartikolu (4) jiġi rispettat.
(3) Fl-eventwalità tal-mewt tal-ewwel operatur id-dmir ta’
preżervazzjoni ta’ dokument jew rekord jiġi trasmess fuq ir-
rappreżentant personali tal-ewwel operatur.
(4) Jekk persuna oħra ssir l-operatur tal-inġenju tal-ajru, l-ewwel
operatur jew ir-rappreżentant personali tiegħu għandu jagħti lil dik il-
persuna l-oħra, malli jkun mitlub
(a) iċ-ċertifikat
nazzjonali
tar-reviżjoni
tal-
ajrunavigabbiltà u ċ-ċertifikat ta’ rilaxx għas-servizz;
(b)
il-ġurnali ta’ abbord;
(ċ)
l-iskeda tat-toqol; u
(d) kwalunkwe rekord magħmul mir-rekorder tad-dejta
tat-titjira u ppreżervat skont dan l-Att li huma fis-seħħ jew
meħtieġa li jkunu preżervati għal dak l-inġenju tal-ajru.
(5) Jekk magna jew skrun b’intensità varjabbli jitneħħa minn
inġenju tal-ajru u jiġi installat fuq inġenju tal-ajru ieħor operat minn
persuna oħra, l-ewwel operatur tal-inġenju jew ir-rappreżentant
personali tiegħu għandu jagħti lil dik il-persuna l-oħra il-ġurnal ta’
abbord li jikkonċerna dik il-magna jew skrun malli jkun mitlub li
jagħmel dan.
(6) Jekk kwalunkwe persuna li dwarha inżamm rekord mill-
ewwel operatur issir membru tal-ekwipaġġ tal-ajru ta’ inġenju tal-ajru
tat-trasport pubbliku reġistrat f’Malta u operat minn persuna oħra, l-
ewwel operatur jew ir-rappreżentant personali tiegħu għandu jagħti
dawk ir-rekords lil dik il-persuna l-oħra malli jkun mitlub jagħmel dan.
(7) Huwa d-dmir tal-"operatur sussegwenti" msemmi fis-
subartikoli (4), (5) u (6) sabiex jittratta d-dokumenti u rekords
mogħtija lilu taħt dawk is-subartikoli bħallikieku kien l-ewwel
operatur.
Persuna jew entità kwalifikata inkarigata minn jew skont dan
l-Att sabiex twettaq kwalunkwe manutenzjoni jew testijiet, jew li
t o ħ r o ġ x i ċ e r t i f i k a t je w r a k k o m a n d a z z j o n i f i r- r i g w a r d t a l -
ajrunavigabbiltà ta’ inġenju tal-ajru, ma għandhiex xjentement tagħmel
kwalunkwe entrata falza jew ommissjoni materjali fi kwalunkwe
dokument li hija meħtieġa li timla skont dan l-Att. Kwalunkwe persuna
li tikser dan l-artikolu għandha tkun ħatja ta’ reat li jġib miegħu mhux
inqas minn sentejn (2) u mhux iżjed minn erba’(4) snin priġunerija u,
jew multa ta’ mhux inqas minn ħamsin elf euro (€50,000) u mhux iktar
minn mitejn u ħamsin elf euro (€250,000).
TAQSIMA IX
Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru
(1) Id-Direttorat għandu jkun l-awtorità maħtura għall- Ħatra tal-
finijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Awtorità.
2017/373 tal-1 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-
fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-
navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-
traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE)
Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/
2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament
(UE) Nru 677/2011, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-"Regolament
(UE) 2017/373", għall-ħruġ ta’ ċertifikati lill-fornituri tas-servizzi u
għas-sorveljanza u l-infurzar fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi.
(2) Id-Direttorat jista’ jadotta dispożizzjonijiet addizzjonali li
jikkumplimentaw ir-Regolament hawn fuq imsemmi, billi jinnotifika l-
EASA bil-ġustifikazzjoni xierqa għal dawk id-dispożizzjonijiet, mhux
aktar tard minn xahrejn (2) wara li d-dispożizzjonijiet addizzjonali
ġew adottati.
(3)
Id-Direttorat għandu jkun l-awtorità maħtura sabiex
(a) tistabbilixxi żoni ġeografiċi UAS li jiffaċilitaw,
jirrestrinġu jew jeskludu operazzjonijiet UAS sabiex jiġu
indirizzati r-riskji fir-rigward tas-sikurezza, il-privatezza, il-
protezzjoni tad-dejta personali, is-sigurtà jew l-ambjent, li
jirriżultaw minn operazzjonijiet UAS;
(b) tistabbilixxi, tmantni u tagħmel disponibbli sistema
ta’ reġistrazzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi U-Space u fornituri ta’
servizzi ta’ informazzjoni komuni uniċi ċertifikati;
(ċ) tistabbilixxi programm ta’ ċertifikazzjoni u ta’
sorveljanza kontinwa bbażata fuq ir-riskji, li jinkludi il-
monitoraġġ tal-prestazzjoni operazzjonali u finanzjarja ta’, u
proporzjonata mar-riskju assoċjat ma’ servizzi fornuti minn
fornituri ta’ servizzi U-Space u fornituri ta’ servizzi ta’
informazzjoni komuni uniċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilità ta’
sorveljanza tagħha.
(4) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ din it-
Taqsima, id-Direttorat għandu joħroġ dawk l-istrumenti regolatorji li
jistgħu jkunu meħtieġa mill-Att sabiex huwa jirregola l-kontroll tat-
traffiku tal-ajru u jiżgura konformità sħiħa ma’ kwalunkwe mill-
obbligi internazzjonali ta’ Malta f’dan ir-rigward.
(5)
Fejn jitqies neċessarju fl-interess pubbliku li jiġi ristrett jew
ipprojbit it-titjir fuq żona ta’ Malta jew tul xi rotta minħabba raġunijiet
ta’ difiża nazzjonali, sigurtà jew kwalunkwe raġuni oħra li taffettwa l-
interess pubbliku, id-Direttur Ġenerali jista’, permezz ta’ strument
regolatorju jew notifika, wara konsultazzjoni mal-Ministru jew fuq talba
tal-Ministru, jipprojbixxi, jirrestrinġi jew jimponi kondizzjonijiet fuq
titjira, kemm b'mod ġenerali jew b'rabta ma' kwalunkwe klassi ta' inġenji
tal-ajru, fuq kwalunkwe żona jew tul kwalunkwe rotta, u l-inġenju tal-
ajru m'għandux itir bi ksur ta' tali strument regolatorju jew notifika.
(6) Ċertifikazzjoni u approvazzjoni kontinwa ta’ fornituri ta’
servizzi nazzjonali għandhom jaqgħu taħt ir-rekwiżiti tar-Regolament
(UE) 2017/373 kif emendat.
(7) Id-Direttur Ġenerali jista’ jalloka l-kompiti relatati maċ-
ċertifikazzjoni jew mas-sorveljanza ta’ fornituri ta’ servizzi lil entità
kwalifikata maħtura.
(1) Skont l-obbligi internazzjonali ta’ Malta taħt il-
Konvenzjoni ta’ Chicago u l-Annessi tagħha, unità tal-kontroll tat-
traffiku tal-ajru għandha immedjatament f’kull każ tinnotifika l-Forzi
Armati ta’ Malta li inġenju tal-ajru huwa kkunsidrat li qiegħed fi stat
ta’ emerġenza skont il-fażijiet li ġejjin
(a)
il-fażi ta’ inċertezza (INCERFA) meta
(i) l-ebda komunikazzjoni ma tkun waslet minn
inġenju tal-ajru f’perjodu ta’ tletin (30) minuta minn wara
l-mument li fih komunikazzjoni kellha tasal, jew inkella
mill-mument ta’ tentattiv bla suċċess sabiex tiġi stabbilita
komunikazzjoni ma’ dak l-inġenju tal-ajru li tkun saret l-
ewwel, skont liema ċirkostanza tiġi l-ewwel; jew
(ii) inġenju tal-ajru jonqos milli jasal fi żmien ta’
tletin (30) minuta wara l-ħin stmat tal-wasla li l-aħħar ġie
notifikat lil jew stmat minn unità tal-kontroll tat-traffiku
tal-ajru, skont liema minnhom jiġi l-aħħar
Iżda ma għandha ssir l-ebda notifika taħt din il-fażi jekk ma
jeżisti l-ebda dubju dwar is-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u l-persuni
abbord tiegħu;
(b)
il-fażi ta’ allarm (ALERFA) meta
(i) wara l-fażi ta’ inċertezza, tentattivi sussegwenti
sabiex tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-inġenju tal-ajru
jew inkjesti ma’ sorsi oħra rilevanti, jonqsu milli jiżvelaw
kwalunkwe aħbar dwar dak l-inġenju tal-ajru;
(ii) inġenju tal-ajru ġie awtorizzat li jinżel u jonqos
milli jinżel f’perjodu ta’ ħames (5) minuti mill-ħin stmat
ta’ nżul u l-ebda komunikazzjoni ma reġgħet ġiet stabbilita
ma’ dak l-inġenju;
(iii) informazzjoni tkun waslet li tindika li l-
effiċjenza operattiva tal-inġenju tal-ajru ġiet affettwata,
iżda mhux sa livell tali li nżul sfurzat huwa probabbli; jew
(iv) huwa magħruf jew mifhum li inġenju tal-ajru
safa vittma ta’ interferenza illegali.
(ċ)
fażi ta’ periklu (DETRESFA) meta
(i) wara l-fażi ta’ allarm, tentattivi oħra mingħajr
suċċess sabiex tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-inġenju
tal-ajru u inkjesti aktar mifruxa jippuntaw lejn il-
probabbilità li l-inġenju tal-ajru jinstab f’diffikultà; jew
(ii) il-karburant abbord l-inġenju tal-ajru huwa
kunsidrat bħala eżawrit, jew mhux suffiċjenti sabiex l-
inġenju tal-ajru jista’ jilħaq post sikur; jew
(iii) informazzjoni tkun waslet li tindika li l-
effiċjenza operattiva tal-inġenju tal-ajru ġiet affettwata sal-
limitu li nżul sfurzat huwa probabbli; jew
(iv) informazzjoni tkun waslet jew li hemm
ċertezza raġonevoli li l-inġenju tal-ajru biħsiebu jagħmel
jew għamel inżul sfurzat
Iżda kwalunkwe notifika magħmula taħt dan l-artikolu
għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja kif inhi disponibbli fl-ordni
(a) INCERFA, ALERFA jew DETRESFA, skont il-fażi
ta’ emerġenza li tapplika;
(b)
l-aġenzija u l-persuna li qiegħda ċċempel;
(ċ)
in-natura tal-emerġenza;
(d)
informazzjoni sinifikanti mill-pjan tat-titjir;
(e) l-unità li għamlet kuntatt l-aħħar mal-inġenju tal-ajru,
il-ħin u l-mezzi użati;
(f)
l-aħħar rapport dwar il-pożizzjoni u kif ġie
determinat;
(g)
il-kulur u l-marki distintivi tal-inġenju tal-ajru;
(h)
jekk hemmx oġġetti perikolużi mġorrija abbord;
(i) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-uffiċċju li qiegħed
jirrapporta; u
(j)
rimarki pertinenti oħra.
(2) Għall-finijiet tal-Anness 12 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago,
"ċentru ta’ koordinazzjoni ta’ salvataġġ" tfisser il-Forzi Armati ta’
Malta.
(3) Il-Ministru jista’, permezz ta’ regolamenti maħruġa taħt dan l-
Att, jirregola fid-dettall il-proċess tal-ġestjoni li għandu jiġi segwit
mill-entitajiet rilevanti għal kull fażi ta’ emerġenza msemmija.
Ċertifikat mogħti mid-Direttorat fir-rigward ta’ fornitur uniku
ta’ servizz nazzjonali, fornitur ta’ servizz U-Space jew fornitur uniku
ta’ servizz ta’ informazzjoni komuni għandu jibqa’ validu sakemm id-
detentur taċ-ċertifikat jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti
mir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea li huma applikabbli iżda jista’
jiġi sospiż, limitat jew revokat fi kwalunkwe ħin jekk il-
kondizzjonijiet relatati ma’ dak iċ-ċertifikat jiġu miksura.
TAQSIMA X
Ajrudromi, Dwal Ajrunawtiċi u Ostakoli Perikolużi
(1) Id-Direttorat għandu jkun l-awtorità maħtura taħt ir-
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014
li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-
ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill, għal
(a) ċertifikazzjoni u sorveljanza ta’ ajrudromi u tal-
operaturi ta’ ajrudromi tagħha;
(b) sorveljanza ta’ fornituri ta’ servizzi tal-immaniġġar
tar-rampa;
(ċ) dawk l-ajrudromi koperti mir-Regolament Bażiku li
jinsabu fit-territorju Malti li
(i)
huma miftuħa għall-użu pubbliku;
(ii)
iservu lit-trasport kummerċjali bl-ajru; u
(iii) għandhom runway bl-istrumenti mwitti ta’
tmien mitt metru (800m) jew iktar, jew li jservu
esklussivament lill-ħelikopters li jużaw proċeduri ta’
avviċinament jew tluq bi strumenti;
(2) Id-Direttorat għandu jkun l-awtorità maħtura għas-sorveljanza
u ċ-ċertifikazzjoni ta’ ajrudromi li jinsabu fit-territorju Malti, li ma
humiex koperti mir-Regolament Bażiku, skont dan l-Att.
(3) Id-Direttur Ġenerali jista’ joħroġ direttiva ta’ sikurezza
indirizzata lil kwalunkwe detentur ta’ ċertifikat li jaqa’ taħt ir-
responsabbiltà tiegħu jekk huwa ddetermina li teżisti xi kundizzjoni
mhux sikura f’ajrudrom liċenzjat li tirrikjedi azzjoni immedjata. Id-
Direttur Ġenerali għandu jinnotifika lill-Aġenzija bi kwalunkwe ħruġ
ta’ direttiva ta’ sikurezza maħruġa minnu.
(4) Id-Direttur Ġenerali jista’, b’konsultazzjoni mal-Ministru,
joħroġ kwalunkwe strument regolatorju sabiex jirregola l-operazzjoni
ta’ ajrudromi li jinkludu iżda mhux limitati għat-twaqqif u l-użu ta’
runways u rampi, żoni ta’ traffiku tal-ajrudrom, żoni tar-runway
restritti, servizzi ta’ kontroll tal-ajrudrom, servizzi ta’ navigazzjoni,
marki tal-ajrudromi u dwal u senjalazzjonijiet tal-ajrudromi.
(5) Id-Direttorat jista’, b’konsultazzjoni mal-Ministru, joħroġ
kwalunkwe strument regolatorju sabiex jirregola d-dwal affissi fuq
installazzjonijiet imwaħħla fil-post jew ostakoli fl-art jew fil-baħar,
bħal, iżda mhux limitati għal cranes, arbli, ġeneraturi ta’ turbini li
jaħdmu bir-riħ u strutturi vertikali oħra, dwal li jgħammxu u
kwalunkwe dawl ieħor li jista’ jipperikola l-inġenju tal-ajru li qiegħed
itir fuq Malta.
(6) Kull min intenzjonalment jew b’mod negliġenti jagħmel ħsara
lil jew jinterferixxi ma’ kwalunkwe dawl ajrunawtiku fuq l-art għandu
jkun ħati ta’ reat punibbli sa sena (1) priġunerija u multa li ma taqbiżx
tlieta u għoxrin elf mitejn u tlieta u disgħin euro u sebgħin ċenteżmu
(€23,293.70).
(1) L-ebda persuna ma għandha topera ajrudrom iċċertifikat Operazzjoni ta’
mingħajr ma jkollha liċenzja maħruġa għal dak il-għan mill-Ministru. ajrudromi
liċenzja
maħruġa mill-
Ministru.
(2) Il-Ministru jista’ jilliċenzja kwalunkwe ajrudrom soġġett għal
dawk il-kondizzjonijiet li jqis xieraq, għall-qtugħ mill-art u l-inżul ta’
dawk l-inġenji tal-ajru involuti f’tali titjira jew klassi ta’ titjiriet kif
jista’ jispeċifika
Iżda d-Direttur Ġenerali jista’, b’konsultazzjoni mal-Ministru,
joħroġ strument regolatorju sabiex jistabbilixxi l-limiti, il-
limitazzjonijiet u l-kondizzjonijiet li taħthom ajrudrom jista’ jopera
mingħajr il-ħtieġa ta’ liċenzja maħruġa skont dan l-Att, iżda biss jekk
u safejn dan hu permissibbli skont dan l-Att u l-obbligi internazzjonali
ta’ Malta kif deskritti fl-artikolu 4.
(3) Il-Ministru jista’ jippubblika fil-Gazzetta, soġġetti għal tali
kondizzjonijiet li jidhrulu xierqa, kwalunkwe ajrudrom tal-Gvern
bħala ajrudrom disponibbli għall-qtugħ mill-art u l-inżul tal-inġenji
tal-ajru li jwettqu dawk it-titjiriet jew dawk il-klassi ta’ titjiriet li huwa
jista’ jispeċifika, u l-ebda ajrudrom tal-Gvern ma jista’ jinfetaħ għall-
użu qabel ma ssir il-pubblikazzjoni.
(4) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tas-subartikolu (3) u ta’
dan is-subartikolu, il-Ministru jista’ jagħti liċenzja fir-rigward ta’
ajrudrom, f’dan l-Att imsejħa "liċenzja għal użu pubbliku", li għandha
tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-ajrudrom għandu f’kull ħin li jkun
disponibbli għall-qtugħ mill-art u nżul ta’ inġenji tal-ajru għandu jkun
hekk disponibbli għal persuni kollha fuq termini u kundizzjonijiet
ugwali.
(5) Id-detentur ta’ liċenzja ta’ ajrudrom li fir-rigward tiegħu hemm
fis-seħħ liċenzja għal użu pubbliku għandu juri fl-ajrudrom b’mod
prominenti kopja tal-liċenzja u għandu jipprovdi lil kwalunkwe persuna
li titlobha, informazzjoni li tikkonċerna t-termini ta’ dik il-liċenzja.
(6) Id-detentur ta’ liċenzja ta’ ajrudrom mogħtija skont dan l-Att
ma għandux iġiegħel jew jippermetti l-ksur ta’ kwalunkwe kundizzjoni
tal-liċenzja minn kwalunkwe persuna, iżda l-liċenzja ma għandhiex
tieqaf milli tkun valida għal raġuni biss ta’ ksur bħal dan.
(7) Liċenzja mogħtija mill-Ministru fir-rigward ta’ ajrudrom
għandha tibqa’ fis-seħħ għal dak il-perjodu speċifikat fiha iżda tista’
tiġi sospiża jew revokata fi kwalunkwe ħin jekk isir ksur tal-
kondizzjonijiet relatati ma’ dik il-liċenzja.
(8) Ajrudromi u operaturi ta’ ajrudromi li jinsabu fit-territorju
Malti li jaqgħu taħt ir-Regolament Bażiku għandhom jikkonformaw
mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 139/2014 imsemmi
fl-artikolu 74.
(9) Ajrudromi u operaturi ta’ ajrudromi li jinsabu fit-territorju
M a l t i l i m a j a q g ħ u x t a ħ t i r- R e g o l a m e n t B a ż i k u g ħ a n d h o m
jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att, u kwalunkwe
strument regolatorju msemmi fis-subartikolu (4) tal-artikolu 74 u fil-
proviso tas-subartikolu (2) tal-artikolu 75.
TAQSIMA XI
Rapportar ta’ Okkorrenzi
(1) Skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ħatra
Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi ta’Awtorità
trawwim ta’
u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament kultura ġusta.
(UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar
id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-
Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 13/
2007, minn issa ’l quddiem imsejjaħ "ir-Regolament tar-Rapportar", l-
awtorità maħtura għall-għan li taqdi l-obbligi marbuta mal-ġbir, l-
analiżi u s-segwitu ta’ rapporti ta’ okkorrenzi ta’ sikurezza għandu
jkun id-Direttorat
Iżda d-Direttorat għandu jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-
finijiet tal-Artikoli 2, 8, 9, 11 u 12 u kwalunkwe artikolu ieħor tar-
Regolament tar-Rapportar, kif jista’ jiġi emendat minn żmien għal
żmien.
(2) Id-Direttorat għandu jaġixxi bħala l-korp maħtur għall-finijiet
tal-Artikolu 16(12) tar-Regolament tar-Rapportar u huwa għandu
jassigura t-trawwim u l-osservanza ta’ kultura ġusta skont dan l-Att u
skont l-obbligi internazzjonali ta’ Malta. Mingħajr preġudizzju għad-
dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, id-Direttorat għandu joħroġ dawk
l-istrumenti regolatorji sabiex huwa jiżgura l-osservanza sħiħa tat-
termini tar-Regolament tar-Rapportar. F’dan ir-rigward, id-Direttur
Ġenerali għandu permezz ta’ strument regolatorju jinnomina u jaħtar
Grupp ta’ Monitoraġġ ta’ Kultura Ġusta sabiex jassisti lid-Direttorat
fl-evalwazzjoni ta’ rapporti dwar ksur ta’ kultura ġusta u għall-finijiet
sabiex jiżguraw li t-termini ta’ kultura ġusta fir-Regolament tar-
Rapportar huma inforzati, inkoraġġuti u mrawma.
(3) Din it-Taqsima għandha tapplika għal organizzazzjonijiet li
jaqgħu fit-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament tar-Rapportar, liema
organizzazzjonijiet ifornu prodotti tal-avjazzjoni li biħsiebhom jiġu
użati fl-ispazju tal-ajru Malti u, jew jimpjegaw, jikkuntrattaw ma’ jew
jużaw is-servizzi ta’ persuni li huma meħtieġa li jirrappurtaw l-
okkorrenzi skont l-artikolu 4(6) tar-Regolament tar-Rapportar.
(4) Din it-Taqsima għandha tapplika għall-okkorrenzi li jinvolvu
inġenji tal-ajru, prodotti u komponenti koperti mir-Regolament
Bażiku.
(5) L-applikabbilità tad-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima
għandha tkun bla ħsara għall-applikabbilità tad-dispożizzjonijiet tal-
Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur
Iżda d-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Att ma jistgħux jiġu invokati
għas-sempliċi raġuni li jiġi żgurat l-iżvelar tal-identità tal-persuna li
tagħmel rapport skont din it-Taqsima.
(1) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, it-tifsiriet li jinsabu fl-
Artikolu 2 tar-Regolament tar-Rapportar għandhom japplikaw.
(2) Din it-Taqsima għandha bħala għan it-titjib tas-sikurezza fl-
avjazzjoni billi tiżgura li informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li
għandha x’taqsam mal-avjazzjoni ċivili tiġi rapportata, miġbura,
maħżuna, protetta, skambjata, imxerrda u analizzata mid-Direttorat u
l-Grupp ta’ Monitoraġġ ta’ Kultura Ġusta.
(3) Wara li janalizza u jsegwi kwalunkwe rapport miġbur skont
id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, id-Direttorat għandu jkollu l-
ikbar setgħa sabiex jieħu kwalunkwe azzjoni korrettiva jew preventiva
meħtieġa sabiex tiġi ameljorata s-sikurezza tal-avjazzjoni
Iżda b’mod partikolari, id-Direttorat jista’ jordna lil
kwalunkwe persuna regolata b’dan l-Att jew bir-Regolament Bażiku
sabiex tagħmel, iżżomm lura milli tagħmel jew tieqaf milli tagħmel xi
ħaġa.
(4) Kwalunkwe azzjoni li tittieħed skont is-subartikolu (3) tista’
tkun relatata ma’ każijiet li huma speċifiċi jew ġenerali fin-natura
tagħhom, jew ma’ każijiet ta’ xi klassi speċifikata.
(5) Id-Direttorat għandu joħroġ il-miżuri amministrativi
msemmija fis-subartikolu (3) bil-miktub u jista’ jipproċedi sabiex
jippubblikahom fuq il-portal onlajn tiegħu.
(6) Id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili dwar il-mandat ta’ inibizzjoni ma għandhomx
japplikaw għal kwalunkwe deċiżjoni jew azzjoni immedjata tad-
Direttur Ġenerali meħuda skont is-subartikolu (3).
(7) Appell minn kwalunkwe persuna interessata f’tali deċiżjoni
jew azzjoni tista’ tinġieb quddiem il-Bord tal-Appelli fl-Avjazzjoni fil-
perjodu msemmi fl-artikolu 91(2).
(1) Organizzazzjonijiet li ma jaqgħux taħt ir-Regolament
tar-Rapportar għandhom jistabbilixxu sistema tar-rapportar mandatorja
u volontarja li jaqgħu fil-kompetenza tal-istrument regolatorju maħruġ
mid-Direttur Ġenerali.
(2) Notifika ta’ rapportar għandha tintbagħat lid-Direttorat mill-
aktar fis possibbli, mill-persuna rilevanti skont ir-Regolament tar-
Rapportar, u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn tnejn u sebgħin
(72) siegħa wara li ssir taf bl-okkorrenza.
(1) Id-Direttorat għandu jadotta regoli interni u miżuri Regoli interni u
amministrattivi dwar l-immaniġġar ta’ rapporti dwar l-avjazzjoni kif miżuri
amministrattivi
iqis xieraq
li għandhom
jiġu adottati.
Iżda l-obbligi imposti fuqu mir-Regolament tar-Rapportar ma
jistgħux jiġu mminati jew mibdula minn tali regoli interni u miżuri
amministrattivi.
(2)
Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament tar-Rapportar, id-
Direttorat għandu jimpjega l-għarfien neċessarju sabiex jidentifika l-
perikoli ta’ sikurezza assoċjati mal-okkorrenzi li jiġu rrapportati lilu
minn organizzazzjonijiet u persuni oħra, sakemm il-kondizzjonijiet li
ġejjin għandhom japplikaw
(a) kwalunkwe persuna kkuntrattata mid-Direttorat bil-
għan li tirrapporta s-sejbiet xjentifiċi jew l-opinjonijiet esperti
suġġettivi tagħha għandha tkun soġġetta għall-istess regoli dwar
il-kunfidenzjalità u segretezza professjonali li japplikaw għad-
Direttorat;
(b) qabel ma taċċetta inkarigu partikolari, il-persuna
ingaġġata għandha tikkonferma bil-miktub li hi għandha l-
kompetenza, l-għarfien u l-esperjenza neċessarja sabiex taqdi l-
funzjonijiet mogħtija lilha, u rekord bil-miktub ta’ dak il-fatt
għandu jinżamm mid-Direttorat.
(1) Għandu jkun hemm maħluq u amministrat mid- Bażi tad-dejta
Direttorat bażi tad-dejta nazzjonali ta’ rapporti ta’ okkorrenza, hawn nazzjonali
rapporti ta’
iżjed ’il quddiem imsejħa "bażi tad-dejta".
okkorrenza.
(2)
Il-bażi tad-dejta għandha tikkonsisti minn ġabra ta’ rapporti
ta’ okkorrenza rċevuti u pproċessati mid-Direttorat
Iżda d-Direttorat għandu jiżgura li
(a) l-bażi tad-dejta hija standardizzata sabiex tiffaċilita l-
iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti ta’ Stati
Membri; u
(b) l-bażi tad-dejta hija kompatibbli mas-software
ECCAIRS u mat-tassonomija ADREP.
(3) Id-dejta kollha rilevanti li għandha x’taqsam ma’ rapport
għandha tiddaħħal fil-bażi tad-dejta skont ir-regoli interni u miżuri
amministrattivi adottati mid-Direttur Ġenerali kif ukoll kwalunkwe
prinċipju tal-liġi ieħor stabbilit fir-Regolament tar-Rapportar.
(4)
B’mod partikolari, l-ebda rapport jew l-ipproċessar tiegħu
skont din it-Taqsima, u l-ebda parti tal-bażi tad-dejta ma tista’ tintuża
sabiex jinkixef jew jiġi żvelat is-sors tad-dejta jew tal-informazzjoni li
għamlet ir-rapport jew sabiex tiġi imposta responsabbiltà ċivili jew
kriminali fuqha, salvi, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tar-
Regolament tar-Rapportar.
(5) L-ipproċessar kollu tad-dejta taħt din it-Taqsima għandu
jikkonforma mal-prinċipju ta’ kultura ġusta stipulat fir-Regolament
tar-Rapportar.
(6)
Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tar-Rapportar,
kwalunkwe informazzjoni jew dejta pproċessata mid-Direttorat jew
mill-Grupp ta’ Monitoraġġ ta’ Kultura Ġusta għandha fil-każijiet
kollha tiġi anonimizzata u soġġetta għal kunfidenzjalità u r-regoli dwar
segretezza professjonali li jinstabu fl-Att dwar Segretezza
Professjonali.
Skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament tar-Rapportar, u
kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea oħra li taħtha
awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza fl-ajru nazzjonali
jingħataw setgħat amministrattivi jew diskrezzjonali, il-Bureau għall-
Investigazzjoni tal-Aċċidenti tal-Ajru għandu f’kull ħin ikollu aċċess
għal
(a) rapporti ta’ okkorrenza rċevuti mid-Direttorat jew
minn organizzazzjoni skont l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tar-
Rapportar, inkluż l-analiżi u s-segwitu tagħhom;
(b)
il-bażi tad-dejta nazzjonali stabbilita bl-artikolu 80
Iżda l-ipproċessar ta’ informazzjoni mill-Bureau għall-
Investigazzjoni tal-Aċċidenti tal-Ajru u l-Grupp ta’ Monitoraġġ ta’
Kultura Ġusta għandu jkun soġġett għall-istess liġijiet u regolamenti
dwar il-protezzjoni tad-dejta, kif ukoll regoli ta’ kunfidenzjalità tas-
sors tad-dejta, li japplikaw għall-ipproċessar ta’ informazzjoni mid-
Direttorat bis-saħħa ta’ din it-Taqsima, ir-Regolament tar-Rapportar u,
jew kwalunkwe liġi oħra.
Sabiex jiġi żgurat li d-Direttorat irrispetta kwalunkwe u kull
obbligu impost fuqu mir-Regolament tar-Rapportar, għandu jkun id-
dmir tal-istess Direttorat li jikkoordina mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-
Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea bil-għan li
tiġi vverifikata kwalunkwe waħda jew aktar mill-materji li ġejjin
(a) li l-ipproċessar ta’ rapporti ta’ okkorrenza, inkluż
kwalunkwe prattika amministrattiva tad-Direttorat, huma
konformi mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea;
(b) li l-kwalità u l-kontenut ta’ rapporti ta’ okkorrenza
rċevuti mid-Direttorat jilħqu l-istandards stipulati f’liġijiet u
Regolamenti tal-Unjoni Ewropea;
(ċ) li l-kunfidenzjalità, l-anonimizzazzjoni u d-
diżidentifikazzjoni ta’ persuni li jagħmlu rapport qegħdin jiġu
mwettqa sewwa;
(d) li l-bażi tad-dejta nazzjonali tissodisfa r-rekwiżiti
stabbiliti mil-liġijiet u Regolamenti Ewropej;
(e) li l-multi jew penali amministattivi imposti fuq
persuni li jiksru kwalunkwe dispożizzjoni ta’ din it-Taqsima jew
kwalunkwe
dispożizzjoni
tar-Regolament
tar-Rapportar
jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’liġijiet u Regolamenti tal-Unjoni
Ewropea.
(1) Id-Direttorat u l-uffiċjali tiegħu għandhom ikunu Immunità minn
immuni minn kwalunkwe azzjoni ta’ responsabbiltà ċivili, kemm jekk azzjonijiet
ċivili.
f ’delitt jew jekk f ’kuntratt, istitwita kontrihom minn kwalunkwe
persuna fuq il-bażi li persuna fiżika, organizzazzjoni jew uffiċjal
maħtur naqas milli jaqdi d-dmirjiet tiegħu taħt din it-Taqsima jew id-
dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tar-Rapportar.
(2) Kwalunkwe persuna li tagħmel rapport ta’ okkorrenza bona
fide ma tistax tinżamm responsabbli għal ksur ta’ kunfidenzjalità jew
segretezza professjonali, ksur tal-kuntratt ta’ impjieg tiegħu, jew għall-
fatt li tali rapport jista’ jkollu effetti detrimentali għan-negozju jew
reputazzjoni ta’ xi persuna oħra.
TAQSIMA XII
Dispożizzjonijiet Ġenerali
(1) L-operaturi u l-kmandanti ta’ inġenju tal-ajru reġistrat Inġenji tal-ajru
f’Malta u li qed itir fuq kwalunkwe pajjiż barrani ma għandux iħalli lil reġistrati
f’Malta li qed
dak l-inġenju jiġi użat għal xi għan li huwa ta’ preġudizzju għas- itiru
barrani
sigurtà, ordni pubblika jew saħħa pubblika ta’ jew għas-sikurezza tan- għandhom
jirrispettaw il-
navigazzjoni bl-ajru fir-rigward ta’ dak il-pajjiż barrani.
liġi barranija.
(2) Persuna ma tiksirx is-subartikolu (1) jekk turi li hija la kienet
taf jew lanqas issuspettat li l-inġenju tal-ajru kien qed jiġi jew kien ser
jiġi użat għall-għan imsemmi f’dak is-subartikolu.
(1) L-operatur u l-kmandant ta’ inġenju tal-ajru reġistrat Inġenju tal-ajru
f’Malta għandu, meta dak l-inġenju qed itir fuq kwalunkwe pajjiż irreġistrat
f’Malta għandu
barrani, jikkonforma mal-ordnijiet mogħtija mill-awtoritajiet jobdi
awtoritajiet
ajrunawtiċi xierqa ta’ dak il-pajjiż kull meta
barranin.
(a) it-titjira ta’ dak l-inġenju tal-ajru ma ġietx debitament
awtorizzata; jew
(b) hemm raġunijiet raġonevoli sabiex l-awtoritajiet
ajrunawtiċi xierqa jemmnu li l-inġenju tal-ajru qed ikun jew ser
jiġi użat għal xi għan li huwa ta’ preġudizzju għas-sigurtà, ordni
pubblika jew saħħa pubblika ta’ jew għas-sikurezza tan-
navigazzjoni bl-ajru fir-rigward ta’ dak il-pajjiż
Iżda persuna ma tiksirx is-subartikolu (1) jekk hija tiddevja
mill-ordnijiet mogħtija mill-awtoritajiet ajrunawtiċi barranin jekk l-
osservanza ta’ tali ordnijiet tista’ tipperikola jew ipperikolat is-
sikurezza tat-titjira, il-ħajjiet ta’ persuni abbord l-inġenju tal-ajru u l-
merkanzija.
(2) (a) Persuna ma tiksirx is-subartikolu (1) jekk hi tista’
tipprova li la kienet taf jew lanqas issuspettat li l-ordnijiet kienu qed
jiġu mogħtija lilha mill-awtoritajiet ajrunawtiċi xierqa.
(b) Ir-rekwiżit li wieħed isegwi l-ordnijiet speċifikati fis-
subartikolu (1) huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe liġi
oħra li titlob konformità mal-ordnijiet ta’ awtorità ajrunawtika.
(3) Mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Operazzjonijiet
tal-Ajru, l-ebda inġenju tal-ajru ma għandu jtir fuq Malta għall-iskop
ta’ attivitajiet speċjalizzati bħal agrikolutra, kostruzzjoni, fotografija,
stħarriġ, osservazzjoni u ronda, riklamar fl-ajru jew titjiriet ta’ verifiki
ta’ manutenzjoni, ħlief bil-permess tad-Direttur Ġenerali mogħti lis-
sid, l-operatur, jew il-kerrej ta’ dak l-inġenju tal-ajru, jew l-awtorità
kompetenti wara li jkun sar skambju tal-informazzjoni rilevanti mad-
Direttorat
Iżda tali permess jew skambju ta’ informazzjoni għandhom
isiru bil-miktub u għandhom jispeċifikaw l-inġenju tal-ajru li fir-
rigward tiegħu japplika, kif ukoll kwalunkwe kondizzjonijiet li
għalihom jista’ jkun soġġett il-permess, jew l-ispeċifikazzjonijiet
operazzjonali aċċettati li huma rilevanti
Iżda wkoll li f’każ ta’ operazzjonijiet UAS, id-Direttorat
għandu jiskambja l-informazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-
operatur.
(4) F’dan l-artikolu "awtoritajiet ajrunawtiċi xierqa" jinkludu
kwalunkwe persuna, kemm jekk hija membru tal-awtoritajiet militari
jew ċivili ta’ pajjiż, li hija awtorizzata taħt il-liġi ta’ dak il-pajjiż
barrani sabiex toħroġ ordnijiet indirizzati lill-inġenji tal-ajru li qed
itiru fuq dak il-pajjiż.
L-ebda inġenju tal-ajru ma għandu jtir fuq Malta għal Survey bl-ajru.
skopijiet ta’ survey bl-ajru ħlief jekk bil-permess mid-Direttur
Ġenerali mogħti lill-operatur jew kerrej ta’ dak l-inġenju tal-ajru
Iżda tali permess għandu jkun bil-miktub u għandu jispeċifika
l-inġenju tal-ajru li għalih japplika, kif ukoll kwalunkwe
kondizzjonijiet li għalihom jista’ jkun soġġett il-permess.
Id-Direttur Ġenerali jista’ jagħmel dawk l-arranġamenti li jqis Operazzjoni ta’
xierqa għall-ħolqien ta’ operazzjoni ta’ esebizzjoni ta’ inġenji tal-ajru, esebizzjoni
inġenji tal-ajru.
wara li jikkunsidra s-sikurezza tal-ispazju tal-ajru Malti u ta’
kwalunkwe persuni u propjetà fuq il-wiċċ tal-art jew tal-baħar.
Fir-rigward ta’ kwalunkwe mill-funzjonijiet tiegħu skont id- Għoti ta’
dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att, id-Direttur Ġenerali jista’, jew b’mod rapporti
esperti.
assolut jew soġġett għal dawk il-kondizzjonijiet li jqis xierqa, japprova
persuna bħala entità kwalifikata sabiex iforni rapporti lilu u huwa jista’
jaċċetta tali rapporti.
(1) Għandu jitwaqqaf Bord, imsejjaħ il-Bord tal-Appelli fl- Twaqqif tal-
Avjazzjoni, li għandu jkun magħmul minn avukat li għandu mill-inqas Bord.
tnax (12)-il sena esperjenza jew inkella minn maġistrat jew imħallef
irtirat, li jpoġġi bħala Chairman flimkien ma’ żewġ (2) assessuri
tekniċi.
(2) Iċ-Chairman u l-assessuri tekniċi tal-Bord għandhom jinħatru
mill-Prim Ministru għal perjodu ta’ tliet (3) snin
Iżda l-Prim Ministru jista’ jikkonferma kwalunkwe ħatra minn
sena għal sena u jista’ jordna, malli jagħmel kwalunkwe ħatra ġdida, li
ċ-Chairman jew assessur li se jiġi sostitwit jista’ jibqa’ fuq il-Bord fir-
rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni li jkun ħa konjizzjoni tagħha qabel it-
tmiem tal-ħatra tiegħu sakemm tiġi ddeterminata din il-kwistjoni.
(3) Il-Prim Ministru jista’ jagħmel ukoll kwalunkwe ħatriet
neċessarji sabiex jissostitwixxi liċ-Chairman jew kwalunkwe assessur
tal-Bord fl-eventwalità li huwa għal kwalunkwe raġuni ma jistax jaqdi
l-funzjonijiet tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe każ jew każijiet
partikolari.
(4) Iċ-Chairman jew kwalunkwe assessur tal-Bord ma
għandhomx ikunu kompetenti sabiex jisimgħu u jaqtgħu kawża li fiha
huma għandhom interess dirett jew indirett.
(5) L-assessuri tekniċi tal-Bord għandhom, qabel ma jibdew il-
funzjonijiet tagħhom, jieħdu quddiem l-Avukat tal-Istat il-ġurament
fejn iwiegħdu li huma ser jeżaminaw u jiddeċiedu b’mod imparzjali u
ekwu kwalunkwe kwistjoni li tiġi quddiemhom skont id-
dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(6) Iċ-Chairman tal-Bord għandu jkollu, għall-iskop sabiex jiġbor
l-evidenza u jistabbilixxi l-fatti li għandhom x’jaqsmu ma’ kwalunkwe
kwistjoni li tiġi quddiem il-Bord, is-setgħat kollha li l-Kodiċi tal-
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jagħti lill-Prim’Awla tal-Qorti
Ċivili.
(1) Kwalunkwe setgħa vestita fid-Direttorat jew fid-
Direttur Ġenerali tiegħu sabiex joħroġ liċenzji, permessi jew
kwalunkwe awtorizzazzjoni oħra taħt dan l-Att għandha tinkludi s-
setgħa li jirrevoka, jissospendi jew ivarja tali awtorizzazzjoni
preċedenti, salv id-dispożizzjonijiet dwar id-dritt ta’ appell minn
deċiżjoni tad-Direttorat u, jew tad-Direttur Ġenerali.
(2) Ħlief jekk l-interess tas-sikurezza jeħtieġ is-sospensjoni,
revokazzjoni jew varjazzjoni immedjata ta’ liċenzja, permess jew
awtorizzazzjoni oħra maħruġa skont dan l-Att, id-Direttur Ġenerali
għandu jħalli biżżejjed żmien lill-persuna interessata sabiex hi tkun
tista’ tagħmel dawk is-sottomissjonijiet qabel ma tinħareġ kwalunkwe
deċiżjoni.
(3) Id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili dwar il-mandat ta’ inibizzjoni ma għandhomx
japplikaw għal kwalunkwe deċiżjoni immedjata tad-Direttur Ġenerali
meħuda taħt is-subartikolu ta’ qabel.
(1) Għandu jkun hemm appell quddiem il-Bord tal-Appelli
fl-Avjazzjoni minn kwalunkwe persuna, istituzzjoni jew kwalunkwe
dipartiment jew aġenzija tal-Gvern li għandhom interess u li huma
aggravati minn kwalunkwe waħda mid-deċiżjonijiet tad-Direttorat jew
tad-Direttur Ġenerali li ġejjin
(a) id-deċiżjoni li persuna mhijiex, għal kwalunkwe
raġuni rilevanti, idonea sabiex iżżomm jew tingħata liċenzja
maħruġa skont dan l-Att jew sabiex taqdi d-dmirijiet tagħha fi
kwalunkwe kapaċità;
(b) id-deċiżjoni li persuna, organizzazzjoni jew impriża,
għal kwalunkwe raġuni rilevanti, ma hijiex idonea sabiex
iżżomm jew tingħata liċenzja, permess, ċertifikazzjoni jew
awtorizzazzjoni sabiex topera, jew, kif il-kuntest jesiġi, sabiex
topera bħala
(i)
inġenju tal-ajru;
(ii) impriża tat-trasport bl-ajru b’ċertifikat ta’
operatur tal-ajru;
(iii) skola tat-titjir;
(iv) apparat ta’ taħriġ simulat tat-titjir (FSTD);
(v)
organizzazzjoni approvata tat-taħriġ;
(vi) organizzazzjoni tat-taħriġ dikjarata;
(vii) organizzazzjoni tat-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-
kabina;
(viii) organizzazzjoni tat-taħriġ fil-kontroll tat-
traffiku fl-ajru, (ATC), fl-immaniġġjar tat-traffiku fl-ajru
(ATM) jew fis-servizzi tan-navigazzjoni fl-ajru (ANS);
(ix) bord għall-eżaminazzjoni fil-lingwa Ingliża;
(x)
organizzazzjoni ta’ manutenzjoni;
(xi) organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni
kontinwa tal-ajrunavigabbiltà;
(xii) organizzazzjoni tat-taħriġ u eżaminazzjoni
dwar manutenzjoni ta’ inġenji tal-ajru;
(ċ) kwalunkwe deċiżjoni sabiex inġenju tal-ajru ma
jitħalliex itir;
(d) kwalunkwe riżultat ta’ kwalunkwe test jew eżami
meħtieġ sabiex persuna tikseb kwalunkwe liċenzja skont dan l-
Att
Iżda fir-rigward tal-paragrafu (d) id-Direttorat jista’
bi strument regolatorju jistabbilixxi proċeduri għar-reviżjoni ta’
riżultati ta’ eżamijiet;
(e) kwalunkwe rifjut sabiex tingħata jew kwalunkwe
deċiżjoni li tissospendi jew tirrevoka kwalunkwe liċenzja,
permess jew awtorizzazzjoni oħra mogħtija mid-Direttorat jew
id-Direttur Ġenerali;
(f)
id-deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva;
(g) id-deċiżjoni sabiex tittieħed jew tiġi istitwita miżura
ta’ infurzar, ordni ta’ infurzar jew ordni ta’ waqfien u l-ebda
tkomplija u li jiġi impost il-ħlas ta’ kwalunkwe penali
amministrattiva relatata.
(2) Appell skont is-subartikolu (1) għandu jiġi ppreżentat fi
żmien għoxrin (20) jum min-notifika tad-deċiżjoni jew ordni relattiva
lill-persuna interessata
Iżda l-appell għandu jkun limitat għal raġunijiet ta’
inġustizzja proċedurali jew in-nuqqas ta’ raġonevolezza fid-deċiżjoni
meħuda.
(3) Kull deċiżjoni meħuda skont dan l-Att għandha mill-ewwel
tiġi kkomunikata lill-persuna interessata u għandu jkun fiha
indikazzjoni tad-dritt ta’ appell tal-persuna taħt dan l-artikolu flimkien
mar-raġunijiet għad-deċiżjoni meħuda.
(4) Il-preżentazzjoni ta’ appell skont dan l-artikolu ma għandha
bl-ebda mod tissospendi d-deċiżjoni tad-Direttorat jew tad-Direttur
Ġenerali.
Id-Direttur Ġenerali jew kwalunkwe persuna delegata minnu
għandha, f ’kull ħin raġonevoli, id-dritt li tidħol u tispezzjona
kwalunkwe inġenju tal-ajru, ajrudrom jew post ieħor ta’ nżul kif ukoll
kwalunkwe faċilitajiet tal-avjazzjoni oħra li jinsabu ’l barra miż-żona
tal-ajrudrom sabiex jiżgura konformità ma’ kwalunkwe mid-
dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ strument regolatorju maħruġ
taħtu.
L-ebda persuna ma għandha xxekkel jew timpedixxi
kwalunkwe persuna li qiegħda taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha
jew fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha taħt dan l-Att.
Kwalunkwe persuna li mingħajr raġuni valida tonqos milli
tikkonforma ma’ kwalunkwe ordni mogħtija lilha skont kwalunkwe
dispożizzjoni ta’ dan l-Att, flimkien mal-Iskedi tiegħu, jew ta’
kwalunkwe strument regolatorju, jew direttiva oħra maħruġa mid-
Direttorat jew mid-Direttur Ġenerali, għandha titqies li kisret dan l-
Att.
(1) F’każ ta’ ksur ta’ dan l-Att relatat mat-titjir ta’ inġenju
tal-ajru, l-operatur ta’ dak l-inġenju tal-ajru u l-kmandant tiegħu
għandhom, bla ħsara għar-responsabbiltà ta’ kwalunkwe persuna oħra
taħt dan l-Att għal dak il-ksur, jitqiesu bħala dawk responsabbli għall-
ksur tad-dispożizzjoni rilevanti jew id-direttiva jew strument
regolatorju rilevanti maħruġa taħt dan l-Att
Iżda bħala difiża għal tali ksur, l-operatur u l-kmandant tal-
inġenju tal-ajru jistgħu jeċċepixxu li l-ksur sar mingħajr il-kunsens jew
l-għarfien tagħhom u li huma eżerċitaw id-diliġenza kollha xierqa
sabiex il-ksur ma jsirx.
(2) Jekk persuna tikser kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan l-Att jew
ta’ kwalunkwe direttiva jew strument regolatorju maħruġa taħtu, hija
għandha meta tinstab ħatja teħel multa ta’ mhux inqas minn mitejn u
ħamsin euro (€250) u mhux aktar minn mitejn u ħamsin elf euro
(€250,000) għall kull ksur separat
Iżda l-qorti li tisma’ l-proċeduri kriminali għandu jkollha
wkoll is-setgħa li tikkonfiska u tirrevoka jew tissospendi kwalunkwe
liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni oħra li tappartjeni lill-akkużat u
li nħarġet skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att għal perjodu ta’
żmien jew għal dejjem
Iżda wkoll id-dispożizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
għandhomx japplikaw fil-każ ta’ kwalunkwe ksur ta’ dan l-Att jew ta’
kwalunkwe strument regolatorju li huma sanzjonati bl-impożizzjoni ta’
penali amministrattiva.
Fejn id-Direttur Ġenerali jidhirlu li kwalunkwe inġenju tal- Ordni sabiex
ajru probabbilment se jtir taħt tali ċirkostanzi li ser isir ksur ta’ tikkanċella
titjira u żżomm
kwalunkwe mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ kwalunkwe inġenju tal-ajru.
direttiva jew strument regolatorju maħruġin taħtu, huwa jista’ jordna
lill-operatur jew lill-kmandant tal-inġenju tal-ajru sabiex ma jħallux l-
inġenju jagħmel dik it-titjira partikolari jew kwalunkwe titjira oħra ta’
tali deskrizzjoni kif jista’ jiġi speċifikat fl-ordni
Iżda d-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali taħt dan l-artikolu
għandha tkompli tibqa’ fis-seħħ sakemm hija espressament revokata
minnu, u hu jista’ jieħu dawk il-passi kollha neċessarji għad-
detenzjoni tal-inġenju tal-ajru kkonċernat.
Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-artikolu 75, xejn f’dan l-Att Kunsens
jew kwalunkwe Skeda tiegħu ma għandu jagħti kwalunkwe dritt li meħtieġ
inżul.
wieħed jinżel fi kwalunkwe post mingħajr il-kunsens tas-sid ta’ dak il-
post.
Xejn f’dan l-Att ma għandu jobbliga lid-Direttur Ġenerali li Tiġdid ta’
jaċċetta applikazzjoni minn detentur ta’ kwalunkwe ċertifikat, liċenzja, applikazzjonijiet
u bdil ta’
approvazzjoni, permess, eżenzjoni, jew dokument ieħor kurrenti, għat- ċirkostanzi.
tiġdid ta’ dak id-dokument, jew għall-għotja ta’ dokument ieħor fil-
kontinwazzjoni ta’ jew fis-sostituzzjoni ta’ dokument kurrenti, jekk l-
applikazzjoni għal dokument ġdid issir f’ċirkostanzi li ġew mibdula
fir-rigward tal-applikazzjoni preċedenti u li jiġġustifikaw in-nuqqas ta’
tiġdid ta’ kwalunkwe dokument maħruġ qabel
Iżda d-Direttur Ġenerali u d-Direttorat jistgħu jirrifjutaw li
jipproċessaw it-tiġdid ta’ dokument kurrenti jekk l-applikazzjoni għal
tali tiġdid hija magħmula iktar minn sittin (60) jum qabel id-data tal-
iskadenza tad-dokument kurrenti.
L-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta’ Operaturi tal-
Ajru), l-Air Navigation Order u Civil Aviation (Air Transport
Licensing) (Fees) Regulations huma b’dan imħassra mingħajr
preġudizzju għal kull ħaġa li saret jew li naqset milli ssir taħthom.
(1) Mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, il-kliem u l-frażijiet
imsemmija fit-tielet kolonna tal-Iskeda 4, liema kliem u frażijiet
jinsabu fid-dispożizzjonijiet speċifikati fit-tieni kolonna tal-istess
Skeda, liema dispożizzjonijiet jinsabu fil-liġijiet imsemmija fl-ewwel
kolonna tal-istess Skeda, għandhom jiġu emendati skont l-emendi
msemmija fir-raba’ kolonna ta’ dik l-Iskeda.
(2) Mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, il-kliem u l-frażijiet
msemmija fit-tielet kolonna tal-Iskeda 5, liema kliem u frażijiet
jinsabu fid-dispożizzjonijiet speċifikati fit-tieni kolonna tal-istess
Skeda, jew id-dispożizzjonijiet sħaħ li jinsabu fit-tieni kolonna tal-
istess Skeda, kif ikun il-każ, u liema dispożizzjonijiet jinsabu fil-
liġijiet imsemmija fl-ewwel kolonna tal-istess Skeda, għandhom jiġu
mħassra.