ATT Nru L tal-2020 ACT No. L of 2020 ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’ AN ACT enacted by the Parliament of Malta.
Table of Provisions (20)
Statutory Text (20 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 20,521, 13 ta’ Novembru, 2020
Taqsima A
MALTA
ATT Nru L tal-2020
ACT No. L of 2020
ATT maħruġ b’liġi mill-Parlament ta’
AN ACT enacted by the Parliament of
Malta.
Malta.
ATT biex jemenda l-Att dwar Provdituri
AN ACT to amend the Company
ta’ Servizz lil Kumpaniji, Kap. 529,
Service Providers Act, Cap. 529, and
u sabiex jipprovdi dwar ħwejjeġ
to provide for matters ancillary or
anċillari jew inċidentali għalihom.
incidental thereto.
Nagħti l-kunsens tiegħi.
(L.S.)
GEORGE VELLA
President
13 ta’ Novembru, 2020
ATT Nru L tal-2020
ATT biex jemenda l-Att dwar Provdituri ta’ Servizz lil Kumpaniji,
Kap. 529, u sabiex jipprovdi dwar ħwejjeġ anċillari jew inċidentali
għalihom.
IL-PRESIDENT bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati,
imlaqqgħa f’dan il-Parlament, u bl-awtorità tal-istess, ħareġ b’liġi dan
li ġej
(1) It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att tal-2020 li Titolu fil-qosor
jemenda l-Att dwar Provdituri ta’ Servizz lil Kumpaniji u dan l-Att u bidu fis-seħħ.
għandu jinqara u jinftiehem ħaġa waħda mal-Att dwar Provdituri ta’ Kap. 529.
Servizz lil Kumpaniji, hawn iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-Att
prinċipali".
(2) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom jidħlu fis-seħħ
f’dik id-data li l-Ministru responsabbli għall-Finanzi u s-Servizzi
Finanzjarji jista’, b’avviż fil-Gazzetta jistabbilixxi, u jistgħu jiġu hekk
stabbiliti dati differenti għal dispożizzjonijiet differenti tal-Att.
L-artikolu 1 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
Emenda tal-
artikolu 1 tal-
Att prinċipali.
(a) fis-subartikolu (2) tiegħu, minflok il-kliem "l-
Artikolu 36 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu
tas-sistema finanzjarja għall-fini ta’ money laundering u l-
iffinanzjar tat-terroriżmu," għandhom jidħlu l-kliem "l-Artikolu
47 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-
Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-
sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-
finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru
648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-
Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-
Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, kif emendata minn
żmien għal żmien,"; u
(b)
fis-subartikolu (3) tiegħu
(i) minflok il-kliem "tal-Artikolu 36 tad-Direttiva
2005/60/KE", għandhom jidħlu l-kliem "tal-Artikolu 47
tad-Direttiva (UE) 2015/849, kif emendata minn żmien
għal żmien"; u
(ii) minflok
il-kliem
"għar-reġistrazzjoni"
għandhom jidħlu l-kliem "għall-awtorizzazzjoni".
Is-subartikolu (1) tal-artikolu 2 tal-Att prinċipali għandu jiġi
emendat kif ġej
(a) fit-tifsira "ġurisdizzjoni approvata", minnufih wara l-
kliem "jew kull ġurisdizzjoni oħra li" għandhom jiżdiedu l-kliem
", fl-opinjoni tal-Awtorità,";
(b) minnufih wara t-tifsira "il-Ministru" għandha tidħol
it-tifsira ġdida li ġejja
" "persuna" tfisser persuna fiżika jew ġuridika skont il-liġi,
u għall-finijiet ta’ dan l-Att il-kelma "persuna ġuridika" għandha
tinkludi korp jew assoċjazzjoni oħra ta’ persuni sew jekk tkun
mogħtija personalità ġuridika skont id-dispożizzjonijiet tat-Tieni
Skeda tal-Kodiċi Ċivili, sew jekk ma tkunx;";
(ċ) minnufih wara t-tifsira "persuna", kif miżjuda,
għandha tidħol it-tifsira ġdida li ġejja
" "persuna awtorizzata" tfisser persuna li fir-rigward
tagħha tkun inħarġet awtorizzazzjoni biex taġixxi bħala
provditur ta’ servizz lil kumpaniji skont dan l-Att;";
(d)
it-tifsira "persuna reġistrata" għandha tiġi mħassra;
(e) fil-verżjoni Ingliża, fit-tifsira "prescribed", il-kliem
"under this Act;" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "under this
Act.";
(f)
it-tifsira "provdituri ta’ servizz lil kumpaniji"
għandha tiġi emendata kif ġej
(i) il-kliem "fiżika jew ġuridika" għandhom
jitħassru;
(ii) fil-paragrafu (ċ) tagħha, il-kliem "xi entità
ġuridika oħra." għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "xi
entità ġuridika oħra;";
(g) minnufih wara t-tifsira "provdituri ta’ servizz lil
kumpaniji", kif emendata, għandha tiżdied it-tifsira ġdida li
" "rabtiet mill-qrib" tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ
persuni jew aktar ikunu marbuta b’xi wieħed mill-modi li
ġejjin
(a) bil-parteċipazzjoni, fil-forma ta’ proprjetà
diretta jew kontroll, ta’ 20% jew aktar tad-drittijiet
ta’ votazzjoni jew tal-kapital ta’ korp ġuridiku;
(b) bil-kontroll, permezz tar-relazzjoni bejn
impriża prinċipali u impriża sussidjarja kif imfisser
fl-artikolu 2(2) tal-Att dwar il-Kumpaniji, jew ta’ xi Kap. 386.
relazzjoni simili bejn persuna fiżika jew ġuridika u
impriża; jew
(ċ)
mal-istess terza persuna meta
(i) dik il-persuna tkun membru tal-
familja tal-persuna awtorizzata, inkluż, iżda
mhux limitatament għall-konjuġi jew is-sieħeb
tal-persuna awtorizzata, it-tfal, jew it-tfal minn
missier jew omm oħra, tal-persuna awtorizzata,
il-ġenituri tal-persuna awtorizzata u dipendenti
oħra tal-persuna awtorizzata;
(ii) dik il-persuna tkun qiegħda taġixxi
fil-kapaċità ta’ provditur ta’ servizz lil
kumpaniji ta’ xi kumpanija, li s-sidien
benefiċjarji tagħha jinkludu
(a) il-persuna awtorizzata, id-
dipendenti
tal-persuna
awtorizzata,
inklużi, iżda mhux limitatament għall-
konjuġi, it-tfal, jew it-tfal minn missier
jew omm oħra, tal-persuna awtorizzata;
jew
(b) korp ġuridiku li miegħu persuna
tkun assoċjata skont (a) u (b) aktar ’il fuq;
(iii) dik il-persuna tkun qiegħda taġixxi
bħala
sieħeb
fin-negozju
tal-persuna
awtorizzata jew ta’ xi persuna li, bis-saħħa tas-
subparagrafi (i) jew (ii) aktar ’il fuq, tkun
konnessa mal-persuna awtorizzata;";
(h) minnufih wara t-tifsira "rabtiet mill-qrib", kif
miżjuda, għandhom jidħlu t-tifsiriet ġodda li ġejjin
" "Stat Membru" tfisser Stat Membru tal-Unjoni
Ewropea u tinkludi Stat taż-ŻEE;
"Stat taż-ŻEE" tfisser Stat li huwa parti kontraenti fil-
ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ffirmat f’Porto
fit-2 ta’ Mejju 1992 kif emendat bil-Protokoll iffirmat fi
Brussell fis-17 ta’ Marzu 1993, u kif emendat b’kull Att
sussegwenti.".
L-artikolu 3 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a) fin-nota marġinali tiegħu, minflok il-kelma
"jirreġistraw" għandhom jidħlu l-kliem "jiġu awtorizzati";
(b)
minflok is-subartikolu (1) tiegħu għandu jidħol dan
li ġej
"(1) Kull persuna li topera f’Malta jew minn Malta
u li taġixxi, jew li tippreżenta ruħha bħala li taġixxi bħala
provditur ta’ servizz lil kumpaniji permezz tan-negozju
tagħha, għandha tapplika lill-Awtorità għal awtorizzazzjoni
skont dan l-Att.";
(ċ) minnufih wara s-subartikolu (1) tiegħu, kif sostitwit,
għandhom jiżdiedu dawn is-subartikoli ġodda li ġejjin
"(1A) Kull persuna li jkollha warrant, jew l-
ekwivalenti, biex teżerċita l-professjoni ta’ avukat, nutar
pubbliku, prokuratur legali jew accountant pubbliku
ċertifikat, m’għandhiex għalfejn tikseb awtorizzazzjoni
mill-Awtorità skont dan l-Att
Iżda dan is-subartikolu ma jibqax
applikabbli u dawn il-persuni m’għandhomx, minn
dak iż-żmien ’il quddiem, jibqgħu jitqiesu bħala
eżentati mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att, wara l-
iskadenza ta’ tmien xhur mill-ewwel data tad-dħul
fis-seħħ tal-Att tal-2020 li jemenda l-Att dwar Att Nru L tal-
2020. Provdituri ta’ Servizz lil Kumpaniji, salvi d-
dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu fl-artikolu 19.
(1B) Kull persuna li taqa’ taħt l-artikolu 19(1)(b) u,
li fi żmien it-tnax-il xahar imsemmi fl-ewwel proviso ta’
dak is-subartikolu ma tkunx kisbet l-awtorizzazzjoni taħt
dan l-Att, għandha minnufih tieqaf milli tibqa’ tipprovdi s-
servizzi ta’ provditur ta’ servizz lil kumpaniji.".
(d)
is-subartikolu (2) tiegħu għandu jiġi mħassar;
(e)
is-subartikolu (3) tiegħu għandu jiġi mħassar;
(f) fis-subartikolu (4) tiegħu, minflok il-kelma
"reġistrazzjoni", għandha tidħol il-kelma "awtorizzazzjoni";
(g)
fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (5) tiegħu
(i) minflok il-kliem "Kull min ikollu liċenzja jew
reġistrazzjoni biex jipprovdi servizz lil kumpaniji,
maħruġa mill-awtorità regolatorja rilevanti f’ġurisdizzjoni
approvata, m’għandux ikun soġġett għal reġistrazzjoni taħt
dan l-Att," għandhom jidħlu l-kliem "Kull min ikollu
liċenza, reġistrazzjoni jew xi awtorizzazzjoni oħra biex
jipprovdi servizz lil kumpaniji, maħruġa mill-awtorità
regolatorja rilevanti f’ġurisdizzjoni approvata, m’għandu
jkun soġġett għall-ebda awtorizzazzjoni taħt dan l-Att,";
(ii) minflok il-kliem "ħamsa u erbgħin" għandhom
jidħlu l-kliem "disgħin"; u
(iii) minnufih wara l-kliem "ebda oġġezzjoni għal
dan." għandhom jidħlu l-kliem "Dawk il-persuni
għandhom jiġu wkoll klassifikati, fid-diskrezzjoni tal-
Awtorità, f’xi waħda mit-tliet klassijiet stabbiliti fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Att, li għandha tapplika mutatis
mutandis għal dawk il-persuni. Meta din il-persuna tiġi
klassifikata mill-Awtorità bħala Klassi A CSP jew Klassi B
CSP skont l-Iskeda, l-Awtorità għandha wkoll tiddetermina
jekk din il-persuna hijiex ’il fuq mil-livell limitu jew taħt
il-livell limitu, u għalhekk l-Awtorità tista’ toħroġ regoli
skont l-artikolu 5(2B)."; u
(h) minnufih wara s-subartikolu (5) tiegħu, kif emendat,
għandu jiżdied dan is-subartikolu ġdid li ġej
"(6) L-Awtorità tista’, fid-diskrezzjoni tagħha u fi
kwalunkwe waqt, titlob lil xi persuna minn dawk
imsemmija fis-subartikoli (1a) u (5) biex jgħaddulha
kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni li
jkollhom x’jaqsmu mal-operat u l-attivitajiet ta’ dik il-
persuna bħala provditur ta’ servizz lil kumpaniji, kif
jidhrilha li jkun meħtieġ, u dik il-persuna għandha
tikkollabora mal-Awtorità u għandha minnufih tiġbor u
tittrażmetti mingħajr ebda dewmien dik l-informazzjoni u
dokumentazzjoni li tista’ titlob l-Awtorità.".
L-artikolu 4 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a) fin-nota marġinali tiegħu, minflok il-kelma
"reġistrazzjoni" għandha tidħol il-kelma "awtorizzazzjoni";
(b) minflok il-kliem "Applikazzjoni għal reġistrazzjoni"
għandhom jidħlu l-kliem "Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni";
(ċ) fil-paragrafu (ċ) tiegħu, minflok il-kliem "għar-
reġistrazzjoni" għandhom jidħlu l-kliem "għall-awtorizzazzjoni";
(d) fil-paragrafu (d) tiegħu, minflok il-kliem "ir-
reġistrazzjoni" għandhom jidħlu l-kliem "l-awtorizzazzjoni".
L-artikolu 5 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a) fin-nota marġinali tiegħu, minflok il-kliem "tagħti
reġistrazzjoni."
għandhom
jidħlu
l-kliem
"tagħti
awtorizzazzjoni.";
(b)
fis-subartikolu (1) tiegħu
(i) minflok il-kliem "tista’ tirreġistra jew tirrofta
applikazzjoni għal reġistrazzjoni li ssir taħt dan l-Att. Dik
ir-reġistrazzjoni" għandhom jidħlu l-kliem "tista’
tikkonċedi jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni li dwarha tkun
saret applikazzjoni taħt dan l-Att. Tali awtorizzazzjoni";
(ii) minflok il-kliem "tagħti reġistrazzjoni"
għandhom jidħlu l-kliem "tagħti awtorizzazzjoni";
(iii) minflok il-paragrafu (b) tiegħu għandu jidħol
dan li ġej
"(b) l-applikant ikun qiegħed jopera f’Malta
jew minn Malta;";
(iv) fil-paragrafu (ċ) tiegħu
(i) minflok il-kliem "kumpanija jew xi
tip ieħor ta’ entità ġuridika" għandhom jidħlu l-
kliem "persuna ġuridika";
(ii) fis-subparagrafu
(iii)
tiegħu,
minflok il-kliem "id-diretturi tal-kumpanija"
għandhom jidħlu l-kliem "id-diretturi, l-
amministraturi jew soċji, kif jista’ jkun il-każ,
tal-persuna ġuridika";
(iii) minflok is-subparagrafu (iv) tiegħu
għandu jidħol dan li ġej
"(iv) kull persuna li direttament
jew indirettament tkun proprjetarja jew
tikkontrolla 25% jew aktar tal-kapital jew
tad-drittijiet ta’ votazzjoni fil-persuna
ġuridika, jew inkella teżerċita kontroll
fuq il-ġestjoni tal-persuna ġuridika, tkun
persuna xierqa u idonea;";
(iv) fis-subparagrafu (v) tiegħu, minflok il-
kliem "il-kumpanija" għandhom jidħlu
l-kliem "il-persuna ġuridika"; u
(v)
fis-subparagrafu (vi) tiegħu, minflok
il-kliem "l-kumpanija" għandhom
jidħlu l-kliem "l-persuna ġuridika";
(ċ) fis-subartikolu (2) tiegħu, minflok il-kelma
"reġistrazzjoni" għandha tidħol il-kelma "awtorizzazzjoni";
(d) minnufih wara s-subartikolu (2) tiegħu, għandhom
jiġu miżjuda dawn is-subartikoli ġodda li ġejjin
"(2A) Bħala parti mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni, l-
applikant għandu jiġi klassifikat fid-diskrezzjoni tal-
Awtorità f’waħda (1) mit-tliet (3) klassijiet li
jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta’ persuni awtorizzati skont id-
dispożizzjonijiet tal-Iskeda. Bħala parti minn dan il-
proċess, meta l-applikant jiġi klassifikat mill-Awtorità
bħala Klassi A CSP jew Klassi B CSP skont l-Iskeda, l-
Awtorità għandha wkoll tiddetermina jekk dan l-applikant
huwiex ’il fuq mil-livell limitu jew taħt il-livell limitu.
(2B) L-Awtorità tista’ toħroġ regoli li jistipulaw ir-
rekwiżiti, kondizzjonijiet u kriterji skont liema persuna
għandha tiġi kkunsidrata li hija Klassi A CSP jew Klassi B
CSP ’il fuq mil-livell limitu jew taħt il-livell limitu.";
(e)
fis-subartikolu (3) tiegħu
(i) minflok il-kliem "tagħti r-reġistrazzjoni"
għandhom jidħlu l-kliem "tagħti l-awtorizzazzjoni"; u
(ii) minflok
il-kliem
"tat
ir-reġistrazzjoni"
għandhom jidħlu l-kliem "tat l-awtorizzazzjoni";
(f)
is-subartikolu (4) tiegħu għandu jiġi emendat kif ġej
(i) minflok
il-kliem
"jew
tirroftax
ir-
reġistrazzjoni" għandhom jidħlu l-kliem "jew tirrifjuta l-
awtorizzazzjoni";
(ii) minflok il-kliem "kull regola magħmula taħtu."
għandhom jidħlu l-kliem "kull regolamenti jew regoli
magħmula taħtu
Iżda, l-Awtorità tista’ f’kull waqt titlob lill-
applikant jipprovdilha kull informazzjoni addizzjonali li
jidhrilha li tkun meħtieġa biex tkun tista’ tqis aħjar l-
applikazzjoni, u minn dak il-mument li l-Awtorità tagħmel
tali talba sakemm tiġi provduta dik l-informazzjoni, id-
dekorrenza tal-perjodu ta’ sitt xhur imsemmi f’dan is-
subartikolu għandha tiġi sospiża
Iżda wkoll, meta l-applikant jonqos milli
jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista’
tintalab mill-Awtorità, fi żmien tliet xhur minn meta ssirlu
t-talba, l-Awtorità għandha tqis li dik l-applikazzjoni ġiet
irtirata mill-applikant.";
(g)
fis-subartikolu (6) tiegħu
(i) minflok
il-kliem
"jkunu
ngħataw
reġistrazzjoni" għandhom jidħlu l-kliem "jkunu ngħataw
awtorizzazzjoni"; u
(ii) il-kliem "u għandu jkun fih l-ismijiet tal-
persuni li jkunu ngħataw dik ir-reġistrazzjoni, kif ukoll il-
partikolaritajiet tagħhom fejn jista’ jsir kuntatt magħhom"
għandhom jitħassru; u
(h)
fis-subartikolu (7) tiegħu
(i) minflok il-kliem "bħala persuna reġistrata"
għandhom jidħlu l-kliem "bħala persuna awtorizzata"; u
(ii) minflok il-kliem "li bih titwaqqaf il-kumpanija,
jew b’kull tibidil fid-diretturi jew membri tagħha"
għandhom jidħlu l-kliem "li bih titwaqqaf il-persuna
ġuridika, jew b’kull tibdil fid-diretturi, amministraturi jew
membri tagħha, kif jista’ jkun il-każ".
L-artikolu 6 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
Emenda tal-
artikolu 6 tal-
Att prinċipali.
(a) fin-nota marġinali tiegħu, minflok il-kelma
"reġistrazzjoni" għandha tidħol il-kelma "awtorizzazzjoni";
(b)
fis-subartikolu (1) tiegħu
(i) minflok il-kelma "reġistrazzjoni"
għandha
tidħol il-kelma "awtorizzazzjoni";
(ii) fil-paragrafu (a) tiegħu, minflok il-kelma
"reġistrata" għandha tidħol il-kelma "awtorizzata";
(iii) fil-paragrafu (b) tiegħu
-
minflok il-kliem "il-persuna reġistrata"
għandhom jidħlu l-kliem "il-persuna awtorizzata";
-
minflok il-kliem "l-Att jew xi regoli"
għandhom jidħlu l-kliem "Att jew regolamenti jew
regoli";
-
minflok il-kliem "dik il-persuna reġistrata
jew ir-reġistrazzjoni jkunu soġġetti għalihom bis-
saħħa ta’ dan l-Att u ta’ kull regola" għandhom jidħlu
l-kliem "dik il-persuna awtorizzata jew l-
awtorizzazzjoni jkunu soġġetti għalihom bis-saħħa
ta’ dan l-Att u ta’ kull regolamenti u regoli"; u
-
minnufih wara l-kliem "maħruġa taħtu"
għandhom jiżdiedu l-kliem ", inkluż kull ksur fir-
rigward tal-qafas ta’ governanza u kontroll tal-
persuna awtorizzata";
(iv) fil-paragrafu (ċ) tiegħu, minflok il-kliem "il-
persuna reġistrata jew xi persuna li tkun qiegħda taġixxi
f’isem dik il-persuna reġistrata" għandhom jidħlu l-kliem
"il-persuna awtorizzata jew xi persuna li tkun qiegħda
taġixxi f’isem dik il-persuna awtorizzata";
(v) fil-paragrafu (d) tiegħu, minflok il-kelma
"reġistrata" għandha tidħol il-kelma "awtorizzata";
(vi) fil-paragrafu (e) tiegħu, minflok il-kliem "ir-
reġistrazzjoni"
għandhom
jidħlu
l-kliem
"l-
awtorizzazzjoni";
(vii) minflok il-paragrafu (f) tiegħu għandu jidħol
dan li ġej
"(f) il-persuna awtorizzata tkun talbet li jsir
dan;";
(viii) minnufih wara l-paragrafu (f) tiegħu, kif
sostitwit, għandu jiġi miżjud dan is-subparagrafu ġdid li
ġej
(fA) il-persuna
awtorizzata
tinstab
responsabbli,
mill-Korp
għall-Analiżi
ta’
Informazzjoni Finanzjarja, għal xi ksur serju, ripetut
jew sistematiku tal-Att kontra Money Laundering u,
jew ta’ kull regolamenti maħruġa taħtu; jew
(ix) fil-paragrafu (g) tiegħu
-
minflok il-kliem "tagħti reġistrazzjoni"
għandhom jidħlu l-kliem "tagħti awtorizzazzjoni"; u
-
minflok il-kliem "dik ir-reġistrazzjoni."
għandhom jidħlu l-kliem "dik l-awtorizzazzjoni.";
(ċ) fis-subartikolu (2) tiegħu, minflok il-kliem "ir-
reġistrazzjoni" għandhom jidħlu l-kliem "l-awtorizzazzjoni"; u
(d)
minflok is-subartikolu (3) tiegħu għandu jidħol dan li
"(3) Kull persuna li l-awtorizzazzjoni tagħha tiġi
mħassra għandha, fi żmien sittin ġurnata mid-data tat-
tħassir tal-awtorizzazzjoni, tiżgura li s-servizzi li kienet
qed tipprovdi lil kumpaniji jew lil persuni ġuridiċi oħra fit-
termini tal-awtorizzazzjoni tagħha, jiġu trasferiti lil xi
persuna oħra li tkun awtorizzata kif meħtieġ taħt dan l-Att
Iżda dan is-subartikolu m’għandux
japplika għat-tħassir ta’ awtorizzazzjoni skont il-
paragrafu (f) tas-subartikolu (1)
Iżda wkoll kull persuna li l-
awtorizzazzjoni tagħha ġiet imħassra skont il-
paragrafu (f) tas-subartikolu (1), għandha tiżgura li s-
servizzi li kienet qiegħda tipprovdi lil kumpaniji jew
entitajiet legali oħra skont l-awtorizzazzjoni tagħha,
jiġu trasferiti lil xi persuna oħra li tkun debitament
awtorizzata jew li ma tkunx tinħtieġ l-
awtorizzazzjoni skont dan l-Att, jew inkella jiġu
terminati skont il-liġi applikabbli, qabel ma l-
Awtorità
tilqa’
t-talba
għat-tħassir
tal-
awtorizzazzjoni.".
L-artikolu 7 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
Emenda tal-
artikolu 7 tal-
Att prinċipali.
(a) fin-nota marġinali tiegħu, minflok il-kelma
"reġistrazzjoni." għandha tidħol il-kelma "awtorizzazzjoni.";
(b)
fis-subartikolu (1) tiegħu
(i) fil-paragrafu (a) tiegħu, minflok il-kliem "r-
reġistrazzjoni"
għandhom
jidħlu
l-kliem
"l-
awtorizzazzjoni";
(ii) fil-paragrafu (b) tiegħu, minflok il-kelma
"reġistrazzjoni" kull fejn tidher, għandha tidħol il-kelma
"awtorizzazzjoni"; u
(iii) minflok il-kliem "lill-persuna reġistrata"
għandhom jidħlu l-kliem "lill-persuna awtorizzata"; u
(ċ) fis-subartikolu (3) tiegħu, minflok il-kliem "lill-
persuna reġistrata" għandhom jidħlu l-kliem "lill-persuna
awtorizzata".
Minnufih wara l-artikolu 7 tal-Att prinċipali, kif emendat, Żieda tal-
artikolu 7A mal-
għandu jiżdied dan l-artikolu ġdid li ġej
Att prinċipali.
7A. (1) L-awditur ta’ persuna awtorizzata għandu
d-dmir li jirrapporta minnufih lill-Awtorità kull fatt jew
deċiżjoni li tali awditur isir jaf bihom fil-kapaċità tiegħu
bħala awditur ta’ tali persuna awtorizzata li
(a) x’aktarx iwasslu għal kwalifika serja
jew rifjut tar-rapport tal-awditur dwar il-kontijiet ta’
tali persuna awtorizzata; jew
(b) jikkostitwixxu
jew
x’aktarx
jikkostitwixxu ksur materjali tar-rekwiżiti legali jew
regolatorji li japplikaw għal persuni awtorizzati taħt
dan l-Att; jew
(ċ) ifixklu serjament il-kapaċità tal-persuna
awtorizzata li tkompli bħala negozju attiv; jew
(d) jirrelataw ma’ kull ħaġ’oħra li tista’ tiġi
preskritta
Iżda l-kwistjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu
jistgħu jinkludu ħwejjeġ li jkollhom x’jaqsmu ma’
kwalunkwe persuna għajr il-persuna awtorizzata, inkluża
persuna li jkollha rabtiet mill-qrib ma’ tali persuna
awtorizzata.
(2) L-ebda dmir, inkluż id-dmir tas-segretezza
professjonali, li għalih l-awditur tal-persuna awtorizzata
jista’ jkun soġġett, m’għandu jitqies li jkun ġie miksur
meta huwa jikkomunika in bona fede mal-Awtorità, sew
jekk bi tweġiba għal xi talba li hija tagħmillu sew jekk le,
xi informazzjoni jew opinjoni fuq xi ħaġa li l-awditur
ikun sar jaf biha fil-kapaċità tiegħu bħala awditur ta’ dik
il-persuna awtorizzata u li tista’ tkun rilevanti għall-
Awtorità taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att jew
kwalunkwe regolamenti jew regoli maħruġa taħtu jew li
tkun meħtieġa li tiġi komunikata skont dan l-artikolu.".
Fis-subartikolu (2) tal-artikolu 8 tal-Att prinċipali, minflok il-
kliem "lill-provdituri ta’ servizz lil kumpaniji." għandhom jidħlu l-
kliem "lill-provdituri ta’ servizz lil kumpaniji u oħrajn kif jista’ jiġi
speċifikat fihom.".
L-artikolu 9 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a)
minflok is-subartikolu (1) tiegħu għandu jidħol dan li
"(1) Meta persuna tikser jew tonqos milli tħares xi
dispożizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ kull regolamenti jew
regoli maħruġa taħtu, xi kondizzjoni imposta fl-
awtorizzazzjoni maħruġa mill-Awtorità, xi direttiva
maħruġa mill-Awtorità, jew tonqos milli tikkoopera mal-
Awtorità f’xi investigazzjoni, l-Awtorità tista’, b’avviż bil-
miktub u mingħajr il-ħtieġa ta’ smigħ fil-qorti, timponi fuq
dik il-persuna penali amministrattiva li ma tkunx iżjed
minn ħamsin elf euro (€50,000) għal kull ksur jew nuqqas
ta’ konformità, kif jista’ jkun il-każ.";
(b)
il-proviso għas-subartikolu (2) għandu jitħassar;
(ċ) fis-subartikolu (4) tiegħu, minflok il-kliem "tad-
dispożizzjoni tal-Att jew tar-regoli, u l-penali" għandhom jidħlu
l-kliem "tad-dispożizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ kull regolamenti
jew regoli maħruġa taħtu, u l-penali amministrattiva".
Is-subartikolu (1) tal-artikolu 10 tal-Att prinċipali għandu jiġi Emenda tal-
artikolu 10 tal-
emendat kif ġej
Att prinċipali.
(a) minflok il-kliem "jeħtieġu reġistrazzjoni" għandhom
jidħlu l-kliem "jeħtieġu awtorizzazzjoni"; u
(b) fil-paragrafu (a) tiegħu, minflok il-kliem "kull
attività bħal dawk kif hawn aktar qabel imsemmija;" għandhom
jidħlu l-kliem "kull attività bħal dawk kif hawn aktar qabel
imsemmija, inkluża s-setgħa li teħtieġ rekords tat-telefonija
eżistenti u tat-traffiku ta’ data eżistenti dwar dawk l-attivitajiet;".
Is-subartikolu (2) tal-artikolu 11 tal-Att prinċipali għandu jiġi Emenda tal-
artikolu 11 tal-
emendat kif ġej
Att prinċipali.
(a) fil-paragrafu (b) tiegħu, minflok il-kliem "li jkollha l-
funzjonijiet ta’ provditur ta’ servizz lil kumpaniji" għandhom
jidħlu l-kliem "li jkollha l-funzjonijiet fir-rigward ta’ provditur
ta’ servizz lil kumpaniji"; u
(b) fil-paragrafu (ċ) tiegħu, minflok il-kelma "reġistrat."
għandha tidħol il-kelma "awtorizzat.".
Is-subartikolu (1) tal-artikolu 14 tal-Att prinċipali għandu jiġi Emenda tal-
artikolu 14 tal-
emendat kif ġej
Att prinċipali.
(a) fil-paragrafu
(ċ)
tiegħu,
minflok
il-kliem
"reġistrazzjoni jew superviżjoni u dwar kull ħlas ieħor"
għandhom jidħlu l-kliem "awtorizzazzjoni jew superviżjoni u
dwar kull dritt u ħlas ieħor";
(b) minnufih wara l-paragrafu (e) tiegħu għandhom
jiżdiedu dawn il-paragrafi ġodda li ġejjin
"(eA) jipprovdi dwar metodi u mekkaniżmi ta’
superviżjoni alternattivi ta’ provdituri ta’ servizz lil
kumpaniji, sakemm dan ikun permess mil-liġi;
(eB) jipprovdi dwar kollaborazzjoni, kooperazzjoni
u kondiviżjoni ta’ informazzjoni msaħħin, bejn l-Awtorità
u awtoritajiet u aġenziji oħra u kull korp ieħor li l-Ministru
jista’ jidhirlu li jkunu adatti, fir-rigward tar-
regolamentazzjoni u s-superviżjoni ta’ provdituri ta’
servizz lil kumpaniji;
(eĊ) jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Iskeda li tinsab
ma’ dan l-Att;".
L-artikolu 15 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a) fis-subartikolu (1) tiegħu, minflok il-kliem
"reġistrazzjoni, kondizzjoni, obbligu" għandhom jidħlu l-kliem
"kondizzjoni ta’ awtorizzazzjoni, xi obbligu";
(b) fis-subartikolu (5) tiegħu, minflok
il-kelma
"reġistrat" għandha tidħol il-kelma "awtorizzat";
(ċ)
is-subartikolu (8) tiegħu għandu jiġi mħassar.
Is-subartikolu (2) tal-artikolu 16 tal-Att prinċipali għandu jiġi
emendat kif ġej
(a)
fil-paragrafu (a) tiegħu
(i) minflok il-kelma "reġistrat" għandha tidħol il-
kelma "awtorizzat";
(ii) minflok il-kliem "tar-reġistrazzjoni tiegħu"
għandhom jidħlu l-kliem "tal-awtorizzazzjoni tiegħu"; u
(b) fil-paragrafu
(ċ)
tiegħu,
minflok
il-kliem
"reġistrazzjoni jew tħassir ta’ reġistrazzjoni" għandhom jidħlu l-
kliem "awtorizzazzjoni jew tħassir ta’ awtorizzazzjoni".
L-artikolu 17 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a) minflok il-kelma "reġistrazzjoni" għandha tidħol il-
kelma "awtorizzazzjoni"; u
(b) fil-paragrafu (b) tiegħu, minflok il-kliem "l-Att dwar
Trusts u Trustees, u kull regolament magħmul taħthom"
għandhom jidħlu l-kliem "l-Att dwar Trusts u Trustees, l-Att
dwar is-Securitisation, l-Att dwar Pensjonijiet tal-Irtirar, l-Att
dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali, u kull regolamenti magħmulin
taħthom;".
Minnufih wara l-artikolu 18 tal-Att prinċipali għandu jiżdied
dan l-artikolu ġdid li ġej
(1) Persuni li, fl-ewwel data tad-dħul fis-
seħħ
tal-emendi għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att
imdaħħla bis-saħħa tal-Att tal-2020 li jemenda l-Att
Att Nru L tal-2020.
dwar Provdituri ta’ Servizz lil Kumpaniji, ikunu
qegħdin joffru xi servizzi ta’ provditur ta’ servizz lil
kumpaniji fis-sens ta’ dan l-Att, u li, sa dik id-data, ma
kinux meħtieġa li jkunu reġistrati skont dan l-Att,
jistgħu biss ikomplu joffru s-servizzi ta’ provditur ta’
servizz lil kumpaniji wara tmien xhur minn dik id-data
Att Nru L tal-2020. tad-dħul fis-seħħ tal-Att tal-2020 li jemenda l-Att dwar
Provdituri ta’ Servizz lil Kumpaniji jekk
(a) ikunu applikaw għal awtorizzazzjoni skont l-
artikolu 4, fi żmien xahrejn mill-ewwel data tad-dħul
Att Nru L tal-2020. fis-seħħ tal-Att tal-2020 li jemenda l-Att dwar
Provdituri ta’ Servizz lil Kumpaniji, u jkunu ġew
awtorizzati mill-Awtorità bħala provditur ta’ servizz lil
kumpaniji taħt il-livell limitu fi żmien tmien xhur minn
dik id-data tad-dħul fis-seħħ; jew
(b) ikunu applikaw għal awtorizzazzjoni skont l-
artikolu 4 fi żmien xahrejn mill-ewwel data tad-dħul
Att Nru L tal-2020. fis-seħħ tal-Att tal-2020 li jemenda l-Att dwar
Provdituri ta’ Servizz lil Kumpaniji, u jkunu ġew
proviżorjament awtorizzati mill-Awtorità bħala
provditur ta’ servizz lil kumpaniji ’l fuq mil-livell
limitu jew ta’ Klassi Ċ fi żmien tmien xhur minn dik id-
data tad-dħul fis-seħħ, kif soġġett għal kwalunkwe
informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa mill-
Awtorità u l-ħlas ta’ kull dritt addizzjonali li jista’ jiġi
preskritt f’regoli jew regolamenti rilevanti maħruġa
taħt l-Att
Iżda, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-artikolu
5 ( 4 ) , l - Awt o r i t à g ħ a n d h a ta v ż a l i l ta l i p e r s u n i
awtorizzati proviżorjament skont il-paragrafu (b), bid-
deċiżjoni tagħha jekk tagħtix jew tirrifjutax milli tagħti
awtorizzazzjoni, fi żmien tnax-il xahar minn meta tkun
ingħatat tali awtorizzazzjoni proviżorja
Iżda wkoll il-persuni msemmija fil-paragrafu
(b) għandhom mutatis mutandis jikkonformaw ruħhom
u jimxu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att matul il-
perjodu msemmi ta’ tnax-il xahar jew sa dik id-data
meta l-applikazzjoni tagħhom tiġi approvata jew
miċħuda mill-Awtorità, liema minnhom tiġi l-ewwel, u
matul dak il-perjodu kull referenza fl-Att għal
"provditur ta’ servizz lil kumpaniji" jew "persuna
awtorizzata" għandha titqies li tinkludi referenza għal
persuna li tkun ġiet awtorizzata proviżorjament taħt dan
is-subartikolu
(2) Kull nuqqas li jitħares xi wieħed mir-rekwiżiti
msemmija fis-subartikolu (1)(b), jew li tiġi provduta
kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-
Awtorità fiż-żmien stipulat mill-Awtorità, jew kull
irtirar jew abbandun tal-applikazzjoni fi kwalunkwe
waqt matul l-imsemmi perjodu ta’ tnax-il xahar, jew id-
d e ċ i ż j o n i t a l - Aw t o r i t à l i t i r r i f j u t a j e w t a g ħ t i
awtorizzazzjoni skont l-artikolu 5, jew jekk l-applikant
jipprovdi informazzjoni jew jagħmel xi dikjarazzjoni li
jkun jaf li mhix eżatta, tkun falza jew qarrieqa dwar
kwalunkwe aspett materjali, jew b’mod negliġenti
jipprovdi informazzjoni jew jagħmel dikjarazzjoni li ma
tkunx eżatta, tkun falza jew qarrieqa dwar kwalunkwe
aspett materjali, għandhom awtomatikament jirrendu
kull tali awtorizzazzjoni proviżorja nulla u mingħajr
effett
Iżda l-għoti ta’ awtorizzazzjoni proviżorja hija
konċessjoni u privileġġ temporanji, u l-ebda detentur
tagħha m’għandu jitqies li jkun kiseb xi drittijiet vestiti
fiha jew taħtha.
(3) Il-kriterji li bihom persuna għandha titqies
bħala provditur ta’ servizz lil kumpaniji ’l fuq mil-livell
limitu jew taħt il-livell limitu għandhom jiġu provduti
f’regoli li jinħarġu taħt dan l-Att.
(4) Bla ħsara għas-sottomissjoni kompluta tal-
applikazzjoni lill-Awtorità skont is-subartikolu (1), u
qabel ma dik il-persuna tiġi awtorizzata skont is-
subartikolu (1)(a) jew qabel ma dik il-persuna tkun
awtorizzata proviżorjament skont is-subartikolu (1)(b),
s k o n t i l - k a ż , l - Aw t o r i tà g ħ a n d h a t g ħ a d d i b i e x
tikklassifika lil tali persuni f’xi waħda mill-Klassijiet
għal provdituri ta’ servizzi lil kumpaniji stabbiliti fl-
Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att u f’xi wieħed mil-livelli
limiti msemmija fis-subartikolu (3), u din għandha
tavża lil dik il-persuna bil-miktub dwar l-eżitu ta’ dik
il-klassifikazzjoni u ta’ dik l-allokazzjoni ta’ livelli
limiti.
(5) Kull persuna li, fl-ewwel data tad-dħul fis-seħħ
Att Nru L tal-2020.
tal-Att tal-2020 li jemenda l-Att dwar Provdituri ta’
Servizz lil Kumpaniji, tkun diġà ġiet reġistrata bħala
provditur ta’ servizz lil kumpanija taħt dan l-Att
għandha titqies bħala persuna awtorizzata għall-finijiet
ta’ dan l-Att. Minkejja dan, persuna bħal dik għandha
tkun soġġetta għall-proċess ta’ klassifikazzjoni tal-
Awtorità kif stabbilit fis-subartikolu (4), mingħajr il-
ħtieġa madankollu li dik il-persuna tissottometti
applikazzjoni lill-Awtorità.
(6) Kull applikant li seta’ kien diġà ippreżenta
applikazzjoni għal reġistrazzjoni quddiem l-Awtorità
Att Nru L tal-2020. qabel l-ewwel data tad-dħul fis-seħħ tal-Att tal-2020 li
jemenda l-Att dwar Provdituri ta’ Servizz lil Kumpaniji
u li l-Awtorità tkun għadha, sa dik id-data, ma
ddeċidietx dwar l-applikazzjoni tiegħu skont l-artikolu
5, għandu javża lill-Awtorità, bil-miktub, jekk dak l-
applikant ikunx għadu biħsiebu jibqa’ għaddej bl-
applikazzjoni jew jekk dak l-applikant ikunx jixtieq
jirtira l-applikazzjoni tiegħu.
Iżda, meta l-applikant ma javżax lill-Awtorità
f’dan is-sens, fi żmien tliet xhur mill-ewwel data tad-
Att Nru L tal-2020.
dħul fis-seħħ tal-Att tal-2020 li jemenda l-Att dwar
Provdituri ta’ Servizz lil Kumpaniji, l-Awtorità għandha
tqis li tali applikazzjoni tkun ġiet irtirata.
(7) Kull persuna li, fl-ewwel data tad-dħul fis-seħħ
Att Nru L tal-2020. tal-Att tal-2020 li jemenda l-Att dwar Provdituri ta’
Servizz lil Kumpaniji, tkun diġà avżat lill-Awtorità
skont l-artikolu 3(5) qabel dak id-dħul fis-seħħ ta’ dak
l-Att, għandha tkun s oġġetta għall-proċess ta’
klassifikazzjoni tal-Awtorità stipulat fis-subartikolu (4),
mingħajr il-ħtieġa, madankollu, li dik il-persuna
tissottometti applikazzjoni lill-Awtorità.
(8) L-Awtorità tista’, fid-diskrezzjoni unika
tagħha, tagħti direzzjoni dwar il-mod u l-intervalli li
f i h o m g ħ a n d h o m j a s l u g ħ a n d l - Aw t o r i t à
applikazzjonijiet minn persuni differenti, fiż-żmien
imsemmi fis-subartikolu (1) aktar ’il fuq.".
19. Minnufih wara l-artikolu 19 tal-Att prinċipali għandha tiżdied Żieda tal-Iskeda
mal-Att
din l-Iskeda ġdida li ġejja
prinċipali.
" SKEDA
Provditur ta’ servizz lil kumpaniji li jkun
Klassi A CSP
awtorizzat li jipprovdi, bħala n-negozju tiegħu,
d a w n is - s e r v i z zi l i ġ e j j i n li l te r zi : ( i ) i l -
formazzjoni ta’ kumpaniji jew ta’ entitajiet
ġuridiċi oħra; u, jew (ii) jipprovdi uffiċċju
reġistrat, korrispondenza kummerċjali jew indirizz
amministrattiv u servizzi relatati oħra għal
kumpanija, soċjetà jew kull entità ġuridika oħra.
Klassi B CSP
Provditur ta’ servizz lil kumpaniji li jkun
awtorizzat li jipprovdi, bħala n-negozju tiegħu,
is-servizz lil terzi li jaġixxu bħala, jew li jkunu
qed jirranġaw għal xi persuna oħra biex taġixxi
bħala direttur jew segretarju ta’ kumpanija,
soċju f’soċjetà jew li jkollha xi pożizzjoni bħal
dik fir-rigward ta’ entitajiet ġuridiċi oħra.
Klassi Ċ CSP
Provditur ta’ servizz lil kumpaniji li jkun
awtorizzat li jipprovdi, bħala n-negozju tiegħu,
is-servizzi kollha li joffri provditur ta’ servizz lil
kumpaniji, speċifikati taħt l-artikolu 2(1) fit-
tifsira "provdituri ta’ servizz lil kumpaniji".".
Mgħoddi mill-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Nru 395 tas-6 ta’
Novembru, 2020.
ANĠLU FARRUGIA
Speaker
RAYMOND SCICLUNA
Skrivan tal-Kamra tad-Deputati