ATT Nru. VI ta' 1 .. 1983 ACTNo. VI of 1983 ATT maħruġ b'liġi mill-Parlament ta' AN ACT enacted by the Parliament Malta.
Statutory Text (5 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta' Malta, Nru. 14,123, 26 ta' April, 1)983
Taqsima A
MALTA
ATT Nru. VI ta' 1 .. 1983
ACTNo. VI of 1983
ATT maħruġ b'liġi mill-Parlament ta'
AN ACT enacted by the Parliament
Malta.
of Malta.
l-Kodiċi
ATT biex ikompli jemenda
AN ACT lurther to alilend the Civil
Ċivili, Kap. 23.
Code, Capo 23.
Nagħti l-kunsens tiegħi.
(L.S.)
AGATHA BARBARA
President
26 ta' April, 1983
ATT Nru. VI ta' 1-1983
ATT biex ikompli jemenda l-Kodiċi Civili, Kap. 23.
IL-PRESIDENT, bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati,
imlaqqgħa f'dan il-Parlament, u bI-awtorita ta' l-istess, ħareġ b'liġi dan li
ġej:-
Dan l-Att jista' jissejjaħ l-Att ta' 1-1983 li jemenda l-Kodiċi
ċivili, u għandu jinqara u jiftiehem ħaġa waħda mal-Kodiċi ċivili , hawn-
hekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-liġi prinċipali".
L-artikolu 1029 tal-liġi prinċipali għandu jiġi emendat billi min-
flok il-kliem "Kull obbligazzjoni" li hemm fis-sub artikolu (2) tiegħu
tal-liġi prinċipali. jidħlu l-kliem "Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 1948 u ta'
kull disposizzjoni oħra ta' dan il-Kodiċi jew ta' xi liġi oħra, kull obbligaz-
zjoni".
L-artikolu 1090 tal-liġi prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a) fis-subartikolu (l) tiegħu minflok il-kliem "bil-ħamsa fil-
mija" għandhom jidħlu l-kliem "bit-tmienja fil-mija"; u
(b) fis-subartikolu (2) tiegħu l-kliem "l-imgħaxijiet jitqiesu
bis-sitta fil-mija fis-sena; u" għandhom jitħassru.
Fl-artikolu 1182 tal-liġi prinċipali minflok il-kliem "imgħaxijiet
fuq is-somma li jkollha tingħata meqjusin bil-ħamsa fil-mija fis-sena, jew
jekk l-obbligazzjoni tkun ġejja minn obbligazzjoni kummerċjali, bis-
sitta fil-mija fis-sena" għandhom jidħlu l-kliem "f1-imgħaxijiet fuq is-
somma li jkollha tingħata meqjusin bit-tmienja fil-mija fis-sena".
s.
Minflok is-subartikolu (4) ta' l-artikolu 1948 tal-liġi prinċipali Emenda ta'
g ħandu jidħol is-subartikolu li ġej
l-artikolu 1948
tal-liġi
"(4) Meta jingħata self minn bank li għandu liċenza skond prinċi,pali.
l-Att ta' 1-1970 dwar il"Kummerċ Bankarju, jew jinġabar self f'xi
żmien wara l-l ta' Lulju, 1982, biI-ħruġ ta' bonds, debentures jew
titoli oħra u r-rata ta' l-imgħax ogħla minn tmienja fil-mija fis-sena
tkun ġiet stabbilita b'ordni magħmul skond l-artikolu 22 ta' l-im-
semmi Att u tkun tapplika dwar dak is-self, jew, dwar self magħmul
jew li jinġabar kif intqal qabel, tkun ġiet approvata mill-Ministru
responsabbli għall-finanzi rata ta' mgħax ogħla minn tmienja fil-
mija speċifikameI).t ,dwar dak is-self, id-disposizzjonijiet ta' qabel
ta' dan l-artikolu għandhom japplikaw għal dak is-self, safejn u għal
dak iż-żmien u bla ħsara għal dawk il-kondizzjonijiet li taħthom
dik ir-rata ta' mgħax ogħla tkun tapplika jew tkun ġiet approvata
kif intqal qabel, bħalli ki eku r-rata ta' mgħax hekk stabbilita . jew
approvata kif intqal qabel kienet l-ogħla rata ta' mgħax li tista'
tiġi mposta skond is-sub artikolu (l ) ta' dan l-artikolu.".
Mgħoddi
mill-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Nru. 94 tal-25 ta' April, 1983.
DANIEL MICALLEF
Speaker
C. MIFSUD
Skrivan tal-Kamra tad-Deputati