ATT Nru XLVIII tal-2021 ACT No. XLVIII of 2021 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.
Table of Provisions (18)
Statutory Text (18 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 20,671, 23 ta’ Lulju, 2021
Taqsima A
MALTA
ATT Nru XLVIII tal-2021
ACT No. XLVIII of 2021
ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’
AN ACT enacted by the Parliament of
Malta.
Malta.
ATT li jemenda l-Att dwar l-Inġiniera,
AN ACT to amend the Inġiniera Act,
Nagħti l-kunsens tiegħi.
(L.S.)
GEORGE VELLA
President
23 ta’ Lulju, 2021
ATT Nru XLVIII tal-2021
ATT li jemenda l-Att dwar l-Inġiniera, Kap. 321.
IL-PRESIDENT, bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati,
imlaqqgħa f’dan il-Parlament, u bl-awtorità tal-istess, ħareġ b’liġi dan
li ġej:-
It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att huwa l-Att tal-2021 li jemenda Titolu fil-qosor.
l-Att dwar l-Inġiniera u dan l-Att għandu jinqara u jinftiehem ħaġa
waħda mal-Att dwar l-Inġiniera, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "l- Kap. 321.
Att prinċipali".
(1) Fl-artikolu 1 tal-Att prinċipali l-kliem "Att dwar il- Emenda tal-
Professjoni tal-Inġinerija" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "L-Att dwar artikolu
Att prinċipali.
l-Inġiniera" u t-titolu tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat skont dan.
(2) Il-kliem "Att dwar il-Professjoni tal-Inġinerija", kull fejn
jokkorru fil-Liġijiet ta’ Malta, għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "Att
dwar l-Inġiniera".
L-artikolu 2 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a) minnufih qabel it-tifsira "Bord" għandha tiżdied it-
tifsira ġdida li ġejja
" "attivitajiet riżervati" tfisser iċ-ċertifikazzjoni ta’
kwalunkwe servizz ta’ inġinerija ta’ natura mekkanika jew
elettrika, li tista’ titwettaq biss u esklużivament minn
inġinier, li għandu rabta diretta u speċifika mal-kwalifiki
professjonali, bħat-tifsira tal-professjoni, l-ambitu ta’
attivitajiet koperti minn professjoni jew riżervati għaliha, l-
użu ta’ titoli u diliġenza professjonali dovuta li hija
marbuta direttament u speċifikament mal-ħarsien u s-
sigurtà tal-konsumatur, u l-istess attivitajiet għandhom
jitwettqu minn, jew taħt l-awtorizzazzjoni u l-gwida ta’
inġinier li huwa detentur ta’ warrant, jew persuna legali
kompetenti fil-qasam, kif rikonoxxuti mill-Bord;";
(b)
it-tifsira "Bord" għandha tiġi sostitwita b'din li ġejja
" "Bord" tfisser Bord tal-Inġiniera mwaqqaf skont l-
artikolu 6;";
(ċ) minnufih wara t-tifsira "Bord", kif sostitwita,
għandhom jiżdiedu t-tifsiriet ġodda li ġejjin
" "Direttiva dwar is-Servizzi" tfisser id-Direttiva
2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12
ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern;
"fornitur ta’ servizz" tfisser persuna naturali li tkun
ċittadina ta’ Stat Membru jew persuna legali li tkun
stabbilita fi Stat Membru li toffri jew tipprovdi servizz
skont id-Direttiva dwar is-Servizzi;";
(d)
fit-test Ingliż, it-tifsira "Engineer" għandha tiġi
mħassra;
(e)
it-tifsira "Inġinier" għandha tiġi sostitwita b’din li
ġejja
" "Inġinier" tfisser kull persuna li kisbet warrant
skont l-artikolu 4 tal-Att;"
u fit-test Ingliż il-kliem "engineer" u "engineers", kull fejn
jokkorru fl-Att prinċipali, għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem
"inġinier" u "inġiniera" skont dan;
(f)
minnufih wara t-tifsira "Ministru" għandha tiżdied
it-tifsira ġdida li ġejja
" "persuna legali" tfisser kumpanija jew intrapriża
mwaqqfa taħt il-liġi ċivili jew kummerċjali, inkluża soċjetà
koperattiva, u persuni legali oħra regolati mil-liġi pubblika
jew privata, għajr għal dawk li ma jagħmlux profitt,
iffurmati skont il-liġi ta’ Stat Membru u li jkollhom
uffiċċju reġistrat, amministrazzjoni ċentrali jew post
prinċipali tan-negozju tagħhom fi ħdan l-Unjoni
Ewropea;";
(g)
it-tifsira "provditur ta’ servizz" għandha tiġi mħassra;
(h) minnufih wara t-tifsira "professjoni ta’ inġinier"
għandhom jiżdiedu t-tifsiriet ġodda li ġejjin
" "riċevitur ta’ servizz" tfisser kull persuna naturali
jew legali li tkun ċittadin ta’ Stat Membru, jew li tgawdi
mid-drittijiet mogħtija lilha mill-Atti Komunitarji, jew kull
persuna legali li tkun stabbilita fi Stat Membru li, għal
għanijiet professjonali jew xort'oħra, tuża jew tixtieq tuża
servizz;
"servizzi ta’ inġinerija" tfisser attivitajiet ta’ disinn,
speċifikazzjoni, żvilupp, installazzjoni, kummissjonar,
tħaddim, manutenzjoni u dekummissjonar ta’ kwalunkwe
proċess, informazzjoni u sistemi relatati mekkaniċi,
elettriċi, kimiċi u l-imsemmija attivitajiet għandhom
jitwettqu minn jew taħt l-awtorizzazzjoni u l-gwida ta’
inġinier li għandu warrant, kompetenti fil-qasam kif
rikonoxxut mill-Bord;
"stabbiliment" tfisser it-twettiq attwali ta’ attività
ekonomika, kif imsemmija fl-Artikolu 49 tat-Trattat, mill-
fornitur ta’ servizz għal perjodu indefinit u permezz ta’
infrastruttura stabbli minn fejn jitwettaq in-negozju tal-
forniment tas-servizzi tal-inġinerija;";
(i) fit-tifsira "Stat Membru", il-kliem "Żona Ekonomika
Ewropea;" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "Unjoni
Ewropea";
(j) minnufih wara t-tifsira "Stat Membru", kif emendata,
għandhom jiżdiedu t-tifsiriet ġodda li ġejjin
" "Stat Membru ta’ stabbiliment" tfisser l-Istat
Membru li fih il-fornitur tas-servizz konċernat huwa
stabbilit;
"tagħlim tul il-ħajja" tfisser l-edukazzjoni ġenerali, l-
edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni mhux
formali u t-tagħlim informali kollha li ttieħdu tul il-ħajja, li
jirriżultaw f’titjib fl-għarfien, fil-ħiliet u l-kompetenzi, li
jista’ jinkludi l-etika professjonali;
"Trattat" tfisser it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-
Unjoni Ewropea;
"Unjoni Ewropea" għandu jkollha l-istess tifsira
mogħtija lilha fit-Trattat;".
Il-proviso tas-subartikolu (4) tal-artikolu 3 tal-Att prinċipali
għandu jiġi mħassar.
L-artikolu 4 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a) fis-subartikolu (1) tiegħu, il-kliem "subartikolu (2)"
għandu jiġi sostitwit bil-kliem "artikolu 3(2)";
(b)
is-subartikolu (2) tiegħu għandu jiġi sostitwit b'dan li
"(2) Mingħajr preġudizzju għall-provisos tal-
artikolu 5B(6), kull persuna li qiegħda teżerċita l-
professjoni skont dan l-Att tista’ tuża l-isem "Inġinier" jew
l-abbrevjazzjoni tiegħu "Inġ." ma’ isimha, jekk hija
detentur ta’ warrant.".
L-artikolu 5B tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a) fis-subartikolu (1) tiegħu, minnufih wara l-kliem
"fuq bażi temporanja u okkażjonali" għandu jiżdied il-kliem
"mingħajr ma tkun teħtieġ li ssegwi l-proċeduri biex jinkiseb
warrant,";
(b) fis-subartikolu (1)(b) tiegħu, il-kliem "jew l-
edukazzjoni u t-taħriġ li jwasslu għall-professjoni" għandu jiġi
mħassar u l-kliem "jkunu regolati" għandu jiġi sostitwit bil-
kliem "tkun regolata";
(ċ) fis-subartikolu (2)(ċ) tiegħu, il-kliem "id-detentur tal-
warrant" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "il-persuna";
(d)
is-subartikolu (4) tiegħu għandu jiġi sostitwit b'dan li
"(4) Il-Bord għandu jeżamina n-natura temporanja u
okkażjonali tal-provvista tal-attivitajiet riżervati każ
b’każ.";
(e) minnufih wara s-subartikolu (6) tiegħu għandhom
jiżdiedu l-provisos ġodda li ġejjin
"Iżda l-attivitajiet riżervati għandhom ikunu
provduti taħt it-titolu professjonali tal-Istat Membru ta’
stabbiliment, sa fejn dak it-titolu jeżisti f’dak l-Istat
Membru għall-attività riżervata inkwistjoni. Dak it-titolu
għandu jkun indikat bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-
lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment, b’mod li
jiġi evitat kull kunflitt mat-titolu professjonali f’Malta.
Fejn ma jeżistix titolu professjonali fl-Istat Membru ta’
stabbiliment, il-fornitur tas-servizz għandu jindika l-
kwalifika formali tiegħu b’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’
Malta
Iżda wkoll fejn il-kwalifiki professjonali ġew
verifikati mill-Bord skont it-termini tal-paragrafu (b) tas-
subartikolu (5), l-attivitajiet riżervati għandhom jiġu
provduti taħt it-titolu professjonali ta’ "Inġinier" jew l-
abbrevjazzjoni tiegħu "Inġ." flimkien ma’ isem il-fornitur
tas-servizz u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-liċenzja
temporanja mogħtija mill-Bord.";
(f) minnufih wara l-provisos ġodda tas-subartikolu (6)
tiegħu, kif miżjuda, għandu jiżdied is-subartikolu ġdid li ġej
"(7) Fejn ċittadin ta’ Stat Membru għandu l-
kwalifiki professjonali li huma rikonoxxuti minn Stat
Membru ieħor, iżda fejn l-ambitu tal-attivitajiet
professjonali huwa iktar ristrett minn dawk ta’ Malta, u d-
differenzi bejn l-oqsma tal-attività huma tant li programm
sħiħ tal-edukazzjoni u t-taħriġ ikun meħtieġ għall-
professjonist biex jikkumpensa għan-nuqqasijiet, il-Bord
tal-Warrant jista’ jagħti lill-kandidat aċċess parzjali għall-
professjoni għall-għanijiet tal-istabbiliment f’Malta għall-
provvista ta’ servizzi temporanja u okkażjonali, jekk il-
professjonist jaqbel ma' dan
Iżda din l-attività professjonali kwalifikata
tista’ tkun mifruda oġġettivament minn attivitajiet oħra li
jaqgħu taħt il-professjoni: f’dan il-każ, l-eżerċizzju tal-
professjoni għandu jitwettaq taħt it-titolu professjonali tal-
Istat Membru domiċiljari, sakemm dan ma joħloqx
konfużjoni għar-riċevituri tas-servizz f’Malta.".
L-artikolu 6 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a) fis-subartikolu (1) tiegħu, il-kliem "Bord tal-
Professjoni tal-Inġinerija" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "Bord
tal-Inġiniera";
(b)
is-subartikolu 3 tiegħu għandu jiġi mħassar; u
(ċ) is-subartikoli (4) sa (9) tiegħu għandhom jiġu
enumerati mill-ġdid bħala s-subartikoli (3) sa (8) rispettivament.
L-artikoli 8, 9, 10 u 11 tal-Att prinċipali għandhom jiġu
sostitwiti b'dawn li ġejjin
8. (1) Kull persuna legali li tkun stabbilita
f’Malta jew fi Stat Membru ieħor tista’ tipprovdi servizzi
ta’ inġinerija f’Malta, iżda kwalunkwe attivitajiet riżervati
jittieħdu f’isem l-imsemmija persuna legali minn detentur
tal-warrant, jew minn kull persuna li tingħata liċenzja
speċjali marbuta mal-istess attivitajiet skont l-artikolu 5,
jew minn persuna msemmija fl-artikolu 5B, sakemm fl-
aħħar każ, ir-rekwiżiti tal-artikolu 5B ikunu sodisfatti.
(2) Mingħajr preġudizzju għal xi responsabbiltà jew
obbligazzjoni skont il-liġi tal-persuna legali nnifisha, il-
fatt li l-attivitajiet riżervati jittieħdu f’isem persuna legali
skont is-subartikolu (1), minn detentur tal-warrant, jew
minn kull persuna li tingħata liċenzja speċjali taħt l-
artikolu 5, jew minn persuna msemmija fl-artikolu 5B, ma
għandux jeżonera l-imsemmi detentur tal-warrant, jew id-
detentur tal-liċenzja speċjali, jew il-persuna msemmija fl-
artikolu 5B, minn xi responsabbiltà jew mill-
obbligazzjonijiet tagħhom skont il-liġi fir-rigward tal-
attivitajiet riżervati li jkunu ħadu f’isem il-persuna legali.
(3) L-isem tad-detentur tal-warrant, jew tal-persuna
mogħtija liċenzja speċjali skont l-artikolu 5, jew tal-
persuna msemmija fl-artikolu 5B, li twettaq l-attivitajiet
riżervati f’isem persuna legali skont is-subartikolu (1),
għandha tiġi identifikata b’mod ċar f’kull komunikazzjoni
formali jew kuntratt ta’ servizz mar-riċevitur tas-servizz u
f’kull materjal ta’ kummerċ li jirrigwarda l-attivitajiet
riżervati.
(1) Detenturi tal-warrant, persuni li jingħataw
Dispożizzjoni-
liċenzja speċjali taħt l-artikolu 5, u persuni li jeżerċitaw il-
assigurazzjoni
professjoni ta’ inġinier fuq bażi temporanja u okkażjonali
responsabblità skont l-artikolu 5B, li fl-eżerċizzju tal-professjoni ta’
għal detenturi inġinier għandu riskju dirett u partikolari għas-saħħa jew
is-sikurezza tar-riċevitur jew ta’ terza persuna, jew għas-
sigurtà finanzjarja tar-riċevitur, għandhom jabbonaw
f’assigurazzjoni għal responsabbiltà professjonali xierqa
għan-natura u l-limitu tar-riskju, jew jipprovdu garanzija
jew arranġament simili li huwa ekwivalenti jew
essenzjalment komparabbli f’dak li jirrigwarda l-għan
tiegħu. Fil-każ ta’ persuni li jeżerċitaw il-professjoni ta’
inġinier fuq bażi temporanja u okkażjonali skont l-artikolu
5B, id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 6(1)(b) tal-Att dwar
is-Servizzi (Suq Intern) għandhom japplikaw
Iżda dik l-assigurazzjoni għal responsabbiltà
professjonali jew garanzija jew arranġament simili
għandha tissussisti jew tibqa’ attiva għal mill-anqas
ħames snin mid-data li fuqha l-attività riżervata relattiva li
twassal għall-obbligu ta’ abbonament għal assigurazzjoni
għal responsabbiltà professjonali, jew tipprovdi garanzija
jew arranġament simili skont is-subartikolu (1), għandha
tkun kompluta.
(2) Kull persuna li tkun stabbilita f’Malta għandha
tkun marbuta li tkun koperta b’assigurazzjoni għal
responsabbiltà professjonali, jew li tipprovdi garanzija
jew arranġament simili taħt dan l-artikolu u għandha, kull
sena u fi żmien ġimgħa li toħroġ, temenda jew iġġedded
tali assigurazzjoni, garanzija jew arranġament simili,
tipprovdi lill-Bord b’attestazzjonijiet ta’ dik il-kopertura
maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u assiguraturi li
jkunu stabbiliti fi Stat Membru
Iżda persuna li teżerċita l-professjoni ta’ inġinier
skont l-artikolu 5B għandha tkun unikament obbligata li
tipprovdi lill-Bord id-dikjarazzjoni msemmija fil-
paragrafu (a) tas-subartikolu (2) tal-artikolu 5B.
(3) Għall-għan ta’ dan l-artikolu
"riskju dirett u partikulari" tfisser riskju li
joħroġ direttament mill-għoti tas-servizz;
"saħħa u sikurezza" tfisser, dwar riċevitur jew
terza persuna, il-prevenzjoni ta’ mewt jew korriment
serju personali;
"sigurtà finanzjarja" tfisser, dwar riċevitur, il-
prevenzjoni ta’ telf sostanzjali ta’ flus jew tal-valur
ta’ proprjetà;
"assigurazzjoni
għal
responsabbiltà
professjonali" tfisser assigurazzjoni li tkun maħruġa
minn fornitur fir-rigward ta’ responsabbiltajiet
potenzjali lil riċevituri u, fejn applikabbli, minn terzi
li joħorġu mill-għoti tas-servizz.
(4) Id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma
għandhomx japplikaw għal detentur tal-warrant li hu
impjegat tal-amministrazzjoni pubblika fir-rigward ta’
kwalunkwe attivitajiet jew servizzi, li skont il-Liġijiet ta’
Malta jistgħu jitwettqu biss minn detentur tal-warrant, u li
huwa jipprovdi f’isem l-amministrazzjoni pubblika fl-
iskop tal-impjieg tiegħu u dan għaliex l-amministrazzjoni
pubblika tkun responsabbli għall-obbligazzjonijiet ta’
detentur tal-warrant li jirriżultaw mis-subartikolu (1),
anke jekk tali impjegat ma jibqax impjegat tal-
amministrazzjoni pubblika
Għall-finijiet
ta’
dan
is-subartikolu
"amministrazzjoni pubblika" tfisser il-Gvern ta’ Malta
inklużi l-ministeri u d-dipartimenti tiegħu, il-korpi
speċjalizzati u l-aġenziji, l-entitajiet tal-Gvern u l-
organizzazzjonijiet li fihom il-Gvern ikollu kontroll
effettiv, sew jekk dik l-organizzazzjoni tkun jew ma tkunx
imwaqqfa b’liġi.
Kull detentur tal-warrant jew kull persuna li
tingħata liċenzja speċjali taħt l-artikolu 5, jew kull
persuna li teżerċita l-professjoni ta’ inġinier fuq bażi
temporanja u okkażjonali skont l-artikolu 5B, għandha
twettaq servizzi ta’ inġinerija mingħajr influwenza li mhix
xierqa u għandha tirrifjuta li twettaq kwalunkwe minn
dawn is-servizzi meta l-indipendenza tagħha hija
kompromessa.
Kull ftehim jew arranġament ieħor li jkollu l-
ħsieb li jeżenta lil detentur tal-warrant, jew lil xi persuna
li tkun ingħatat liċenzja speċjali taħt l-artikolu 5, jew lil xi
persuna li teżerċita l-professjoni ta’ inġinier fuq bażi
temporanja u okkażjonali taħt l-artikolu 5B, minn xi
responsabbiltà, piż jew dmir taħt l-Att tal-2021 li jemenda
l-Att dwar l-Inġiniera, jew taħt xi liġi oħra, jew li
2021. teħlishom minnhom, ħlief taħt assigurazzjoni, garanzija
jew arranġament simili magħmula taħt l-artikolu 9, biex
jingħatalhom indennizz kontra kull tali responsabbilità,
piż jew dmir, ikun null u mingħajr effett.".
9. L-artikoli 13 u 14 tal-Att prinċipali għandhom jiġu sostitwiti
b'dawn li ġejjin
(1) Warrant jew liċenzja speċjali maħruġa,
mogħtija jew magħmula taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-
Att tista’ tiġi rtirata jew ikkanċellata mill-Bord fuq talba
tad-detentur tal-warrant jew tal-liċenzja, kif ikun il-każ.
(2) Minkejja dak imsemmi preċedentement, warrant
jew liċenzja speċjali, jistgħu jerġgħu jinħargu, jew
jingħataw jew isiru mill-ġdid, f ’kull żmien, jekk il-
kundizzjonijiet għal dak il-ħruġ ikunu ġew sodisfatti.
Il-Bord jista’, b’ordni bil-miktub, jissospendi jew
jirrevoka jew iħassar warrant jew liċenzja speċjali
maħruġa skont l-artikolu 5, jekk id-detentur tal-warrant
jew tal-liċenzja, skont kif ikun il-każ
(a) ikun instab ħati, wara inkjesta mill-Bord,
ta’ xi wieħed mill-atti jew ommissjonijiet li ġejjin
(i) diżonestà, imġiba ħażina jew
ommissjoni serja fl-eżerċizzju tal-professjoni
tiegħu;
(ii) imġiba li tiskredita l-professjoni;
(iii) nuqqas ta’ ħarsien ta’ regolamenti
dwar l-istandards jew il-prattiċi professjonali,
jew ta’ xi wieħed mill-obbligi legali skont dan
l-Att jew fir-rigward ta’ attivitajiet riżervati;
jew
(iv) nuqqas
ta'
ħarsien
ta'
xi
kundizzjoni annessa mal-warrant jew fil-
liċenzja
speċjali
maħruġa
taħt
id-
dispożizzjonijiet tal-artikolu 16; jew
(b) ikun instab ħati minn qorti kompetenti
ta’ reat taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’
xi regolamenti li jsiru taħtu; jew
(ċ) mingħajr
preġudizzju
għad-
dispożizzjonijiet tal-artikolu 12, ikun instab ħati
minn qorti kompetenti ta’ reat li jolqot il-fiduċja
pubblika jew ta’ serq jew ta’ frodi jew li jkun
xjentement irċieva proprjetà miksuba b’serq jew bi
frodi.".
10. Fl-artikolu 15 tal-Att prinċipali l-kliem "; u meta titħassar ir- Emenda tal-
reġistrazzjoni ta’ soċjetà ta’ inġinieri l-membri ta’ dik is-soċjetà ma artikolu
għandhomx jibqgħu jaġixxu għan-nom u in rappreżentanza tas-soċjetà
u s-soċjetà ma għandhiex tibqa’ tuża l-isem "Inġinier" jew l-
abbrevjazzjoni tiegħu "Inġ." għandu jiġi mħassar.
11. L-artikolu 16 tal-Att prinċipali għandu jiġi sostitwit b’dan li
Il-Bord jista’, wara li tgħaddi sena mid-data tar-
joħroġ warrant
revoka jew irtirar tal-warrant jew liċenzja speċjali, u jekk
il-Bord jirrakkomanda hekk, joħroġ mill-ġdid warrant jew
liċenzja speċjali taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att,
suġġett għal dawk il-kundizzjonijiet li l-Bord jidhirlu
meħtieġa.".
12. L-artikolu 17 tal-Att prinċipali għandu jiġi mħassar.
13. L-artikolu 19 tal-Att prinċipali għandu jiġi sostitwit b'dan li
(1) Kull persuna li, sabiex tikseb il-warrant jew
liċenzja speċjali jew bl-għanijiet tal-artikolu 5B, tagħti xi
tagħrif inkorrett jew xort’oħra taġixxi b’mod qarrieqi jew
bi frodi, għandha tkun ħatja ta’ reat u tista’ teħel, meta
tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn elfejn u ħames
mitt euro (€2,500), jew piena ta’ priġunerija għal mhux
iżjed minn tnax-il xahar, jew dik il-multa u l-priġunerija
flimkien.
(2) Kull persuna li, ma tkunx intitolata skont dan l-
Att, tassumi jew tuża l-isem ta’ "Inġinier" jew l-
abbrevjazzjoni tiegħu "Inġ.", jew b’xi mod tindika li hi
intitolata teżerċita l-professjoni ta’ inġinier, tkun ħatja ta’
reat u tista’ teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed
minn elf, mitejn u ħamsin euro (€1,250), u fir-rigward tat-
tieni reat jew reati oħra sussegwenti l-piena ta’ priġunerija
għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur, jew dik il-multa
u l-priġunerija flimkien.
(3) Mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjoni oħra
tal-liġi li tgħid il-kuntrarju, kull persuna li, meta ma tkunx
detentur ta’ warrant jew ta’ liċenzja speċjali, jew li ma
tkunx intitolata li teżerċita temporanjament skont id-
dispożizzjonijiet tal-Att tal-2021 li jemenda l-Att dwar l-
Inġiniera, teżerċita l-professjoni ta’ inġinier, tkun ħatja ta’
2021. reat u tista’ teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas
minn ħames mitt euro (€500), iżda ta’ mhux iżjed minn
ħamest elef euro (€5,000), u fir-rigward tat-tieni reat jew
reati oħra sussegwenti, multa ta’ mhux inqas minn seba’
mitt euro (€700) iżda ta’ mhux iżjed minn tnax-il elf u
ħames mitt euro (€12,500), jew piena ta’ priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik il-multa u l-
priġunerija flimkien.
(4) Kull persuna li taġixxi bi ksur tad-
dispożizzjonijiet tal-artikolu 9 tkun ħatja ta’ reat u tista’
teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn ħames
mitt euro (€500) iżda ta’ mhux iżjed minn ħamest 'elef
euro (€5,000), u fil-każ ta’ reat kontinwu multa
addizzjonali ta’ sebgħin euro (€70) għal kull ġurnata li
matulha jissussisti r-reat.
(5) Kull persuna li taġixxi bi ksur tad-
dispożizzjonijiet tal-artikolu 9 tkun ħatja ta’ reat u tista’
teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn ħames
mitt euro (€500) iżda mhux iktar minn elf u mitejn euro
(€1,200), u fil-każ ta’ reat kontinwu multa addizzjonali ta’
sebgħin euro (€70) għal kull ġurnata li matulha jissussisti
r-reat.".
14. Is-subartikolu (4) tal-artikolu 20 tal-Att prinċipali għandu Emenda tal-
għandu jiġi mħassar.
15. L-artikolu 21 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a)
il-paragrafu (f) tiegħu għandu jiġi sostitwit b'dan li
"(f) l-awtorità, jekk hemm, li għandha tiddeċiedi
kull kwistjoni dwar ħlasijiet mitluba għall-għoti ta’
servizzi ta’ inġinerija u l-proċedura li fuqha għandha timxi
kull tali awtorità;";
(b) fil-paragrafu (g) tiegħu l-kliem "jew għar-
reġistrazzjoni ta’ soċjetà ta’ inġinieri" għandu jiġi mħassar; u
(ċ) fil-paragrafu (j) tiegħu l-kliem "jew soċjetà ta’
inġinieri" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "jew persuna legali".
16. L-artikolu 22 tal-Att prinċipali għandu jiġi sostitwit b’dan li Sostituzzjoni
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom
japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet
tal-Att dwar il-Komunikazzjonijiet u t-Transazzjonijiet
Elettroniċi.".
17. Minnufih wara l-artikolu 22 tal-Att prinċipali, għandu jiżdied Żieda ta’
l-artikolu 23 ġdid li ġej
(1) Ir-Regolamenti tal-Assigurazzjoni għal
Indennizz u r-Regolamenti dwar it-Tifsira ta’ Xogħol tal-
Inġinerija għandhom jiġu mħassra.
(2) Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1),
ir-regolamenti li qed jiġu mħassra għandhom jibqgħu
applikabbli għall-għan ta' kwalunkwe att, deċiżjoni,
azzjoni jew proċeduri li ttieħdu fir-rigward ta' kull ksur
tal-istess regolamenti li qed jiġu mħassra, li seħħew, jew li
kienu istitwiti qabel ma' daħal fis-seħħ l-Att tal-2021 li
jemenda l-Att dwar l-Inġiniera.".
2021. Mgħoddi mill-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Nru 489 tal-14 ta’
Lulju, 2021.
CLAUDETTE BUTTIGIEG
Deputy Speaker
RAYMOND SCICLUNA
Skrivan tal-Kamra tad-Deputati