ATT Nru V tal-2022 ACT No. V of 2022 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.
Table of Provisions (14)
Statutory Text (14 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 20,779, 4 ta’ Frar, 2022
Taqsima A
MALTA
ATT Nru V tal-2022
ACT No. V of 2022
ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’
AN ACT enacted by the Parliament of
Malta.
Malta.
ATT sabiex ikompli jemenda l-Kodiċi
AN ACT to further amend the Criminal
Kriminali, Kap. 9.
Code, Cap. 9.
Nagħti l-kunsens tiegħi.
(L.S.)
GEORGE VELLA
President
4 ta’ Frar, 2022
ATT Nru V tal-2022
ATT sabiex ikompli jemenda l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9.
IL-PRESIDENT, bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati,
imlaqqgħa f’dan il-Parlament, u bl-awtorità tal-istess, ħareġ b’liġi dan
li ġej:-
(1) It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att tal-2022 li Titolu fil-qosor
jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 2) u dan l-Att għandu u bidu fis-seħħ.
jinqara u jinftiehem ħaga waħda mal-Kodiċi Kriminali, hawn iżjed ’il Kap. 9.
quddiem imsejjaħ "il-Kodiċi".
(2) Dan l-Att għandu jidħol fis-seħħ f’dik id-data li l-Ministru
responsabbli għall-ġustizzja jista’ jistabbilixxi b’avviż fil-Gazzetta, u
jistgħu jiġu hekk stabbiliti dati differenti għal dispożizzjonijiet
differenti jew għal għanijiet differenti ta’ dan l-Att.
Fis-subartikolu (2) tal-artikolu 392A tal-Kodiċi, il-kliem "u Emenda tal-
tordna li l-atti, flimkien ma’ kopja tas-sentenza, jiġu mibgħuta lill- artikolu
tal-Kodiċi.
Avukat Ġenerali fi żmien sitt ijiem tax-xogħol" għandhom jiġu
sostitwiti bil-kliem "u tordna li fi żmien sitt (6) ijiem tax-xogħol l-
Avukat Ġenerali jingħata aċċess għal kopja skenjata tal-atti, flimkien
ma’ aċċess għal kopja skenjata tas-sentenza.".
Il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) tal-artikolu 392B tal-
Kodiċi għandu jiġi sostitwit bil-paragrafu ġdid li ġej
"(a) tordna li l-Avukat Ġenerali, fi żmien tlett (3) ijiem
tax-xogħol, jingħata aċċess bil-mezzi elettroniċi għal kopja
skenjata tal-atti tal-kompilazzjoni, flimkien mal-oġġetti li
jkollhom x’jaqsmu mal-każ; u".
L-artikolu 401 tal-Kodiċi għandu jiġi emendat kif ġej
(a) is-subartikolu (3) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-
subartikolu ġdid li ġej
"(3) Fil-każ il-wieħed u l-ieħor, il-qorti tordna li l-
Avukat Ġenerali, fi żmien tlett (3) ijiem tax-xogħol
jingħata aċċess bil-mezzi elettroniċi għal kopja skenjata
tal-atti tal-kompilazzjoni flimkien mal-oġġetti li jkollhom
x’jaqsmu mad-delitt."; u
(b) fis-subartikolu (3A) tiegħu l-kliem "Il-qorti għandha
wkoll taġġorna l-każ għal data oħra kif ingħad wara li tkun
irċeviet lura mingħand l-Avukat Ġenerali l-atti tal-kompilazzjoni
u qabel ma tibgħat l-atti lura lill-Avukat Ġenerali skont xi
dispożizzjoni ta’ dan il-Kodiċi." għandhom jiġu mħassra.
L-artikolu 402 tal-Kodiċi għandu jiġi emendat kif ġej
(a) fis-subartikolu (4) tiegħu l-kliem "il-qorti tordna li l-
atti tal-kompilazzjoni jintbagħtu lill-Avukat Ġenerali fiż-żmien
imsemmi fis-subartikolu (3) tal-aħħar artikolu qabel dan"
għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "il-qorti tordna li l-Avukat
Ġenerali jingħata aċċess bil-mezzi elettroniċi għal kopja skenjata
tal-atti tal-kompilazzjoni fi żmien tlett (3) ijiem tax-xogħol"; u
(b) is-subartikolu (5) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-
subartikolu ġdid li ġej
"(5) Jekk l-Avukat Ġenerali, meta jingħata aċċess
għal kopja skenjata tal-atti bil-mezzi elettroniċi, ma jkunx
irid joqgħod għall-fehma tal-periti dwar il-ġenn tal-
imputat, huwa jista’, fiż-żmien imsemmi fl-artikolu 432(1),
jitlob bil-miktub li tissokta l-kumpilazzjoni fuq il-mertu
tal-akkuża, inkella jista’, b’rikors ippreżentat quddiem il-
Qorti Kriminali, iġib il-kwistjoni quddiem dik il-qorti, u
jitlob li titmexxa skont l-artikoli 620, 627 u 628
Iżda l-Avukat Ġenerali għandu jippreżenta dak
ir-rikors jekk l-akkużat b’rikors quddiem il-qorti istruttorja
jagħmel talba f’dak is-sens qabel ma l-Avukat Ġenerali
jingħata aċċess għall-atti skenjati bil-mezzi elettroniċi
skont l-aħħar subartikolu ta’ qabel dan.".
L-artikolu 405 tal-Kodiċi għandu jiġi emendat kif ġej
Emenda tal-
artikolu 405 tal-
Kodiċi.
(a) is-subartikolu (2) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-
subartikolu ġdid li ġej
(2) L-Avukat Ġenerali għandu, għal dan l-iskop,
jippreżenta
talba tiegħu bil-miktub, u fiha għandu jfisser
għandu jibgħat
fuqiex għandu jsir l-eżami jew l-eżami mill-ġdid tax-
xhieda.";
(b)
is-subartikolu (6) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-
subartikolu ġdid li ġej
" Aċċess għall-
(6) Aċċess bil-mezzi elettorniċi għax-xhieda
skenjata tax-xhieda meħudin taħt dan l-artikolu għandu,
bla ebda dewmien, jingħata lill-Avukat Ġenerali."; u
(ċ) is-subartikolu (7) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-
subartikolu ġdid li ġej
" Żmien għall-
(7) Meta t-talba għas-smigħ tax-xhieda ssir mill-
imputat, iż-żmien li fih għandu jiġi ppreżentat l-att tal-
akkuża jibda jgħodd mill-jum li fih aċċess bil-mezzi
elettroniċi għall-atti skenjati tal-kompilazzjoni, flimkien
ma’ aċċess bil-mezzi elettroniċi għax-xhieda skenjata
tax-xhieda hekk mismugħa, jingħata mill-ġdid lill-Avukat
Ġenerali.".
L-artikolu 406 tal-Kodiċi għandu jiġi emendat kif ġej
Emenda tal-
artikolu 406 tal-
Kodiċi.
(a) is-subartikolu (2) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-
subartikolu ġdid li ġej
"(2) L-atti tal-kompilazzjoni għandhom jigu mir-
reġistratur mibgħuta lill-Qorti tal-Maġistrati flimkien mar-
rikors fuq imsemmi."; u
(b) is-subartikolu (3) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-
subartikolu ġdid li ġej
"(3) Il-Qorti tal-Maġistrati għandha tibgħat lura l-
atti, flimkien max-xhieda lill-Qorti Kriminali u tordna li l-
Avukat Ġenerali jingħata, fi żmien tlett (3) ijiem, aċċess
bil-mezzi elettroniċi għax-xhieda skenjata tax-xhieda hekk
mismugħa.".
Is-subartikolu (1) tal-artikolu 408 tal-Kodiċi għandu jiġi
sostitwit bis-subartikolu ġdid li ġej
"(1) Matul il-kompilazzjoni u sakemm l-Avukat Ġenerali
jingħata aċċess bil-mezzi elettroniċi għall-atti skenjati, ħadd ma
jista’ jara lill-imputat, meta hu taħt arrest, jekk mhux bil-permess
tal-maġistrat li jkun imexxi l-kompilazzjoni.".
Is-subartikolu (4) tal-artikolu 409A tal-Kodiċi għandu jiġi
sostitwit b’dan is-subartikolu ġdid li ġej
"(4) Meta l-qorti tiddeċiedi li tilqa’ r-rikors, l-Avukat
Ġenerali għandu, sa mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jiġi
minnufih wara, jingħata aċċess bil-mezzi elettroniċi għar-rekord
tal-proċeduri skenjati, inkluża kopja skenjata tad-deċiżjoni tal-
qorti, u l-Avukat Ġenerali jista’, fi żmien jumejn (2) tax-xogħol
minn meta jirċievi aċċess bil-mezzi elettroniċi għar-rekord skenjat
u jekk ikun tal-fehma li l-arrest u l-kontinwazzjoni tad-detenzjoni
tal-persuna hekk meħlusa mill-arrest kienu msejsa fuq xi
dispożizzjoni ta’ dan il-Kodiċi jew ta’ xi liġi oħra, jagħmel rikors
quddiem il-Qorti Kriminali sabiex jikseb l-arrest mill-ġdid u l-
kontinwazzjoni tad-detenzjoni tal-persuna hekk meħlusa mill-
arrest.".
Is-subartikolu (3) tal-artikolu 412B tal-Kodiċi għandu jiġi
sostitwit bis-subartikolu ġdid li ġej
"(3) Meta r-rikors isir għar-rigward ta’ proċeduri li jkunu
għadhom pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti
istruttorja qabel ma jkun ġie ppreżentat att tal-akkuża jew jekk
iż-żmien imsemmi fis-subartikolu (3A) tal-artikolu 401 jkun
għadu għaddej, ir-rikors isir quddiem il-Qorti Kriminali u
għandhom mutatis mutandis japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’
qabel ta’ dan l-artikolu dwar dak ir-rikors.".
L-artikolu 414 tal-Kodiċi għandu jiġi sostitwit b’dan l-
artikolu ġdid li ġej
414. (1) Meta l-kawża titmexxa mill-Pulizija, il-
qorti li tagħti s-sentenza għandha, fuq talba bil-miktub
magħmula lilha mill-Pulizija, jew mill-parti offiża
notifikata bl-avviż tal-ewwel smigħ jew imdaħħla fil-
proċeduri kif provdut fis-subartikoli (4) u (5) tal-artikolu
410, mhux aktar tard minn erbat (4) ijiem tax-xogħol
mill-għoti ta’ dik is-sentenza, tagħti aċċess lill-Avukat
Ġenerali bil-mezzi elettroniċi, permezz tar-reġistratur, fi
żmien tlett (3) ijiem tax-xogħol minn dakinhar tat-talba,
għal kopja skenjata tas-sentenza flimkien ma’ kopja
skenjata tal-atti tal-kawża u max-xhieda, jekk din tkun
tniżżlet bil-miktub.
(2) Fil-każ ta’ sentenzi mill-Qorti tal-Maġistrati
(Għawdex), il-kopja skenjata tas-sentenza flimkien mal-
kopja skenjata tal-atti tal-kawża, u max-xhieda, jekk din
tkun tniżżlet bil-miktub, għandhom jintbagħtu bil-mezzi
elettroniċi.".
Fis-subartikolu (1) tal-artikolu 417 tal-Kodiċi l-kliem "minn Emenda tal-
dak in-nhar li jirċievi l-atti:" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "minn artikolu
dakinhar li jingħata aċċess bil-mezzi elettroniċi għall-atti skenjati:".
L-artikolu 699 tal-Kodiċi għandu jiġi sostitwit b’dan l- Sostituzzjoni
artikolu ġdid li ġej
" Setgħat sabiex
699. Minkejja dispożizzjonijiet oħra ta’ dan il-
isiru regolamenti.
Kodiċi jew ta’ xi liġi oħra, il-Ministru responsabbli
għall-Ġustizzja jista’ jagħmel regolamenti sabiex
jirregola
(a) il-metodi
tan-notifika
tal-atti
ġudizzjarji taħt dan il-Kodiċi; u
(b) id-dritt tal-aċċess b’mezzi elettroniċi,
mill-Prosekuzzjoni u minn xi avukat jew
prokuratur legali li jirrappreżentaw lill-imputat
jew lill-akkużat, il-vittma jew xi parti interessata
oħra, għall-atti tal-kawża u dokumentazzjoni oħra
ta’ qrati ta’ ġuriżdizzjoni kriminali; u
(ċ) fir-rigward ta’ xi kwistjoni oħra li fil-
fehma tal-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja
hija inċidentali u, jew konsegwenzjali għal xi
kwistjoni provduta għaliha fil-paragrafi (a) u (b).".
Mgħoddi mill-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Nru 539 tas-26 ta’
Jannar, 2022.
ANĠLU FARRUGIA
Speaker
RAYMOND SCICLUNA
Skrivan tal-Kamra tad-Deputati