ATT Nru LI tal-2020 ACT No. LI of 2020 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.
Statutory Text (5 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 20,521, 13 ta’ Novembru, 2020
Taqsima A
MALTA
ATT Nru LI tal-2020
ACT No. LI of 2020
ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’
AN ACT enacted by the Parliament of
Malta.
Malta.
ATT biex jemenda l-Ordinanza dwar il-
AN ACT to amend the Commissioners
Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu
for Oaths Ordinance, Cap. 79.
Ġurament, Kap. 79.
Nagħti l-kunsens tiegħi.
(L.S.)
GEORGE VELLA
President
13 ta’ Novembru, 2020
ATT Nru LI tal-2020
ATT biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li
jagħtu Ġurament, Kap. 79.
IL-PRESIDENT bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati,
imlaqqgħa f’dan il-Parlament, u bl-awtorità tal-istess, ħareġ b’liġi dan
li ġej:-
It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att huwa l-Att tal-2020 li jemenda Titolu fil-qosor.
l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament, Kap. 79.
hawn iżjed ’il quddiem imsejħa "l-Ordinanza prinċipali".
L-artikolu 3 tal-Ordinanza prinċipali għandu jiġi emendat kif Emenda tal-
artikolu 3 tal-
ġej
Ordinanza
prinċipali.
(a) fis-subartikolu (1) tagħha, minnufih wara l-kliem "li
jkunu uffiċjali pubbliċi," għandhom jiżdiedu l-kliem "impjegati
pubbliċi,"; u
(b) fis-subartikolu (3) tagħha, minnufih wara l-kliem
"uffiċjal pubbliku" għandhom jiżdiedu l-kliem "jew impjegat
pubbliku".
Minnufih wara s-subartikolu (2) tal-artikolu 5 tal-Ordinanza
prinċipali għandu jiżdied is-subartikolu ġdid li ġej
"(3) Fil-każ eċċezzjonali fejn il-persuna li tkun qiegħda
tieħu l-ġurament ma tistax tkun Malta minħabba raġunijiet li dik
il-persuna ma għandhiex kontroll fuqhom, il-Kummissjunarju
b’setgħa li jagħti ġuramenti jista’ jagħti l-ġurament bil-mezzi
elettroniċi u l-Kummissjunarju b’setgħa li jagħti ġuramenti
għandu, qabel jagħti l-ġurament, jissodisfa ruħu bl-użu ta’ mezzi
elettroniċi u viżivi mill-identità tal-persuna li qiegħda tieħu l-
ġurament u li dik il-persuna tifhem sewwa dak li tkun ser
taħlef.".
Fl-artikolu 7 tal-Ordinanza prinċipali, il-kliem "jew l-affidavit
ikun sar." għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "jew l-affidavit ikun sar:"
u minnufih wara għandu jiżdied il-proviso ġdid li ġej
"Iżda kull Kummissjunarju li quddiemu jiġi meħud
ġurament skont is-subartikolu (3) tal-artikolu 5 għandu jiddikjara
sewwa fil-jurat jew fl-attestat il-lok u d-data li fihom il-ġurament
ikun ġie meħud u li l-ġurament ġie meħud bil-mezzi elettroniċi.".
Mgħoddi mill-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Nru 398 tal-10 ta’
Novembru, 2020.
ANĠLU FARRUGIA
Speaker
RAYMOND SCICLUNA
Skrivan tal-Kamra tad-Deputati