ACT No.. lV of 1983 AU Niv. IV ta~ ' 1~1983' Alr.Emaħl'"~ b'U&i mil1-P,arlament ta~ AN ACT enacted by the Parliame.nt Malta.
Statutory Text (5 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta' Malta, Nru. 14,106,9 ta' Marzu, 1983
Taqsima A
MALTA
ACT No.. lV of 1983
AU Niv. IV ta~ ' 1~1983'
Alr.Emaħl'"~ b'U&i mil1-P,arlament ta~
AN ACT enacted by the Parliame.nt
Malta.
of Malta ..
AN ACT furtltel'r tQ aJllend the Coun-
ATT biex ikompli jemenda l-Ordinanza
dwar i1-Privileġġi u s-setgħat tal-
cil of Government (Privi!eges and
P'o;wetS)·Qrdinapce, Capo 17.'.
Kunsill. tal-Gy.erJt, Kap •.. l~9 •.
Nagħti
l-kunsens tiegħi.
(L.S.)
AGATHA BARBARA
President
9 ta' Marzu. 1983
ATT Nru. IV ta' 1~1983
A TT biex ikompli jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-setgħal tal-
Kunsill tal-Gvern, Kap. 179.
IL-PRESIDENT, bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati,
imlaqqgħa f'dan il-Parlament, u bI-awtorita ta' l-istess, ħareġ b'liġi
dan
li ġej:-
Dan l-Att jista' jissejjaħ l-Att ta' 1-1983 li jemenda l-Ordinanza
dwar il-Privileġġi u s-setgtlat tal-Kamra tad-Deputati, u għandu jinqara
u jiftiehem ħaġa waħda ma' l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-setgħat
tal-Kunsill tal-Gvern, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "il-liġi
prinċipali"
Il-kliem "Kunsill tal-Gvern" u l-kelma "Kunsill" kull fejn jin-
sabu fil-liġi prinċipali, magħduda t-titolu fit-tul u fil-qo~or u n-noti mar-
ġinali tagħha, għandhom jitħassru u minflok jidħlu f'kull każ il-kliem
"Kamra tad-Deputati" u l-kelma "Kamra" rispettivament.
Il-kelma "President" kull fejn tinsab fil-liġi prinċipali għandha
titħassar u minf10kha tidħol il-kelma "Speaker".
L-artikolu II tal-liġi prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej
(a) fis-subartikolu (1) tiegħu minflok il-kliem "mhux iżjed
rninn mitt" għandhom jidħlu l-kliem "mhux iżjed minn ħames mitt";
minnufih wara l-paragrafu (j) tas-subartikolu (l) tiegħu
(b)
għandhom jiżdiedu l-paragrafi ġodda li ġejjin
"(k) il-pubblikazzjoni ta' kull libell li jagħti malafama 1ill-
Ispeaker jew lil xi membru li tolqot xi ħaġa magħmula minnu
jew li ntqalet minnu bħala Speaker jew bħala Membru fil-
Kamra jew f'Kumitat tagħha;
(l) il-pubblikazzjoni volontarja jew bi traskuraġni ta' xi
rapport falz jew mgħawweġ ta' xi dibattitu jew proċeduri tal-
Kamra jew Kumitat tagħha , jew preżentazzjoni ħażina volon-
tarja jew bi traskuraġni ta' xi diskors magħmul minn Membru
fil-Kamra jew f'Kumitat tagħha.";
(ċ)
minnufih wara s-subartikolu (3) tiegħu għandhom jiżdiedu
s-subartikoli ġodda li ġejjin
"(4)
Għall-finijiet ta'
dan l-artikolu -
"pubblikazzjoni" tfisser kull att li bih kull stam-
pat jiġi jew jista' jiġi kkomunikat jew imgħarraf lil xi persuna
jew li bih kliem jew imaġiniviżwali jiġu mxandra; u "xandir"
tfisser xandir ta' kliem jew imaġini viżwali bil-mezz ta' telegra-
fija mingħajr fili jew bil-fili jew bit-tnejn, sew jekk dawk il-
kliem jew l-imaġini jkunu fil-fatt riċevuti minn xi persuna sew
jekk le.
(5) Persuna titqies ħatja ta' l-attijiet imsemmija fil-para-
grafi (k) u (l) tas-subartikolu (l) ta' dan l-artikolu jekk il-pub-
blikazzjoni msemmija fil-paragrafi (k) 'u (1) tas-subartikolu (1)
ta' dan l-artikolu tikkonsisti fil-pubblikazzjoni ta' dak il-libell
li jagħti malafama, rapport falz jew mgħawweġ, jew preżen
tazzjoni ħażin a f'forma stampata f'Malta, jew fid-distribuzzjoni
f'Malta ta' stampat li jkun fih dak il-libell li jagħti malafama,
rapport falz jew mgħawweġ jew preżentazzjoni ħażina ikun
x'ikun il-post li minnu joriġina dak l-istampat, jew kull xandir
f'xi post f'Malta jew minn xi post barra minn Malta ta' dak
il-libell li jagħti malafama, rapport falz jew mgħawweġ jew
preżentazzjoni ħażina.
(6) Fil-każ ta' persuna ħatja ta' att imsemmi fil-
paragrafu (k) tas-sub artikolu (1) ta' dan l-artikolu l-Kamra
tista' b'żieda mal-pieni stabbiliti bi s-sub artikolu (1) ta' dan
l-artikolu, tordna fil-każ ta' gazzetta li f'ħarġa ta' wara li ma
tkunx iżjed tard mit-tieni waħda, u fil-każ ta' mezz tax-xandir
fil-ġurnata li tiġi minnufih wara dik li fiha jingħata l-ordni, li
l-mozzjoni li l-akkużat ikun instab ħati ta' dak l-att, appro-
vata mill-Kamra tiġi ppubblikata jew imxandra, skond il-każ,
mingħajr ħlas fl-istess ilsien li fih ikun sar ir-reat; u jekk fil-ħin
ta' l-approvazzjoni ta' dik il-mozzjoni, jew minnufih wara, il-
gazzetta tkun waqfet mill-pubblikazzjoni jew il-mezz tax-xandir
ma jkunx baqa' jaħdem, jew fil-każ ta' xi pubblikazzjoni oħra,
il-Kamra tista' fl-ordni jew f'ordni ieħor li tagħti wara, tordna li
l-mozzjoni tiġi ppubblikata jew imxandra għas-spejjeż tal-
persuna hekk misjuba ħatja f'gazzetta oħra jew fuq mezz ieħor
ta' xandir fi żmien li 1pa jkunx iktar minn xahar.
(7) Fil-każ ta' persuna misjuba ħatja ta' att imsem-
mi fil-paragrafu (1) tas-subartikolu (l) ta' dan l-artikolu
l-Kamra tista' b'żieda mal-pieni stabbiliti fis-subartikolu (l) ta'
dan l-artikolu tordna lil min jagħmel ir-reat li jippubblika
mingħajr ħlas, f'dik id-data u f'dak il-ħin li l-Kamra tista'
tistabbilixxi, >fl-istess gatzetta Jew fu'q ' l-istess m-ezz tax-xandir •
. skond il-każ, dikjarazzjoni bħala kontraoizzjoni jew spjegaz-
f
·zjoni.
(8) In-nuqqas ta' tħaris ta' ordni magħmul taħt is-sub-
. artikolu (6) jew (7) ta' dan l.::artik:olu jitqies li liu disprezz tal-
Kamra u jkun ~suġġett għall-istess pieni kif provdut fis-sub-
artikolu (1) ta' dan l-artikolu.
(9) (i) Kull persuna li tku:n "'kompliċi ta:" xi 'attijiet im-
semmija fil-paragrafi (a) sa (l) tas-subartikolu (1) ta' dan l-
artikolu "titqies li tkun ħatja ta' ·l-istess attijiet u teħel il-pieni
stabbiliti fl-imsemmi subartikolu.
(ii) Għall-fini -ta' dan l-artikolu "kompliċi" għandu
jkollha l-istess tifsir kif mogħti lilha bI-artikolu 43 tal-Kodiċi
Krimimili
Iżda kull referenza hemmhekk magħmula għal delitt
titqies li hi referenza għall-attijiet imsemmija fil~paragrafi (a)
sa (l) tas-subartikolu (1) ta' dan l~rtikolu.
Mghoddi miH-Katnra md:..Deputati fis-Seduta Nru. 90 tat .. 8 ta'. Marzu, '1983.
DANIEL 'MICALLEF
Speaker
C. MIFSUD
Skrivan tal-Kamra tad-Deputati