Legislator Case Law & Legislation
act_2023_39 MT

ATT Nru XXXIX tal-2023 ACT No. XXXIX of 2023 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

4 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Statutory Text (4 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2023 39 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,157 – 28.11.2023 — ATT Nru XXXIX tal-2023 ACT No. XXXIX of 2023 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 21,157, 28 ta’ Novembru, 2023

Taqsima A

MALTA

ATT Nru XXXIX tal-2023

ACT No. XXXIX of 2023

ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’

AN ACT enacted by the Parliament of

Malta.

Malta.

ATT sabiex jemenda l-Att dwar

AN ACT to amend the Further and

l-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla,

Higher Education Act, Cap. 607.

Nagħti l-kunsens tiegħi.

(L.S.)

FRANK BEZZINA

Aġent President

28 ta’ Novembru, 2023

ATT Nru XXXIX tal-2023

ATT sabiex jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla,

IL-PRESIDENT, bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati,

imlaqqgħa f’dan il-Parlament, u bl-awtorità tal-istess, ħareġ b’liġi dan

li ġej:-

(1) It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att tal-2023 li Titolu fil-qosor

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2023 39 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,157 – 28.11.2023 — ATT Nru XXXIX tal-2023 ACT No. XXXIX of 2023 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla u dan l-Att u bidu fis-seħħ.

għandu jinqara u jinftiehem ħaġa waħda mal-Att dwar l-Edukazzjoni Kap. 607.

Avvanzata u Ogħla, hawn iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-Att prinċipali".

(2) Dan l-Att għandu jidħol fis-seħħ f’dik id-data li l-Ministru

responsabbli għall-edukazzjoni jista’ b’avviż fil-Gazzetta jistabbilixxi, u

jistgħu jiġu hekk stabbiliti dati differenti għal dispożizzjonijiet differenti

jew għanijiet differenti ta’ dan l-Att.

L-artikolu 8 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2023 39 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,157 – 28.11.2023 — ATT Nru XXXIX tal-2023 ACT No. XXXIX of 2023 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

Emenda tal-

artikolu 8 tal-

Att prinċipali.

(a) fis-subartikolu (1) tiegħu, il-kliem "mhux anqas minn

ħames (5) membri u mhux aktar minn seba’ (7) membri"

għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "mhux anqas minn sitt (6)

membri u mhux aktar minn disa’ (9) membri";

(b)

is-subartikolu (2) tiegħu għandu jiġi emendat kif ġej

(i) fil-paragrafu (a) tiegħu, il-kliem "sa ħames (5)

persuni" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "sa sitt (6)

persuni";

(ii) fil-paragrafu (b) tiegħu, il-kliem "b’Diżabilità;

u" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "b’Diżabilità;"; u

(iii) fil-paragrafu (ċ) tiegħu, il-kliem "msemmi fl-

artikolu 17." għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "msemmi

fl-artikolu 17; u" u minnufih wara għandu jiġi miżjud dan

il-paragrafu ġdid li ġej

"(d) student li jkun qiegħed isegwi programm

ta’ studju sħiħ f’Livell MQF 7 jew ogħla."; u

(ċ) fis-subartikolu (3) tiegħu, minnufih wara l-kliem

"taċ-Chairperson." għandhom jiġu miżjuda l-kliem "Dan

japplika wkoll f’każ ta’ riżenja jew tneħħija taċ-Chairperson,

sakemm jinħatar Chairperson ġdid.".

Is-subartikolu (3) tal-artikolu 17 tal-Att prinċipali għandu jiġi

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Att 2023 39 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,157 – 28.11.2023 — ATT Nru XXXIX tal-2023 ACT No. XXXIX of 2023 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.

sostitwit b’dan is-subartikolu ġdid li ġej

"(3) Il-Kumitat għandu jinħatar mill-Bord wara sejħa

pubblika, fejn il-kumitat tal-għażla għandu jkun magħmul

miċ-Chairperson tal-Bord, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv, jew

rappreżentant maħtur minnu, u mill-persuna responsabbli

mill-Kwalità u Standards fi ħdan l-Awtorità. Il-Kumitat

għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin

(a) persuna waħda (1) li jkollha fil-pussess

tagħha kwalifika fil-Livell MQF 8 fil-qasam tal-Arti

li għandha tinħatar għal perjodu massimu ta’ tliet

(3) snin;

(b) persuna waħda (1) li jkollha fil-pussess

tagħha kwalifika fil-Livell MQF 8 fil-qasam tax-

Xjenza li għandha tinħatar għal perjodu massimu ta’

tliet (3) snin;

(ċ) persuna waħda (1) li jkollha fil-pussess

tagħha kwalifika fil-Livell MQF 8 fil-qasam tal-

Edukazzjoni Vokazzjonali li għandha tinħatar għal

perjodu massimu ta’ tliet (3) snin;

(d) żewġ (2) persuni li jkunu kompetenti fil-

qasam tal-Kwalità tal-Assigurazzjoni fl-Edukazzjoni

li għandhom jinħatru għal perjodu massimu ta’ erba’

(4) snin;

(e) avukat li jkollu l-esperjenza u l-

kwalitajiet meħtieġa skont il-liġi sabiex jiġi

appuntat maġistrat li għandu jinħatar għal perjodu

massimu ta’ tliet (3) snin;

(f) persuna waħda (1) mill-qasam Mediku

jew professjonijiet anċillari li għandha tinħatar għal

perjodu massimu ta’ tliet (3) snin;

(g) żewġ (2) studenti li jkunu qegħdin

isegwu programm ta’ studju sħiħ li jwassal għal

kwalifika f’Livell MQF 7 jew ogħla u li għandhom

jokkupaw l-irwol għal perjodu massimu ta’ sentejn

(2).".

Mgħoddi mill-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Nru 177 tat-22 ta’

Novembru, 2023.

ANĠLU FARRUGIA

Speaker

RAYMOND SCICLUNA

Skrivan tal-Kamra tad-Deputati

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →