ATT Nru. V ta' 1·1983 ACT No. V of 1983 ATT ffi!aJħJ:'IU:ġ b'liġi rmHI-Parlamoolt t,a ' AN ACT enacted !by the Parl'iament Malta ..
Statutory Text (5 Articles)
A
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta' Malta, Nru. 14,106, 9 ta' Marzu, 1983
Taqsima A
MALTA
ATT Nru. V ta' 1·1983
ACT No. V of 1983
ATT ffi!aJħJ:'IU:ġ b'liġi rmHI-Parlamoolt t,a '
AN ACT enacted !by the Parl'iament
Malta ..
of Malta .
ATT biex jipprovdi
għar-ratifika
. AN ACT to provide for the ratificatioD
ta'
ċerti trattati.
of certain treaties.
Nagħti l-kunsens tiegħi.
(L.S.)
AGATHA BARBARA
President
9 ta' Marzu, 1983
ATT Nru. V ta' 1-1983
ATT biex jipprovdi għar-ratifika ta' ċerti trattati.
IL-PRESIDENT, bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati,
imlaqqgħa
f'dan il-Parlament u bI-awtorita ta' l-istess, ħareġ b'liġi dan
li ġej : -
Dan l-Att jista' jissejjaħ l-Att ta' 1-1983 dwar ir-Ratifika ta'
T rattati.
teħtieġx
F'dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
xort'oħra -
"trattat" tfisser ftehim internazzjonali bil-miktub finalizzat
bejn Stati u li hu regolat bid-dritt internazzjonali, sew jekk magħ
mul f'dokument wieħed jew f'żewġ dokumenti jew iktar konnessi u
jkun x'ikun imsejjaħ;
u kull riferenza għar-ratifika ta' trattat għandha tinkludi riferenza għal
aċċessjoni għal dak it-trattat u għal kull għemil jew mod ieħor li bih dak
it-trattat jista' jinġieb fis-seħħ .
(l) Meta trattat li tiegħu Malta ssir parti wara l-bidu fis-seħħ
ta' dan l-Att ikun wieħed li jolqot jew ikollu x'jaqsam ma' -
(a) l-istatus ta' Malta fid-dritt intemazzjonali jew it-tiżmim
jew l-appoġġ għal dak l-istatus, jew
(b) is-sigurta ta' Malta, is-sovranita, l-indipendenza, l-unita
jew l-integrita territorjali tagħha, jew
(ċ) ir-relazzjonijiet ta' Malta ma' kull organizzazzjoni, aġen-
zija, assoċjazzjoni jew korp ieħor simili multinazzjonali,
dak it-trattat m'għandux jibda jseħħ dwar Malta kemm-i1 darba ma
jkunx ġie ratifikat jew ir-ratifika tiegħu ma tkunx ġiet awtorizza ta jew
approvata skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Att.
Trattat li għalih japplika s-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu
(2)
għandu jiġi ratifikat jew ikollu r-ratifika tiegħu awtorizzata jew appro-
vata kif ġej
(a) meta dak it-trattat ikun dwar xi waħda mill-ħwejjeġ
imsemmija fil-paragrafu (a) jew (b) tas-subartikolu (1) ta' dan
l-artikolu jew ikun fih xi disposizzjoni li għandha ssir, jew għandha
tkun infurzata bħala, parti mil-liġi ta' Malta, b'Att tal-Parlament;
(b) f'kull każ ieħor, b'Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati.
(3). Ebda disposizzjoni ta' trattat ma għandha ssir, jew ma
għandha tiġi nfurzata bħala, parti mil-liġi ta' Malta ħlief b'Att jew taħt
Att tal-Parlament. '
-
(4) Id-dokument tar-ratifika għandu jinħareġ taħt il-firma tal-
Ministru responsabbli għall-affarijiet barranin.
(5) Kull att ta' Stat barrani dwar xi waħda mill-ħwejjeġ
imsemmija fil-paragrafu (a) jew (b) tas-subartikolu (1) ta' dan
l-artikolu għandu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra malajr kemm jista'
jkun mill-Ministru responsabbli għall-affarijiet barranin flimkien ma'
mozzjoni li tagħti opportunita lil1-K:;tmra li turi l-fehmiet tagħha fuq dak
l-att.
Meta Malta ma tibqax, jew tagħmel xi ħaġa li biha ma tibqax, Il-Kamra tiġi
parti fi trattat li jolqot jew għandu x'jaqsam ma' xi waħda mill-ħwejjeġ mgħarrfa
b'denunzja ta'
imsemmija fil-paragrafu (a), (b) jew (ċ) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 3 ċerti
ta' dan l-Att, il-Ministru responsabbli għall-affarijiet -barranin għandu
jgħarraf lill-Kamra bil-fatt, u jagħti r-raġunijiet għaliex ikun sar dan,
ma' l-ewwel opportunita u f'ebda każ mhux wara t-tieni seduta tal-
Kamra -wara li jgħaddi xahar mid-data tad-denunzja jew għemil ieħor
li bih Malta ma tibqax, jew ma tkunx se tibqa' parti fi trattat kif intqal
qabel.
s.
Ebda ħaġa f'dan l-Att ma għandha tiftiehem li b'xi mod tolqot Trattati oħra _
is-setgħat tal-Gvern dwar trattati li għalihom ma japplikax is-subartikolu
(l) ta' l-artikolu 3 ta' dan l-Att.
Mgħoddi mill-Kamra
tad-Deputati fis-Seduta Nru. 90 tat-8 ta' Marzu, 1983.
DANIEL MICALLEF
Speaker
C. MIFSUD
Skrivan tal-Kamra tad-Deputati